|
2.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2012
tal-1 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet pubbliċi assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Ġunju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni jew entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, b’referenza għall-paragrafu 23(b) tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, fis-6 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista. |
|
(3) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom hemm attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. Din il-lista għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Greċja u l-Ungerija. |
|
(4) |
L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
(1) ĠU L 169, 8.7.2003; p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 131/2011 (ĠU L 41, 15.2.2011, p. 1).
ANNESS I
Il-persuni fiżiċi, korpi jew entitajiet li ġejjin għandhom jitneħħew mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:
|
(1) |
Nabil Victor Karam. Data tat-twelid: 1954. Indirizzi: (a) C/o Trading and Transport Services, Al-Razi Medical Complex, Jabal Al-Hussein, Amman, Jordan, (b) C/o Alfa Company Limited for International Trading and Marketing, P.O. Box 910606, Amman 11191, Jordan. Nazzjonalità: Libaniża. |
|
(2) |
Hikmat Jarjes Bahnam (magħruf ukoll bħala Hikmat Gargees). Indirizz: Bagdad, Iraq. Nru tal-Passport 035667 (Iraqi). |
|
(3) |
Tarik Nasser S. Al Obaidi (magħruf ukoll bħala (a) Tarik al'Ubaydi, (b) Tariq al'Ubaydi). Data tat-twelid: 1945. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Indirizz: Bagdad, Iraq. Nru tal-Passport 212331 (Iraqi). |
ANNESS II
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-indirizz tal-websajt għal informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti taħt l-intestatura ‘Il-GREĊJA’ għandu jinbidel b’dan: ‘http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html’ |
|
(2) |
L-indirizz tal-websajt għal informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti taħt l-intestatura ‘L-UNGERIJA’ għandu jinbidel b’dan: ‘http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf’ |