23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/13


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/37/UE

tat-22 ta’ Novembru 2012

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati miż-żerriegħa ta’ Galega orientalis Lam., il-piż massimu ta’ lott taż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-għalf u d-daqs tal-kampjun ta’ Sorghum spp.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Billi:

(1)

L-ebusija taż-żrieragħ hija karatteristika tipika ta’ Galega orientalis Lam. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ispeċi fir-rigward tal-ġerminazzjoni minima għandhom jiġu ssumplimentati b’ċertu informazzjoni fir-rigward ta’ dik il-karatteristika.

(2)

Id-Direttiva 66/401/KEE tistipula l-piż massimu ta’ lott taż-żerriegħa biex tevita l-eteroġeneità f’lottijiet fir-rigward tal-ittestjar taż-żrieragħ.

(3)

Billi l-bidliet fil-produzzjoni taż-żerriegħa u l-prattiki tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari iż-żieda fid-daqs tal-produzzjoni tal-uċuħ taż-żerriegħa u l-metodi tat-trasport taż-żerriegħa, taw indikazzjoni li żieda fil-piż massimu stabbilit tal-lott għaż-żerriegħa tal-ħxejjex setgħet tkun ta’ vantaġġ, ġie organizzat esperiment temporanju b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE (3).

(4)

Dan l-esperiment wera li fil-kundizzjonijiet il-ġodda, il-pjanti ta’ produzzjoni jistgħu jipproduċu lottijiet taż-żerriegħa omoġenji biżżejjed b’daqsijiet akbar. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw iż-żieda tal-piż massimu tal-lottijiet taż-żerriegħa tal-ispeċijiet tal-ħaxix.

(5)

Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żerriegħa, l-ispezzjoni fil-post, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar previsti fid-Direttiva 66/402/KEE huma bbażati fuq metodi u standards aċċettati internazzjonalment, bħal pereżempju dawk stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Ittestjar taz-Żerriegħa (International Seed Testing Association - ISTA).

(6)

Ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti għall-ispeċi Sorghum spp. b’mod ewlieni huma bbażati fuq l-ispeċi Sorghum bicolor (L) Moench. Bħala riżultat tas-suq li għadu kif ġie żviluppat għall-produzzjoni tal-għalf u tal-bijomassa, id-domanda għal sottospeċijiet oħrajn u ibridi ta’ Sorghum spp. b’daqs iżgħar taż-żerriegħa u b’forma irqaq u aktar ċatta żdiedet. Għalhekk, ir-rekwiżiti għal sottospeċijiet separati għandhom jiġu żviluppati aktar sabiex iqisu l-karatteristiċi taż-żerriegħa tagħhom.

(7)

L-ispeċi Sorghum spp. għandha tiġi differenzjata fi Sorghum bicolor (L.) Moench, Sorghum sudanense (Piper) Stapf u l-ibridi tagħhom, u d-daqsijiet tal-kampjuni tagħhom għandhom jiġu adattati mal-istandards stabbiliti mill-ISTA.

(8)

Id-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 66/401/KEE

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fit-Tabella A tat-Taqsima I(2) tal-Anness II, fir-rigward tal-entrata għal Galega orientalis Lam., fil-kolonna 2 in-numru “60” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“60 (a)(b)”

.

(2)

Fil-kolonna 1 tal-Anness III, l-entrata għal “‘Poaceae (Gramineae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

Poaceae (Gramineae)  (*)

(*)  Il-piż massimu tal-lott jista’ jiżdied għal 25 tunnellata jekk il-fornitur ikun ġie awtorizzat li jagħmel dan mill-awtorità kompetenti.”"

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 66/402/KEE

L-Anness III tad-Direttiva 66/402/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati għal Sorghum bicolor, Sorghum bicolor x Sorghum sudanense u Sorghum sudanense huma sostitwiti b’dan li ġej:

1

2

3

4

Sorghum bicolor (L.) Moench

30

900

900

Sorghum sudanense (Piper) Stapf

10

250

250 ”

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Sorghum sudanense (Piper) Stapf:

1

2

3

4

“Ibridi ta’ Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

30

300

300 ”

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 161.