|
31.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għat-tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(7) tal-istess Direttiva,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil rigward l-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli għall-konformità tal-użu, id-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3(15) tal-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-vetturi u l-magni għandhom jingħataw approvazzjoni skont it-tip biss b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu meta l-proċeduri tal-kejl għall-kejl tan-numru PM kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kull dispożizzjoni speċifika dwar il-magni multi-setting li huma meħtieġa u d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 ikunu ġew adottati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 sabiex jinkludi dawn ir-rekwiżiti. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (4) għandhom jiġu applikati mutatis mutandis. Għalhekk, huwa xieraq li jiżdiedu ma’ dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi heavy-duty. |
|
(4) |
B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu adottati proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji. Huwa xieraq ukoll li jiġu adottati rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fil-każ ta’ adattamenti tal-klijenti u għall-produzzjoni ta’ volum żgħir. Finalment, huwa xieraq li ssir referenza għall-istandards speċifiċi għall-ipprogrammar mill-ġdid żviluppati għall-vetturi heavy-duty. |
|
(5) |
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tista’ tkun ta’ piż kbir wisq għall-manifatturi tal-vetturi f’terminu qasir rigward ċerti sistemi li jiġu trasferiti minn tipi ta’ vetturi qodma għal tipi ta’ vetturi ġodda. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti derogi limitati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-finijiet tad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir li jitħarrek minnu nnifsu għal vetturi li jużaw fjuwils alternattivi għandhom jiġu stabbiliti malli l-approvazzjoni tat-tip ta’ dan it-tagħmir issir possibbli. |
|
(7) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (5), it-tagħmir li jillimita l-veloċità għandu jiġi installat minn stabbilimenti jew korpi approvati mill-Istati Membri. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni għat-trasport fit-triq (6), l-istabbilimenti approvati biss jistgħu jagħmlu kalibrazzjoni fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni fil-vetturi bil-mutur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi eskluża l-informazzjoni dwar l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ unitajiet ta’ kontroll għal tagħmir li jillimta l-veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni mid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punti li ġejjin (42), (43) u (44) huma miżjuda:
|
|
(2) |
L-Artikoli 2a sa 2h li ġejjin għandhom jiġu inklużi: “Artikolu 2a Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Anness XVII għal dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi hija aċċessibbli f’websajts billi jintuża format standardizzat b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u malajr, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Il-manifatturi għandhom jagħmlu materjal ta’ taħriġ għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti u għall-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 2. L-awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom jagħtu biss approvazzjoni tat-tip wara li jirċievu mingħand il-manifattur Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi. 3. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jservi bħala prova ta’ konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. 4. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jitħejja skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness XVII. 5. L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandhom jinkludu dan li ġej:
6. In-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ manifattur ta’ vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura. 7. L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni 8. Għall-manifattura u r-reviżjoni ta’ parts ta’ tibdil jew parts għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda dijanjostiċi u tagħmir għall-ittestjar, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fuq bażi mhux diskriminatorja lil kull manifattur jew sewwej interessat tal-komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir għall-ittestjar. 9. Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għas-sewwejja awtorizzati. 10. Fejn ir-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, li jkunu ġew approvati u awtorizzati kif meħtieġ fit-Taqsima 2.2 tal-Anness XVII, għandu jkollhom aċċess bla ħlas għal dawn ir-rekords u bl-istess kundizzjonijiet tas-sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu għamlu. 11. Il-manifattur għandu jagħmel għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-informazzjoni li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-iżvilupp tal-komponenti ta’ tibdil ma għandux ikun ristrett minn xi fattur li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tal-ittestjar skont l-ISO 22900 Interfaċċja Modulari tal-Komunikazzjonijiet tal-Vettura (MVCI - Modular Vehicle Communication Interface) u l-ISO 22901 L-Iskambju Miftuħ ta’ Dejta Dijanjostika (ODX — Open Diagnostic Data Exchange) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tal-websajt tal-manifattur. Artikolu 2b Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji 1. Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif stabbilit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-manifattura tiegħu u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel. Barra minn hekk, il-manifattur finali għandu jipprovdi lill-operaturi indipendenti l-informazzjoni li ġejja fil-websajt tiegħu:
2. Kull manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, permezz tal-websajt tiegħu, aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-approvazzjoni tat-tip li huwa responsabbli għaliha u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel. 3. Il-manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss:
Kull manifattur għandu jawtorizza lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss biex dan jgħaddi d-dokumenti mogħtija lill-manifatturi responsabbli għall-istadji sussegwenti u għall-istadju finali. Barra minn hekk, fuq bażi kuntrattwali, il-manifattur responsabbli minn stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu:
4. Manifattur, inkluż il-manifattur finali, jista’ jitlob ħlas biss skont l-Artikolu 2f dwar l-istadju (l-istadji) partikolari li huwa responsabbli minnu (minnhom). Manifattur, inkluż il-manifattur finali, ma għandux jitlob ħlas jekk jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz tal-websajt jew id-dettalji tal-kuntatt ta’ kwalunkwe manifattur ieħor. Artikolu 2c Adattamenti għall-klijent 1. Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-adattament speċifiku għall-klijent ikun inqas minn total ta’ 250 unità prodotti fuq livell dinji, l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-adattament għall-klijent għandha tingħata b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll rigward l-adattament għall-klijent, il-manifattur għandu jagħmel l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv rispettivi għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti kif dawn jingħataw lis-sewwejja awtorizzati. L-adattamenti għall-klijenti għandhom jitniżżlu fuq il-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur u msemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal adattament speċifiku għall-klijent ikun ogħla minn 250 unità fuq livell dinji, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 2a biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi billi jagħmel użu minn format standardizzat. Fejn il-manifattur jagħmel użu minn din it-tip ta’ deroga, huwa għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 3. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv biex jagħmlu manutenzjoni tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi adattati għall-klijent, għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti permezz ta’ bejgħ u kiri. 4. Il-manifattur għandu jsemmi fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip, l-adattamenti għall-klijent li għalihom l-obbligu msemmi fl-Artikolu 2a li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-użu ta’ format standardizzat, jiġi derogat minn kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom. Dawk l-adattamenti għall-klijent u kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom għandhom jitniżżlu wkoll fil-websajt bl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur. Artikolu 2d Manifatturi ta’ volum żgħir 1. Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, dawk il-manifatturi li l-produzzjoni annwali tagħhom ta’ tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għal dan ir-Regolament hija inqas minn 250 unità, għandhom jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 2. Il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għall-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-manifattur. 3. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kull approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-manifatturi ta’ volum żgħir. Artikolu 2e Sistemi ta’ trasferiment 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2016, fir-rigward tas-sistemi ta’ trasferiment imniżżla fl-Appendiċi 3 tal-Anness XVII, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII. Deroga bħal din għandha tiġi indikata fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip. Is-sistemi li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tiegħu. 2. Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll fis-sistemi ta’ trasferiment li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-għodda jew it-tagħmir rispettiv bi dritt esklussiv jistgħu jinxtraw jew jinkrew minn operaturi indipendenti. Artikolu 2f Ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlas xieraq u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi koperta b’dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat li mhux xieraq u mhux proporzjonat jekk ikun ta’ skoraġġiment għall-aċċess billi ma jikkunsidrax kemm l-operatur indipendenti jista’ jagħmel użu minnu. 2. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inklużi s-servizzi ta’ tranżazzjoni bħall-ipprogrammar mill-ġdid jew l-assistenza teknika, fuq bażi ta’ sigħat, ġranet, xhur, u snin, bi ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni bħal din li jvarja skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata dan l-aċċess. Barra mill-aċċess skont iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess skont it-tranżazzjoni, li għalih jintalab ħlas għal kull tranżazzjoni u mhux skont il-ħin ta’ kemm jingħata l-aċċess. Fejn jiġu offruti ż-żewġ sistemi ta’ aċċess mill-manifatturi, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu l-aktar sistema ta’ aċċess li jippreferu, li tista’ tkun skont il-ħin jew skont it-tranżazzjoni. Artikolu 2g Konformità mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Kull awtorità tal-approvazzjoni tista’, fi kwalunkwe ħin, kemm jekk fuq inizjattiva tagħha, jekk jinqala’ xi lment, jew skont valutazzjoni minn servizz tekniku, tiċċekkja l-konformità ta’ manifattur mar-Regolament (KE) Nru 595/2009, dan ir-Regolament, u t-termini taċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi. 2. Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-manifattur mhuwiex konformi mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip rilevanti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija jew is-sospensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, multi, jew miżuri oħra adottati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. 3. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha mbagħad tagħmel verifika biex tiċċekkja l-konformità tal-manifattur mal-obbligi li jikkonċernaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jekk operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-operaturi indipendenti jagħmlu lment lill-awtorità tal-approvazzjoni. 4. Meta ssir il-verifika, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob servizz tekniku jew espert indipendenti ieħor biex jagħmel valutazzjoni biex jivverifika jekk dawn l-obbligi jkunux issodisfati. Artikolu 2h Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi stabbilit skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*1) għandhom jiġu estiżi għall-vetturi koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009. Jekk ikun hemm evidenza ta’ użu ħażin bi ħsieb jew mhux intenzjonat tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-Forum għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ma jsirx użu ħażin tal-informazzjoni bħal dan. |
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 6, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Dispożizzjonijiet amministrattivi għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistema ta’ magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni”. |
|
(6) |
Fl-Artikolu 7(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
Fl-Artikolu 14(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta’ sostitutuzzjoni maħsub biex jitwaħħal fuq sistemi ta’ magni jew vetturi b’approvazzjoni tat-tip KE koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa ta’ tip approvat mill-KE, bħala unitajiet tekniċi separati skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 1a, 16 u 17.” |
|
(9) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-manifattur għandu jissottometti ċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi.”. |
|
(10) |
L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII huma emendati skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Anness ġdid XVII, li t-test tiegħu huwa miktub fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, huwa miżjud. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1.
ANNESS I
L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII għar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness III, il-punt 2.1.1 li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 2.1:
|
|
(4) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej: Fl-Appendiċi 1, it-Taqsima ġdida li ġejja hija miżjuda fid-dokument Mudell tal-informazzjoni: “AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI
|
|
(7) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
(1) Vettura jew vetturi fil-każ ta’ magna sekondarja”
ANNESS II
“ANNESS XVII
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-OBD TAL-VETTURI U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI
1. INTRODUZZJONI
|
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi |
2. REKWIŻITI
|
2.1. |
L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli permezz ta’ websajts għandhom isegwu l-istandard komuni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. Sakemm jiġi adottat dan l-istandard, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod standardizzat li ma jkunx diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.
Dawk li jkunu jeħtieġu d-dritt li jikkupjaw jew jerġgħu jippubblikaw l-informazzjoni għandhom jinnegozjaw direttament mal-manifattur konċernat. L-informazzjoni dwar materjal ta’ taħriġ għandha tkun disponibbli wkoll, iżda tista’ tiġi ppreżentata premezz ta’ midja oħra minbarra l-websajts. L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn spare parts offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew negozjanti awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għall-operaturi indipendenti. Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiċi tal-istrutturar. L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għan-negozjanti awtorizzati. |
|
2.2. |
L-aċċess għall-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw min-negozjanti u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 2h għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal din il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ xi attività kriminali. |
|
2.3. |
Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll tal-vetturi għandha titwettaq skont l-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, bl-użu ta’ ħardwer komuni. L-Eternet, il-kejbil tas-serje jew l-interfaċċja tan-Netwerk taż-Żona Lokali (LAN) u tagħmir alternattiv bħall-Compact Discs (CD), id-Digital Versatile Discs (DVD) jew apparat tal-memorja fi stat solidu għal sistemi informatiċi (pereżempju sistemi ta’ navigazzjoni, telefown) jistgħu jintużaw ukoll, iżda bil-kundizzjoni li l-ebda softwer ta’ komunikazzjoni bi drittijiet esklussivi (pereżempju drajvers jew plug-ins) u ħardwer ma jkunu meħtieġa. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2f(1) japplikaw għal ħlas għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer. |
|
2.4. |
Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2.3 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ riprogrammazzjoni ta’ tagħmir għal-limitazzjoni ta’ veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni. |
|
2.5. |
Id-DTCs relatati mal-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-Anness X. |
|
2.6. |
Għall-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr dik relatata ma’ żoni ta’ sigurtà tal-vettura, ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-użu tal-websajt tal-manifattur minn operatur indipendenti għandhom jeħtieġu biss tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex jiġi konfermat kif se jsir il-ħlas għall-informazzjoni. Għall-informazzjoni li tikkonċerna aċċess għaż-żoni sikuri tal-vettura, l-operatur indipendenti għandu jippreżenta ċertifikat skont l-ISO 20828 sabiex jidentifika lilu nnifsu u lill-organizzazzjoni li jappartjeni għaliha u l-manifattur għandu jirrispondi biċ-ċertifikat tiegħu skont l-ISO 20828 biex jikkonferma lill-operatur indipendenti li qed ikollu aċċess għal sit leġittimu tal-manifattur intenzjonat. Iż-żewġ partijiet għandhom jirreġistraw kwalunkwe tranżazzjoni bħal din fejn jindikaw il-vetturi u l-bidliet li sarulhom skont din id-dispożizzjoni. |
|
2.7. |
Il-manifatturi għandhom jindikaw in-numru tal-approvazzjoni tat-tip skont il-mudell fil-websajts tal-informazzjoni dwar tiswija tagħhom. |
|
2.8. |
Jekk mitlub mill-manifattur, għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati u tal-kategoriji M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A u Klassi B kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE b’massa permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati, il-konformità mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 5 tal-Anness 1 u l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandha titqies bħala li hi ekwivalenti għall-konformità ma’ dan l-Anness. |
|
2.9. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar iċ-ċirkustanzi ta’ kull approvazzjoni tat-tip mogħtija skont it-Taqsima 2.8. |
“Appendiċi 1
Iċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
(Il-manifattur): …
(L-indirizz tal-manifattur): …
Jiċċertifika li
jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont id-dispożizzjonijiet ta’:
|
— |
l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
|
— |
l-Artikoli 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
|
— |
l-Anness I, Appendiċi 4, Taqsima 16 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
|
— |
l-Anness X, Taqsima 2.1 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
|
— |
l-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 582/2011. |
rigward it-tipi ta’ vetturi, magni, tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis elenkati fid-dokument meħmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat.
Id-derogi li ġejjin huma applikati: Adattamenti għall-klijenti (1) – Volum żgħir (1) – Sistemi ta’ trasferiment (1).
L-indirizz tal-websajt prinċipali li permezz tiegħu jista’ jkun hemm aċċess għall-informazzjoni rilevanti u li hawnhekk qed tiġi ċertifikata li hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq qed jiġu elenkati f’dokument mehmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant responsabbli tal-manifattur li l-firma tiegħu tinsab aktar ‘l isfel
Fejn ikun applikabbli: B’dan il-manifattur qed jiċċertifika wkoll li kkonforma mal-obbligu previst fl-Artikolu 3(1a) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għall-approvazzjonijiet preċedenti ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip.
Magħmul fi … [Post]
Fi … [Data]
[Firma] [Pożizzjoni]
Annessi:
|
— |
L-indirizzi tal-websajt |
|
— |
Id-dettalji tal-kuntatt. |
“ANNESS I
għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
L-indirizzi tal-websajts li jissemmew f'dan iċ-Ċertifikat:
“ANNESS II
għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
Id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant tal-manifattur li jissemma f'dan iċ-Ċertifikat:
“Appendiċi 2
Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi
1. L-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Appendiċi għandha tkun ipprovduta mill-manifattur tal-vetturi sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet ta’ sosituzzjoni jew ta’ manutenzjoni kif ukoll għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-testijiet kompatibbli mal-OBD.
2. Meta tintalab, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe manifattur interessat ta’ komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-testijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja:
|
— |
Deskrizzjoni tat-tip u tan-numru taċ-ċikli ta’ prekundizzjonament li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura, |
|
— |
Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu tad-dimostrazzjoni tal-OBD li ntuża għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent immonitorjat mis-sistema OBD, |
|
— |
Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha li nħassu permezz tal-istrateġija għall-identifikazzjoni tal-ħsara u għall-attivazzjoni tal-MI (numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku), inklużi lista tal-parametri rilevanti sekondarji li nħassu għal kull komponent immonitorjat mis-sistema OBD u lista tal-kodiċijiet tal-prestazzjoni kollha tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed) assoċjati ma’ komponenti tal-power-train individwali relatati mal-emissjonijiet u l-komponenti individwali li mhumiex relatati mal-emissjonijiet, fejn il-monitoraġġ tal-komponent jintuża biex tkun iddeterminata l-attivazzjoni tal-MI. B’mod partikolari, fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jużaw link ta’ komunikazzjoni skont l-ISO 15765-4 “Il-vetturi fit-triq — Id-Dijanjostika dwar in-Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: Ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet”, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 05 Test ID $ 21 għal FF u d-dejta mogħtija fis-servizz $ 06, u spjegazzjoni komprensiva għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 06 Test ID $ 00 għal FF, għal kull moniter tal-OBD appoġġjat minn ID. |
F’każ li jintużaw standards ta’ protokoll ta’ komunikazzjoni oħrajn, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni eżawrjenti ekwivalenti.
Din l-informazzjoni tista’ tkun ipprovduta fil-forma ta’ tabella, kif ġej:
|
Komponent | Kodiċi tal-ħsara | Strateġija ta’ monitoraġġ | Kriterji għall-identifikazzjoni tal-ħsara | Kriterji għall-attivazzjoni tal-MI | Parametri sekondarji | Prekundizzjonament | Test ta’ dimostrazzjoni | |
|
Katalizzatur | P0420 | Sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | Differenza bejn is-sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | It-tielet ċiklu | Veloċità tal-magna, tagħbija tal-magna, modalità A/F, temperatura tal-katalizzatur | Żewġ ċikli tat-Tip 1 | It-tip 1 | |
3. L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura tal-għodod dijanjostiċi
Sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ għodod dijanjostiċi ġeneriċi għas-sewwejja ta’ ħafna marki, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 permezz tal-websajts ta’ informazzjoni dwar it-tiswija tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-funzjonijiet kollha tal-għodod dijanjostiċi u l-links kollha għall-informazzjoni dwar it-tiswija u għall-istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta’ problemi. L-aċċess għal din l-informazzjoni jista’ jkun soġġett għall-ħlas ta’ ammont ta’ flus raġonevoli.
3.1. L-informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Komunikazzjoni
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa f’forma indiċjata skont il-marka, il-mudell u l-varjant tal-vettura, jew definizzjoni oħra ta’ ħidma bħall-VIN jew bħall-identifikazzjoni tal-vettura u tas-sistemi:
|
(a) |
Kwalunkwe sistema addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 tal-UN/ECE, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta’ ħardwer jew ta’ softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta’ trasferiment, rekwiżiti “biex tinżamm attiva” (“keep alive”) jew kundizzjonijiet għall-iżbalji; |
|
(b) |
Id-dettalji ta’ kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet kollha ta’ ħsara li mhumiex skont l-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament 49 tal-UN/ECE; |
|
(c) |
Lista tal-parametri kollha disponibbli tad-dejta attiva, inkluża informazzjoni dwar l-għotja ta’ skala u aċċess; |
|
(d) |
Lista tat-testijiet funzjonali disponibbli kollha li jinkludu l-attivazzjoni jew il-kontroll tat-tagħmir u l-mezzi biex ikunu implimentati; |
|
(e) |
Id-dettalji ta’ kif tinkiseb l-informazzjoni kollha dwar il-komponenti u l-istatus, it-timbri skont il-ħin, id-DTC pendenti u l-frejms iffriżati; |
|
(f) |
L-issettjar mill-ġdid tal-parametri adattabbli tat-tagħlim, tal-kodifikazzjoni tal-varjanti u tal-arranġament tal-komponenti sostituti u tal-preferenzi tal-klijent; |
|
(g) |
L-identifikazzjoni tal-ECU u l-kodifikazzjoni tal-varjanti; |
|
(h) |
Id-dettalji ta’ kif jiġu ssettjati mill-ġdid id-dwal tas-servizz; |
|
(i) |
Il-post tal-konnettur dijanjostiku u d-dettalji tal-konnettur; |
|
(j) |
L-identifikazzjoni tal-kodiċi tal-magna. |
3.2. It-test u d-dijanjosi tal-komponenti monitorjati mill-OBD
Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
Deskrizzjoni tat-testijiet biex tkun ikkonfermata l-funzjonalità tagħha, fuq il-komponent jew fuq it-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq; |
|
(b) |
Il-proċedura tat-test inklużi l-parametri tat-test u l-informazzjoni dwar il-komponenti; |
|
(c) |
Id-dettalji tal-konnessjoni inklużi l-input u l-output u l-valuri tas-sewqan u tat-tagħbija minimi u massimi; |
|
(d) |
Il-valuri mistennija f’ċerti kundizzjonijiet ta’ sewqan inkluż dak b’magna mhux ingranata; |
|
(e) |
Il-valuri elettriċi għall-komponent fl-istati statiċi u dinamiċi tiegħu; |
|
(f) |
Il-valuri tal-modalità tal-ħsara għal kull waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq; |
|
(g) |
Is-sekwenzi dijanjostiċi tal-modalità tal-ħsara inklużi l-arbli tal-ħsarat u l-eliminazzjoni dijanjostika ggwidata. |
3.3. Id-dejta meħtieġa sabiex issir tiswija
Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
L-inizjalizzazzjoni tal-ECU u tal-komponent (fil-każ li jitwaħħlu sostituti); |
|
(b) |
L-inizjalizzazzjoni tal-ECUs il-ġodda jew sostituti, fejn ikun rilevanti, permezz tat-tekniki ta’ (ri-) programmazzjoni mill-bogħod (pass-through). |
“Appendiċi 3
Lista ta’ sistemi ta’ trasferiment koperti bl-Artikolu 2e
|
|
||||||||
|
|
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli