19.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 42/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa, għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u 8, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa kemm jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012, għall-grupp 5, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat il-limitu tad-drittijiet tal-importazzjoni li jistgħu jiġu allokati, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012 għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u, 8 japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012, għall-grupp 5, japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
In-nru tal-grupp |
In-nru tas-serje |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.4.2012 sat-30.6.2012 (f'%) |
1 |
09.4211 |
0,555946 |
6 |
09.4216 |
0,817945 |
In-nru tal-grupp |
In-nru tas-serje |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.4.2012 sat-30.6.2012 (f'%) |
5 |
09.4215 |
1,220003 |