24.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 55/2012

tat-23 ta’ Jannar 2012

li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 ta’ tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fi tat-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK ta’ tat-23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jidhru fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Lásd e Hivatalos Lap 33. oldalát.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

 

Isem

Tagħrif identifikattiv

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Il-Brigadier Ġeneral

Jawdat Ibrahim Safi

Kmandant tal-154 Riġment

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma.

23.1.2012

2.

Il-Ġeneral Maġġur

Muhammad Ali Durgham

Kmandant fir-4 Diviżjoni

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma.

23.1.2012

3.

Il-Maġġur Ġeneral

Ramadan Mahmoud Ramadan

Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa

23.1.2012

4.

Il-Brigadier Ġeneral

Ahmed Yousef Jarad

Kmandant tal-132 Brigata

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani

23.1.2012

5.

Il-Maġġur Ġeneral

Naim Jasem Suleiman

Kmandant tat-3 Diviżjoni

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma.

23.1.2012

6.

Il-Brigadier Ġeneral

Jihad Mohamed Sultan

Kmandant tal-65 Brigata

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma

23.1.2012

7.

Il-Maġġur Ġeneral

Fo'ad Hamoudeh

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011

23.1.2012

8.

Il-Maġġur Ġeneral

Bader Aqel

Kmandant tal-Forzi Speċjali

Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal.

23.1.2012

9.

Il-Brigadier Ġeneral

Ghassan Afif

Kmandant mill-45 Riġment

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib

23.1.2012

10.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohamed Maaruf

Kmandant mill-45 Riġment

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs.

23.1.2012

11.

Il-Brigadier Ġeneral

Yousef Ismail

Kmandant tal-134 Brigata

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel.

23.1.2012

12.

Il-Brigadier Ġeneral

Jamal Yunes

Kmandant tal-555 Riġment

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh.

23.1.2012

13.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohsin Makhlouf

 

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak.

23.1.2012

14.

Il-Brigadier Ġeneral

Ali Dawwa

 

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak

23.1.2012

15.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohamed Khaddor

Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali

Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma.

23.1.2012

16.

Il-Maġġur Ġeneral

Suheil Salman Hassan

Kmandant tal-5 Diviżjoni

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa.

23.1.2012

17.

Wafiq Nasser

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari)

Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda.

23.1.2012

18.

Ahmed Dibe

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali)

Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa.

23.1.2012

19.

Makhmoud al-Khattib

Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

20.

Mohamed Heikmat Ibrahim

Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

21.

Nasser Al-Ali

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

22.

Mehran (jew Mahran) Khwanda

Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11/05/1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09/05/2004, nru 001452904, li skada fid-29/11/2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28/06/2017.

Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas").

23.1.2012

23.

Industrial Bank

Dar Al Muhanisen Building, 7th Floor, Maysaloun Street, P.O. Box 7572 Damascus, Syria.

Tel: +963 11-222-8200. +963 11-222-7910

Fax: +963 11-222-8412

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

24.

Popular Credit Bank

Dar Al Muhanisen Building, 6th Floor, Maysaloun Street, Damascus, Syria.

Tel: +963 11-222-7604. +963 11-221-8376

Fax: +963 11-221-0124

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

25.

Saving Bank

Syria-Damascus – Merjah – Al-Furat St. P.O. Box: 5467

Fax: 224 4909 – 245 3471

Tel: 222 8403

posta elettronika: s.bank@scs-net.org post-gm@net.sy

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

26.

Agricultural Cooperative Bank

Agricultural Cooperative Bank Building, Damascus Tajhez, P.O. Box 4325, Damascus, Syria.

Tel: +963 11-221-3462; +963 11-222-1393

Fax: +963 11-224-1261

Sit elettroniku: www.agrobank.org

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

27.

Syrian Lebanese

Commercial Bank

Syrian Lebanese Commercial Bank Building, 6th Floor, Makdessi Street, Hamra, P.O. Box 11-8701, Beirut, Lebanaon.

Tel: +961 1-741666

Fax: +961 1-738228; +961 1-753215; +961 1-736629

Sit elettroniku: www.slcb.com.lb

Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

28.

Deir ez-Zur

Petroleum Company

Dar Al Saadi Building 1st, 5th, and 6th Floor Zillat Street Mazza Area P.O. Box 9120 Damascus Syria

Tel: +963 11-662-1175; +963 11-662-1400

Fax: +963 11-662-1848

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012

29.

Ebla Petroleum Company

Head Office Mazzeh Villat Ghabia Dar Es Saada 16 Damascus, Syria

Tel: +963 116691100

P.O. Box 9120

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012

30.

Dijla Petroleum Company

Building No. 653 – 1st Floor, Daraa Highway, P.O. Box 81, Damascus, Syria

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012