|
26.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2012
tal-25 ta’ Jannar 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ, u l-importazzjoni fil-Komunità, ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti għasafar. Jipprovdi li l-għasafar koperti minnu għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jirreferi għall-pajjiżi terzi jew il-partijiet minnhom li huma elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE (3) u li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ tjur tal-irziezet għat-tgħammir jew il-produzzjoni u li mhumiex ratiti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/696/KE ġiet revokata u sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (4). Ir-referenzi għal dik id-Deċiżjoni fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandhom għalhekk jinbidlu b’referenzi għar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Arġentina talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti għasafar imrobbija fil-magħluq skont ir-Regolament (KE) Nru 318/2007. Saret spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u Alimentari tal-Kummissjoni fl-Arġentina li kienet tinkudi l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda minn dak il-pajjiż terz, u din uriet li l-Arġentina tagħti l-garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn l-għasafar. |
|
(5) |
L-Arġentina bħalissa mhix elenkata fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Madankollu, l-importazzjonijiet tat-tjur tal-irziezet għat-tgħammir jew il-produzzjoni minbarra r-ratiti minn dak il-pajjiż terz mhumiex permessi. L-Arġentina għandha għalhekk tiġi inkluża bħala entrata separata fil-lista stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
ANNESS
“ANNESS I
LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI LI MINNHOM HUMA AWTORIZZATI L-IMPORTAZZJONIIJIET TA’ GĦASAFAR IMROBBIJA FIL-MAGĦLUQ
|
1. |
Il-pajjiżi terzi jew il-partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 798/2008 (*1), fejn il-kolonna 4 ta’ dik it-tabella tistipula mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur għat-tgħammir jew il-produzzjoni li mhumiex ratiti (BPP); |
|
2. |
L-Arġentina. |