|
1.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 80/2012
tal-31 ta’ Jannar 2012
li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
L-Artikolu 53(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 jipprovdi għal dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi importati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali minn stabbilimenti pubbliċi, jew dawk id-dipartimenti ta’ stabbiliment pubbliċi, jew minn stabbilimenti privati awtorizzati, li l-attività ewlenija tagħhom hija l-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika. Tali dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni huwa limitat, madankollu, għal sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal- Unjoni u li huma inklużi f’lista mfassla skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4). |
|
(3) |
Skont informazzjoni miksuba mill-Istati Membri m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal-Unjoni tas-sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi eliġibbli għal dħul b’eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 2288/83 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(2) ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
|
Numru CUS |
Kodiċi NM (1) |
Deskrizzjoni |
|
|
ex 2845 90 90 |
Helium- 3 |
|
|
ex 2845 90 90 |
(Ossiġenu-18) Ilma |
|
0020273-3 |
ex 2901 29 00 |
3-Methylpent-1-ene |
|
0020274-4 |
ex 2901 29 00 |
4-Methylpent-1-ene |
|
0020275-5 |
ex 2901 29 00 |
2-Methylpent-2-ene |
|
0020276-6 |
ex 2901 29 00 |
3-Methylpent-2-ene |
|
0020277-7 |
ex 2901 29 00 |
4-Methylpent-2-ene |
|
0025634-8 |
ex 2902 19 00 |
P-Mentha-1 (7), 2-diene beta-Phellandrene |
|
0014769-3 |
ex 2903 99 90 |
4,4′-Dibromobiphenyl |
|
0017305-7 |
ex 2904 10 00 |
Ethyl methanesulphonate |
|
0014364-6 |
ex 2923 90 00 |
Decamethonium bromide (INN) |
|
0020641-7 |
ex 2926 90 95 |
1-Naphtonitrile |
|
0020642-8 |
ex 2926 90 95 |
2-Naphtonitrile |
|
0022830-8 |
ex 2936 21 00 |
Retinyl acetate |
|
0045091-9 |
ex 3204 12 00 |
Sulphorhodamine G (C.I. Acid Red 50) |
|
0021887-1 |
ex 3507 90 90 |
Phosphoglucomutase |
(1) Fejn “ex” kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1798/84 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2340/86 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3692/87 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 213/89 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KEE) Nru 2288/83 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |