2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2012

tal-1 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva kletodim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/21/UE (2) il-kletodim kien inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għall-użijiet bħala erbiċida fuq il-pitravi taz-zokkor. Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (3).

(2)

Fl-14 ta’ Frar 2011 Arysta LifeScience, li fuq talba tagħha l-kletodim kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ippreżentat applikazzjoni għal emenda fil-kondizzjonijiet tal-inklużjoni tal-kletodim biex ikun permess l-użu tagħha bħala erbiċida fuq ħxejjex oħra barra il-pitravi taz-zokkor. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali. L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 (4).

(3)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw addendum għall-abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni. Dawn ippreżentaw dan l-addendum lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2011. Il-Pajjiżi l-Baxxi kkomunikaw l-addendum lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) għall-kummenti u għaddew il-kummenti li kienu waslulhom lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità organizzat konsultazzjoni tal-esperti dwar l-addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Fil-15 ta’ Ottubru 2011 l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. Wara li tqiesu l-kummenti li waslulha mill-applikant, l-Awtorità mmodifikat il-konklużjoni tagħha. Hi ppreżentat il-konklużjoni modifikata tagħha lill-applikant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku fit-18 ta’ Novembru 2011 (5).

(5)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tal-analiżi għall-kletodim. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

L-addendum għall-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fid-9 ta' Diċembru 2011 fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-kletodim.

(7)

Deher mill-eżamijiet varji mwettqa li r-restrizzjoni għall-pitravi taz-zokkor tal-użu tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jikkonsistu minn jew fihom kletodim tista’ titneħħa.

(8)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 49.

(3)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(4)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(5)  Il-konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva kletodim. EFSA Journal 2011; 9(10):2417. [99pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2417. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ringiela 329 dwar is-sustanza attiva kletodim għandha tiġi emendata b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“329

Kletodim

Nru tal-CAS 99129-21-2

Nru CIPAC 508

(5RS)-2-(1EZ)-1-[(2E)-3-kloroallilossimino]propil-5-[(2RS)-2-(etiltijo)propil]-3-idrossiċikloeks-2-en-1-on

≥ 930 g/kg

Impuritajiet:

tolwen massimu ta’ 4 g/kg

l-1 ta’ Ġunju 2011

il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-kletodim u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-9 ta’ Diċembru 2011.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi, u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' miżuri adegwati ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma, fuq il-bażi tal-iktar tagħrif xjentifiku reċenti, rigward:

il-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art,

id-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat dan it-tagħrif ta' konferma lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.”