4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 93/2012

tat-3 ta’ Frar 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti stipulati fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Ottubru 2011 (2), ikkonkludiet li l-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) ma għandux effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent meta jintużaw skont il-kondizzjonijiet proposti u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħaxix għall-għalf mill-foraġġ kollu billi tnaqqas il-pH u żżid il-preservazzjoni tal-materja niexfa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(6)

Huwa xieraq, li biex tiġi żgurata l-konsistenza, l-approvazzjoni ta’ dan l-addittiv għall-ħnieżer, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel tiġi estiża għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, skont l-awtorizzazzjoni preċedenti għall-addittivi simili.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-ħaxix għall-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(11):2408.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħaxix għall-għalf.

1k20812

Lactobacillus plantarum

(DSM 8862 u DSM 8866)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) li jkollha minimu ta' 3 × 1011 CFU/g ta' addittiv (fi proporzjoni ta’ 1:1)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866)

 

Metodu analitiku  (1):

 

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi tal-annimali kollha

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista' jdum maħżun..

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta użat mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-ħaxix għall-għalf: 3 × 108 CFU/kg (fi proporzjon ta’ 1:1) ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-24 ta’ Frar 2022


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx