20.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 51/2012
tad-19 ta' Jannar 2012
li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Unjoni jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li mhumiex fl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir- rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat. |
(4) |
L-Artikolu 162(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri. |
(5) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2011 (3). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għaldaqstant għandu jiġi mħassar. |
(6) |
Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 u fil-Parti XIX tal-Anness I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1062/2011 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 276, 21.10.2011, p. 44.
ANNESS
Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2012 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat
(EUR/100 kg) |
||||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Destinazzjoni (1) |
Rata tar-rifużjoni |
|
0407 |
Bajd tal-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar: |
|
|
|
– Bajd frisk ieħor |
|
|
||
0407 21 00 |
– – Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus |
|
|
|
|
02 |
0,00 |
||
03 |
19,00 |
|||
04 |
0,00 |
|||
|
01 |
0,00 |
||
0407 29 |
– – Oħra: |
|
|
|
0407 29 10 |
– – – Tat-tajr tal-irziezet, ħlief it-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus |
|
|
|
|
02 |
0,00 |
||
03 |
19,00 |
|||
04 |
0,00 |
|||
|
01 |
0,00 |
||
0408 |
Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija, iffurmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le: |
|
|
|
– Isfra tal-bajd: |
|
|
||
0408 11 |
– – Imnixxef: |
|
|
|
ex 0408 11 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
63,00 |
||
0408 19 |
– – Oħra: |
|
|
|
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
||
ex 0408 19 81 |
– – – – Likwidu: |
|
|
|
Mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
20,00 |
||
ex 0408 19 89 |
– – – – Iffriżat: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
20,00 |
||
– Oħra: |
|
|
||
0408 91 |
– – Imnixxef: |
|
|
|
ex 0408 91 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
23,50 |
||
0408 99 |
– – Oħra: |
|
|
|
ex 0408 99 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
5,90 |
(1) Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:
01 |
Pajjiżi terzi. Għall-Isvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati mhumiex applikabbli għall-prodotti mniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972. |
02 |
Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja. |
03 |
Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malasja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini. |
04 |
Kull destinazzjoni ħlief l-Isvizzera u dawk ta’ 02 u 03. |