24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/1 |
DIRETTIVA 2012/18/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (3) tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jistgħu jiġu kkaġunati minħabba ċerti attivitajiet industrijali u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
(2) |
L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista' jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta’ prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent. Għalhekk, jeħtieġ li jkun żgurat li l-livelli għolja ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu almenu l-istess jew jogħlew. |
(3) |
Id-Direttiva 96/82/KE kienet strumentali sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn, u b'hekk twassal għal livell ta’ protezzjoni aħjar fl-Unjoni kollha. Reviżjoni ta’ dik d-Direttiva kkonfermat li r-rata ta’ inċidenti kbar baqgħet stabbli. Filwaqt li, b'mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop, diversi bidliet huma meħtieġa sabiex ikomplu jsaħħu l-livell ta’ protezzjoni, partikolarment fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar. Fl-istess ħin, is-sistema stabbilita bid-Direttiva 96/82/KE trid tiġi adattata għat-tibdiliet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet tal-Unjoni li għaliha dik id-Direttiva tirreferi. Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra jridu jiġu ċċarati u aġġornati. |
(4) |
Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ protezzjoni eżistenti jinżamm u jitjieb aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, billi jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati, bil-kundizzjoni li s-sikurezza u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem ma jiġux kompromessi. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar, filwaqt li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent għandu għall-anqas jibqa' l-istess jew jiżdied. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva. Dik il-kooperazzjoni għandha, fost affarijiet oħra, tittratta l-kwistjoni tal-awtoklassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet. Il-partijiet interessati bħar-rappreżentanti tal-industrija, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent għandha, kif xieraq, ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(5) |
Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-Effetti Transkonfinali ta’ Inċidenti Industrijali, li ġiet approvata f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/685/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinali ta’ Inċidenti Industrijali (4) [traduzzjoni mhux uffiċjali], tipprevedi miżuri rigward il-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal u r-reazzjoni għal inċidenti industrijali li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam. Id-Direttiva 96/82/KE timplimenta l-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni. |
(6) |
Inċidenti kbar jista' jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istati Membri kkonċernati. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati miżuri ta’ sigurtà u ta’ tnaqqis ta’ riskji sabiex jiġu evitati l-inċidenti eventwali, jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti u jittaffew il-konsegwenzi eventwali, sabiex ikun jista' jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha. |
(7) |
Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Komunità relatati mas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u tal-ambjent tax-xogħol, u, b'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5). |
(8) |
Ċerti attivitajiet industrijali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva bil-kundizzjoni li jkunu soġġetti għal liġijiet oħra tal-Unjoni jew oħrajn nazzjonali li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-Kummissjoni għandha tkompli teżamina jekk hemm nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju eżistenti, partikolarment rigward riskji ġodda u oħrajn emerġenti minn attivitajiet oħrajn, kif ukoll minn sustanzi perikolużi speċifiċi u, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirranġa dawk in-nuqqasijiet. |
(9) |
L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, inter alia b'referenza għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (6) kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi (7). Id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE ġew issostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (8), li jimplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi li ġiet adottata f'livell internazzjonali, fl-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Dak ir-Regolament jintroduċi klassijiet u kategoriji ġodda ta’ perikli korrispondenti parzjalment biss għal dawk użati taħt dawk id-Direttivi mħassra. Ċerti sustanzi u taħlitiet madankollu ma jiġux ikklassifikati taħt dik is-sistema minħabba nuqqas ta’ kriterji fi ħdan dak il-qafas. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE, għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament filwaqt li jinżamm, jew jogħla ulterjorment, il-livell ta’ protezzjoni eżistenti previst f'dik id-Direttiva. |
(10) |
Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-bijogass raffinat, jeħtieġ li jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tal-istandards fi ħdan il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). |
(11) |
Jistgħu jseħħu effetti mhux mixtieqa mill-allinjament għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament li jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet. Fuq il-bażi ta’ kriterji inklużi f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minkejja l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, hemmx sustanzi perikoluzi li ma jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċidenti kbar u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex is-sustanza perikoluża kkonċernata tiġi eskluża mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Il-valutazzjoni għandha tibda immedjatament, b'mod partikolari wara l-bidla fil-klassifikazzjoni ta’ sustanza jew taħlita, biex jiġu evitati piżijiet mhux meħtieġa għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. L-esklużjonijiet mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti. |
(12) |
L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar, itaffu l-konsegwenzi tagħhom u jieħdu miżuri ta’ rkupru. Fejn il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista' tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u, f'każ li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar (MAPP) li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar. Meta l-operaturi jidentifikaw u jevalwaw il-perikli ta’ inċidenti kbar, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll is-sustanzi perikolużi li jistgħu jkunu ġġenerati matul inċident gravi fi ħdan stabbiliment. |
(13) |
Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (9) normalment hija rilevanti għall-ħsarat ambjentali kkawżati minn inċident kbir. |
(14) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti domino, fejn l-istabbilimenti jkunu jinsabu b'tali mod jew ikunu tant qrib xulxin li jżidu ċ-ċans ta’ inċidenti kbar, jew inkella jaggravaw il-konsegwenzi tagħhom, l-operaturi għandhom jikkooperaw fl-iskambju tal-informazzjoni xierqa u biex jinfurmaw lill-pubbliku, inkluż l-istabbilimenti fil-qrib li jistgħu jkunu affettwati. |
(15) |
Sabiex jiġi ppruvat li dak kollu li huwa meħtieġ twettaq sabiex jiġu evitati inċidenti kbar, u biex jipprepara pjanijiet ta’ emerġenza u miżuri ta’ reazzjoni, l-operatur irid, fil-każ tal-istabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet sinifikanti, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni fil-forma ta’ rapport dwar is-sikurezza. Dak ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jkun fih id-dettalji dwar l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti, l-istallazzjoni jew il-faċilitajiet tal-ħażna, xenarji ta’ inċidenti kbar possibbli u analiżi tar-riskji, miżuri ta’ prevenzjoni u intervent kif ukoll dwar is-sistemi ta’ ġestjoni disponibbli, sabiex jiġi evitat u jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti kbar u sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ dawn. Ir-riskju ta’ inċident kbir jista' jiżdied permezz tal-probabbiltà ta’ diżastri naturali assoċjati mal-post tal-istabbiliment. Dan għandu jkun ikkunsidrat matul it-tħejjija tax-xenarji ta’ inċidenti. |
(16) |
Sabiex wieħed jipprepara għall-emerġenzi, fil-każ ta’ stabbilimenti fejn ikun hemm preżenti sustanzi perikolużi fi kwantitajiet sinifikanti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet interni u esterni ta’ emerġenza u li jiġu stabbiliti proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-pjanijiet jiġu ppruvati u riveduti kif meħtieġ u implimentati f'każ ta’ inċident kbir jew fil-probabbiltà ta’ dan. Il-persunal ta’ stabbiliment għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjan intern ta’ emerġenza u l-pubbliku kkonċernat għandu jkollu l-opportunità jesprimu l-opinjoni tiegħu dwar il-pjan estern ta’ emerġenza. Is-subappaltar jista' jkollu impatt fuq is-sikurezza ta’ stabbiliment. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi jqisu dan huma u jfasslu MAPP, rapport ta’ sikurezza jew pjan intern ta’ emerġenza. |
(17) |
L-operaturi, huma u jqisu l-għażla tal-metodi operattivi adegwati, fosthom dawk għall-monitoraġġ u l-kontroll, għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prattiki. |
(18) |
Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu żgurati distanzi xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, biex jiġu implimentati, jekk ikun meħieġ, il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni jew għall-ambjent jinżamm f'livell aċċettabbli. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji jridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-proċeduri u l-miżuri għandhom jiġu integrati ma’ dawk f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(19) |
Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-ambitu tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), li kienet approvata f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (10), il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B'mod partikolari, persuni li x'aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f'dik l-eventwalità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar fejn tinstab l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni affettwati minn inċident kbir. L-informazzjoni mxerrda lill-pubbliku għandha titqiegħed fi kliem ċar u li jinftiehem. Barra li tipprovdi informazzjoni b'mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b'mod permanenti u tinżamm aġġornata elettronikament. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra. |
(20) |
Il-mod kif l-informazzjoni tiġi ġestita għandu jkun skont l-inizjattiva tas-Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) li ġiet introdotta permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2008 bit-titolu “Lejn Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS)”. Din trid tkun ukoll konformi mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (11) u r-regoli implimentattivi tagħha, li għandhom l-għan li jippermettu li informazzjoni spazjali ambjentali tkun kondiviża bejn l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u jiffaċilitaw aħjar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni spazjali fl-Unjoni. L-informazzjoni trid tinżamm f'bażi ta’ data fil-livell tal-Unjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku, li għandha tiffaċilita wkoll il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni. |
(21) |
Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid ta’ deċiżjonijiet hija meħtieġa biex tippermetti lill-pubbliku konċernat jesprimi, u lil min jieħu d-deċiżjonijiet jikkunsidra, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawk id-deċiżjonijiet, u b'hekk iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tikkontribwixxi għall-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali kif ukoll appoġġ għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu. |
(22) |
Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti u jikkomunikalha l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-effetti ta’ dak l-inċident fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. |
(23) |
L-awtoritajiet lokali għandhom interess fil-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u fit-taffija tal-konsegwenzi tagħhom u jistgħu jiżvolġu rwol importanti. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva dan għandu jitqies mill-Istati Membri. |
(24) |
Sabiex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fuq it-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b'mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dak l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom ħalli l-informazzjoni fis-sistemi ta’ informazzjoni maħluqa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar tkun kompluta. |
(25) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f'attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni bħalma huma l-iżvilupp ta’ gwida xierqa u skambji tal-aħjar prattika. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, l-obbligi tal-informazzjoni għandhom jiġu integrati, fejn ikun xieraq, ma’ dawk taħt liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni. |
(26) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar, irid ikun hemm sistema ta’ spezzjonijiet, inkluż programm ta’ spezzjonijiet ta’ rutina f'perjodi regolari u spezzjonijiet li mhumiex ta’ rutina. Fejn possibbli, l-ispezzjonijiet għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra, inkluża d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (12), jekk ikun il-każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm persunal biżżejjed bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex iwettaq l-ispezzjonijiet b'mod effikaċi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-appoġġ xieraq billi jużaw għodod u mekkaniżmi għall-iskambju ta’ esperjenzi u biex jiġi kkonsolidat l-għarfien, inkluż fil-livell tal-Unjoni. |
(27) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi II sa VI bil-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(28) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13). |
(29) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(30) |
Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
(31) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (14), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata. |
(32) |
Id-Direttiva 96/82/KEE għandha għalhekk tiġi emendata u sussegwentement irrevokata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b'mod konsistenti u effettiv.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istabbilimenti kif definit fl-Artikolu 3(1).
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) |
stabbilimenti, stallazzjonijiet jew faċilitajiet ta’ ħażna militari; |
(b) |
perikli maħluqa b'radjazzjoni jonizzanti li joriġinaw minn sustanzi; |
(c) |
it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja direttament relatata bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, inkluż it-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f'baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi; |
(d) |
il-ġarr ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi f'linji ta’ pajpijiet, inkluż stazzjonijiet għall-ippompjar, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva; |
(e) |
l-isfruttament, jiġifieri l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali f'minjieri u f'barrieri, inkluż permezz ta’ spieri; |
(f) |
l-esplorazzjoni fil-baħar u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi; |
(g) |
il-ħżin ta’ gass f'siti offshore taħt l-art inkluż kemm f'siti ta’ ħżin iddedikat kif ukoll siti li fihom l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi jseħħu wkoll; |
(h) |
miżbliet, inklużi ħażniet ta’ skart taħt l-art, |
Minkejja l-punti (e) u (h) tal-ewwel subparagrafu, jiddaħħlu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ħżin onshore taħt l-art ta’ gass f'saffijiet naturali, akkwifers, kavitajiet tal-melħ u minjieri mhux użati u operazzjonijiet ta’ pproċessar kimiku u termali u l-ħażna relatat ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif ukoll faċilitajiet operattivi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar u diegi ta’ tailings, li jkollhom sustanzi perikolużi.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“stabbiliment” tfisser il-post sħiħ taħt il-kontroll ta’ operatur fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi stallazzjoni waħda jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati; l-istabbilimenti huma stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jew ta’ livelli ogħla; |
2. |
“stabbiliment tal-livelli aktar baxxi” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I; |
3. |
“stabbiliment tal-livelli ogħla” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I; |
4. |
“stabbiliment fil-qrib” tfisser stabbiliment li jinsab tant fil-viċinanzi ta’ stabbiliment ieħor li jiżdied ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir; |
5. |
“stabbiliment ġdid” tfisser
|
6. |
“stabbiliment eżistenti” tfisser stabbiliment li fil-31 ta’ Mejju 2015 jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 96/82/KE u mill-1 ta’ Ġunju 2015 jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva mingħajr li biddel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala stabbiliment tal-livelli aktar baxxi jew bħala stabbiliment tal-livelli ogħla; |
7. |
“stabbiliment ieħor” tfisser sit ta’ operazzjoni li jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, jew stabbiliment tal-livelli aktar baxxi li jsir stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, fl-1 ta’ Ġunju 2012 jew wara minħabba raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt 5; |
8. |
“stallazzjoni” tfisser unità teknika fi stabbiliment u kemm jekk fil-livell ta’ jew taħt l-art li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna; hija tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar privati, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin 'il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f'wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim ta’ dik l-istallazzjoni; |
9. |
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew stallazzjoni jew, fejn previst bil-liġi nazzjonali, li lilha jkun ġie ddelegat is-setgħa deċiżiva ekonomika jew tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment jew l-istallazzjoni; |
10. |
“sustanza perikoluża” tfisser sustanza jew taħlita koperta fil-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness 1 inkluż fil-forma ta’ materja prima, prodott, prodott sekondarju, residwu jew prodott intermedju; |
11. |
“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar; |
12. |
“preżenza ta’ sustanzi perikolużi” tfisser il-preżenza effettiva jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew ta’ sustanzi perikolużi li jkun raġonevoli li jiġi previst li jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fil-proċessi, inklużi l-attivitajiet ta’ ħżin, fi kwalunkwe stallazzjoni fi ħdan stabbiliment, fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet kwalifikattivi stabbiliti fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I. |
13. |
“inċident kbir” tfisser każ bħalma huwa emissjoni kbira, ħruq, jew splużjoni li jiġu kkaġunati minn żviluppi mhux ikkontrollati matul l-operazzjoni ta’ kwalunkwe stabbiliment kopert b'din id-Direttiva, u li jwassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, immedjat jew ittardjat, ġewwa jew barra l-istabbiliment, u li jinvolvi sustanza perikoluża waħda jew aktar; |
14. |
“periklu” tfisser il-proprjetà intrinsika ta’ sustanza perikoluża jew sitwazzjoni fiżika, b'potenzjal li toħloq ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent; |
15. |
“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ effett speċifiku li jseħħ f'perjodu speċifikat jew f'ċirkustanzi speċifikati; |
16. |
“ħażna” tfisser il-preżenza ta’ kwantità ta’ sustanzi perikolużi għall-finijiet ta’ magazzinaġġ, iż-żamma taħt kustodja sikura jew iż-żamma fl-istokk; |
17. |
“il-pubbliku” tfisser persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi u, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom; |
18. |
“il-pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx ikun affettwat, jew li jkollu interess li jieħu deċiżjoni rigward kwalunkwe materja koperta bl-Artikolu 15(1); għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit applikabbli fil-liġi nazzjonali jitqiesu li għandhom interess; |
19. |
“spezzjoni” tfisser l-azzjonijiet kollha, inklużi żjajjar fuq il-post, verifiki ta’ miżuri interni, sistemi, rapporti u dokumenti ta’ segwitu, u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu meħtieġa, li jsiru mill-awtorità kompetenti jew f'isimha biex tivverifika u tippromwovi l-konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 4
Valutazzjoni ta’ perikli ta’ inċident kbir għal sustanza perikoluża partikolari
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, meta jkun xieraq jew fi kwalunkwe każ abbażi ta’ notifika min-naħa ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 2, jekk huwiex possibbli fil-prattika li sustanza perikoluża partikolari koperta mill-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness I, tikkawża rilaxx ta’ materja jew enerġija li x'aktarx tikkaġuna inċident kbir f'kundizzjonijiet kemm normali jew ukoll anomali li jistgħu raġonevolment jiġu mbassra. Tali valutazzjoni għandha tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u għandha tkun ibbażata fuq karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-forma fiżika tas-sustanza perikoluża taħt kundizzjonijiet normali ta’ pproċessar jew trattament jew f'telf mhux previst ta’ trażżin; |
(b) |
il-proprjetajiet inerenti tas-sustanza perikoluża, partikolarment dawk relatati mal-imġiba dispersiva f'xenarju ta’ inċident kbir, bħall-massa molekulari u l-pressjoni saturata tal-fwar; |
(c) |
il-konċentrazzjoni massima tas-sustanzi fil-każ ta’ taħlitiet. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-trażżin u l-ippakkjar ġeneriku tas-sustanza perikoluża għandhom, fejn xieraq, jitqiesu wkoll, inkluż partikolarment fejn kopert skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni.
2. Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża ma tippreżentax periklu ta’ inċident kbir u skont il-paragrafu 1, dan għandu javża lill-Kummissjoni flimkien mal-ġustifikazzjoni ta’ sostenn, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 2, l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet tas-sustanza jew taħlita perikoluża kkonċernata f'termini ta’ perikli għas-saħħa, tal-perikoli fiżiċi u tal-perikli għall-ambjenti għandha tinkludi:
(a) |
lista komprensiva tal-proprjetajiet neċessarji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali li tippreżenta sustanza perikoluża biex tikkaġuna ħsarat fiżiċi jew ħsarat għas-saħħa jew l-ambjent; |
(b) |
proprjetajiet fiżiċi u kimiċi (pereżempju massa molekulari, pressjoni saturata tal-fwar, tossiċità inerenti, punt tat-tgħollija, reattività, viskożità, solubbiltà u proprjetajiet rilevanti oħrajn); |
(c) |
proprjetajiet relatati mal-perikli għas-saħħa u mal-perikli fiżiċi: (pereżempju reattività, fjammabbilità, tossiċità flimkien ma’ fatturi addizzjonali oħra bħall-mod ta’ aggressjoni fuq il-ġisem, ir-rati ta’ korriment u mortalità, l-effetti fit-tul u proprjetajiet oħra skont il-każijiet); |
(d) |
proprjetajiet relatati mal-perikli għall-ambjent (pereżempju, ekotossiċità, persistenza, bijoakkumulazzjoni, potenzjal ta’ propagazzjoni ambjentali fuq medda wiesa' u proprjetajiet rilevanti oħrajn); |
(e) |
jekk disponibbli, il-klassifikazzjoni tal-Unjoni tas-sustanza jew taħlita; |
(f) |
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għas-sustanza (pereżempju, temperatura, pressjoni u kundizzjonijiet oħrajn skont il-każijiet) li fihom is-sustanza perikoluża tinħażen, tintuża u/jew tista' tkun preżenti fil-każ ta’ operazzjonijiet anormali prevedibbli jew inċidenti bħal ħruq. |
4. Wara l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun il-każ, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex teskludi s-sustanza perikoluża kkonċernata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
Obbligi ġenerali tal-operatur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun obbligat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun meħtieġ juri lill-awtorità jew kompetenti msemmija fl-Artikolu 6, fi kwalunkwe żmien, b'mod partikolari għall-finijiet tal-ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 20, li l-operatur ikun ħa l-miżuri kollha meħtieġa kif speċifikat f'din id-Direttiva.
Artikolu 6
Awtorità kompetenti
1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-operatur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli biex iwettqu d-dmirijiet stabbiliti f'din id-Direttiva (’l-awtorità kompetenti’) u, jekk ikun meħtieġ, korpi biex jgħinu lill-awtorità kompetenti f'livell tekniku. L-Istati Membri li jistabbilixxu jew jaħtru iktar minn awtorità waħda għandhom jiggarantixxu li l-proċeduri biex jitwettqu d-dmirijiet tagħhom ikunu kkoordinati totalment.
2. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f'attivitajet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bl-involviment, meta jkun xieraq, tal-partijiet interessati.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni ekwivalenti li tiġi ppreżentata mill-operaturi skont leġiżlazzjoni oħra relevanti tal-Unjoni u li din tissodisfa kwalunkwe mir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jkunu ssodisfati.
Artikolu 7
Notifika
1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkollha l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u/jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat; |
(b) |
il-post tan-negozju rreġistrat tal-operatur, bl-indirizz sħiħ; |
(c) |
l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a); |
(d) |
informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi u l-kategorija tas-sustanzi involuti jew x'aktarx li jkunu preżenti; |
(e) |
il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi konċernati; |
(f) |
l-attività jew l-attività proposta tal-istallazzjoni jew il-faċilità tal-ħażna; |
(g) |
l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, u l-fatturi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inkluż, jekk disponibbli, dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib ta’ siti li jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi li jistgħu jkunu s-sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino. |
2. In-notifika jew l-aġġornament tagħha għandha tinbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti f'dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
(a) |
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi; |
(b) |
għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun bagħat diġà n-notifika lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 u baqgħet mhux mibdula.
4. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti minn qabel dwar il-każijiet li ġejjin:
(a) |
kwalunkwe żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-kwantità jew bidla sinifikanti fin-natura jew fil-forma fiżika tas-sustanza perikoluża preżenti, kif indikat fin-notifika pprovduta mill-operatur skont il-paragrafu 1, jew kwanlunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi li jużaw dik is-sustanza; |
(b) |
modifika ta’ stabbiliment jew stallazzjoni li jista' jkollha konsegwenzi sinifikanti f’termini ta’ perikli ta’ inċidenti kbar; |
(c) |
l-għeluq permanenti tal-istabbiliment jew id-diżattivazzjoni tiegħu; jew |
(d) |
bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1. |
Artikolu 8
Politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument bil-miktub li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP) u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tkun imfassla biex tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, kif ukoll l-impenn favur it-titjib kontinwu tal-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar u l-assigurazzjoni ta’ livelli għolja ta’ protezzjoni.
2. L-MAPP għandha titfassal u, meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
(a) |
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi; |
(b) |
għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun stabbilixxa diġà l-MAPP u, fejn mitlub mil-liġi nazzjonali, ikun bagħatha lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 u tibqa' mhux mibdula.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 11, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna l-MAPP, tal-anqas kull ħames snin. Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjon nazzjonali l-MAPP aġġornata għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
5. L-MAPP għandha tkun implimentata permezz ta’ mezzi u strutturi idonei kif ukoll sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, skont l-Anness III, proporzjonati għall-perikli ta’ inċidenti kbar u l-kumplessità tal-organizzazzjoni jew tal-attivitajiet tal-istabbiliment. F'każ ta’ stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, l-obbligu li jimplimentaw il-MAPP jista' jkun milħuq permezz ta’ mezzi, strutturi u sistemi ta’ ġestjoni oħra idonei u proporzjonati għall-perikli ta’ inċidenti kbar, b'kont meħud tal-prinċipji stipulati fl-Anness III.
Artikolu 9
Effetti domino
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 7 u 10 jew wara talba għal informazzjoni supplementari mill-awtorità kompetenti, jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 20, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla jew ta’ gruppi ta’ stabbilimenti, fejn ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.
2. Jekk l-awtorità kompetenti ikollha informazzjoni supplementari għal dik fornuta mill-operatur konformement mal-Artikolu 7(1)(g), hija għandha tpoġġiha għad-dispożizzjoni ta’ dak l-operatur, jekk tkun neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti identifikati skont il-paragrafu 1:
(a) |
jiskambjaw informazzjoni xierqa li jippermettilhom jikkunsidraw in-natura u l-limitu tal-periklu ġenerali ta’ inċident kbir fl-MAPP, fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza, fir-rapporti dwar is-sikurezza u fil-pjanijiet interni ta’ emerġenza tagħhom, skont il-każijiet; |
(b) |
jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lis-siti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza. |
Artikolu 10
Rapport dwar is-sikurezza
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ stabbiliment tal-livelli ogħla biex jipproduċi rapport dwar is-sikurezza sabiex:
(a) |
juri li l-MAPP u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza biex timplimentaha ġew implimentati skont l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III; |
(b) |
juri li l-perikli ta’ inċidenti kbar u xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar ġew identifikati u ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn kif ukoll sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
(c) |
juri li sikurezza u kredibbiltà adegwati ġew ikkunsidrati fit-tfassil, fil-bini, fl-operat u fiż-żamma ta’ kwalunkwe stallazzjoni, faċilità ta’ ħażna, tagħmir u infrastruttura konnessi mal-operat tiegħu u li huma marbutin ma’ perikli ta’ inċidenti kbar ġewwa l-istabbiliment; |
(d) |
juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista' jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza; |
(e) |
jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-awtorita kompetenti sabiex jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-post ta’ attivitajiet jew żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti. |
2. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jinkludi tal-anqas id-data u l-informazzjoni elenkati fl-Anness II. Għandu jsemmi l-organizzazzjonijiet rilevanti involuti fit-tfassil tar-rapport.
3. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:
(a) |
għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi; |
(b) |
għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, l-1 ta’ Ġunju 2016, |
(c) |
għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva japplika għall-istabbiliment konċernat. |
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun bagħat diġà r-rapport dwar is-sikurezza lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fih tkun konformi mal-paragrafi 1 u 2 tibqa' mhux mibdula. Biex jikkonforma ruħu mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-operatur għandu jippreżenta l-partijiet mibdula tar-rapport dwar is-sikurezza fil-format maqbul mill-awtorita' kompetenti, soġġett għall-limiti ta’ zmien imsemmija fil-paragrafu 3.
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport, tal-anqas kull ħames snin.
L-operatur għandu jirrevedi wkoll u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza wara inċident kbir fl-istabbiliment tiegħu, u fi kwalunkwe żmien ieħor, fuq l-inizjattiva tal-operatur stess jew inkella fuq talba tal-awtorità kompetenti, fejn dan ikun iġġustifikat b'fatti ġodda jew b'għarfien teknoloġiku ġdid dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza, inkluż għarfien li jkun ġej mill-analiżi ta’ inċidenti jew, safejn ikun possibbli, minn inċidenti li 'kważi ġraw', kif ukoll minn żviluppi fl-għarfien fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli.
Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza u l-partijiet aġġornati tiegħu għandu jintbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.
6. Qabel ma l-operatur jibda bil-kostruzzjoni jew bl-operat, jew fil-każijiet msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien raġonevoli minn mindu jirċievu r-rapport tikkomunika l-konklużjonijiet tal-eżami tagħha dwar ir-rapport tas-sikurezza lill-operatur u, fejn ikun il-kaz, skont l-Artikolu 19, tipprojbixxi l-użu, jew l-użu ssuktat, tal-istabbiliment konċernat.
Artikolu 11
Modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment jew faċilità tal-ħażna
F'każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew forma fiżika jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista' jkollhom konsegwenzi sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, jew x'aktarx jirriżultaw fi riklassifikazzjoni ta’ stabbiliment tal-livelli aktar baxxi fi stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur janalizza u fejn ikun meħtieġ jaġġorna n-notifika, l-MAPP, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-rapport ta’ sikurezza u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-dettalji ta’ dawk l-aġġornamenti qabel ma sseħħ dik il-modifika.
Artikolu 12
Pjanijiet ta’ emerġenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla:
(a) |
l-operatur ifassal pjan intern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu fl-istabbiliment; |
(b) |
l-operatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorita kompetenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jfasslu pjanijiet esterni ta’ emerġenza; |
(c) |
l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sentejn minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni neċessarja mill-operatur skont il-punt (b). |
2. L-operaturi għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:
(a) |
għal stabbilimenti ġodda, perijodu raġjonevoli ta’ żmien qabel ma jibda l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi; |
(b) |
għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, sal-1 ta’ Ġunju 2016 sakemm il-pjan intern ta’ emerġenza ma jkunx tfassal skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel dik id-data, u l-informazzjoni inkluża fih, u l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, tkun konformi ma’ dan l-Artikolu u tibqa' mhux mibdula; |
(c) |
għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat. |
3. Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu stabbiliti bl-għanijiet li ġejjin:
(a) |
li jrażżnu u jikkontrollaw l-inċidenti ħalli jnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti, u biex jillimitaw il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-proprjetà; |
(b) |
li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikun mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti ta’ inċidenti kbar; |
(c) |
li jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa lill-pubbliku kif ukoll lis-servizzi jew lill-awtoritajiet konċernati f'dik iż-żona; |
(d) |
li jipprovdu għar-restawr u t-tindif tal-ambjent wara li jkun seħħ inċident kbir. |
Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f'din id-Direttiva jitfasslu f'konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil.
5. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-pubbliku konċernat jingħata opportunità bikrija biex jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew modifikati sostanzjalment.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet esterni ta’ emerġenza u interna jiġu analizzati, ittestjati u, fejn ikun meħtieġ, aġġornati mill-operaturi u mill-awtoritajiet maħtura rispettivament f'intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn tliet snin. Dan ir-rieżami għandu jikkunsidra t-tibdiliet li jseħħu fl-istabbilimenti konċernati jew fis-servizzi tal-emerġenza konċernati, l-għarfien tekniku ġdid, u l-għarfien dwar ir-reazzjoni għal inċidenti kbar.
Rigward il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni msaħħa fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili waqt inċidenti kbar.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ emerġenza jiġu implimentati mingħajr dewmien mill-operatur u, jekk ikun meħtieġ, mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti maħtura għal dan il-għan fejn iseħħ inċident kbir, jew meta jseħħ każ mhux kkontrollat li, minħabba n-natura tiegħu stess, jista' b'mod raġonevoli jkun mistenni li jwassal għal inċident kbir.
8. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi, billi tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fir-rapport dwar is-sikurezza, li r-rekwiżit li jiġi prodott pjan estern ta’ emerġenza skont il-paragrafu 1 ma jkunx japplika.
Artikolu 13
Ippjanar tal-użu tal-art
1. L-Istati Membri għandhom jiguraw li l-għanijiet biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kkunsidrati fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra. Dawn għandhom isegwu dawk l-għanijiet permezz ta’ verifiki fuq:
(a) |
il-post fejn jinbnew stabbilimenti ġodda; |
(b) |
modifika fl-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 11; |
(c) |
żviluppi ġodda inklużi rotot tat-trasport, postijiet ta’ użu pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jkunu sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra kif ukoll il-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil:
(a) |
li jinżammu distanzi ta’ sikurezza xierqa bejn l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva u żoni residenzjali, bini u żoni pubbliċi, żoni ta’ mistrieħ, u safejn ikun possibbli rotot ewlenin tat-trasport, u; |
(b) |
li jipproteġu żoni ta’ sensittività jew interess naturali partikolari qrib l-istabbilimenti, skont il-każijiet permezz ta’ distanzi ta’ sikurezza xierqa jew miżuri rilevanti oħra; |
(c) |
fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, li jieħdu miżuri tekniċi addizzjonali skont l-Artikolu 5 sabiex ma jiżdidux ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-awtoritajiet tal-ippjanar li jkunu responsabbli għad-deċiżjonijiet f'din iż-żona jistabbilixxu proċeduri ta’ konsultazzjoni xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politiki stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-proċeduri għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-operaturi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment u li l-parir tekniku dwar dawk ir-riskji jkun disponibbli, fuq bażi ta’ każ b'każ jew fuq bażi ġenerika, meta jittieħdu d-deċiżjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.
4. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (15), id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (16) u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri koordinati jew konġunti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta’ dik il-leġiżlazzjoni, inter alia, biex jiġu evitati valutazzjonijiet jew konsultazzjonijiet doppji.
Artikolu 14
Informazzjoni lill-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż elettronikament. L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata, jekk neċessarju, anki fil-każ ta’ modifiki koperti mill-Artikolu 11.
2. Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li:
(a) |
il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f'każ ta’ inċident kbir; |
(b) |
ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 22(3); fejn l-Artikolu 22(3) japplika, rapport emendat, pereżempju fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar u dwar l-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent f'każ ta’ inċident kbir, għandu jkun disponibbli; |
(c) |
l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba, soġġett għall-Artikolu 22(3). |
L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-bini u liż-żoni kollha ta’ uzu pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta tal-anqas kull ħames snin u tiġi riveduta regolarment u jekk neċessarju, aġġornata, anki fil-każ ta’ modifiki koperti mill-Artikolu 11.
3. L-Istati Membri għandhom, rigward il-possibbiltà ta’ inċident kbir b'effetti transkonfinali li joriġina fi stabbiliment tal-livelli ogħla, jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati sabiex id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li hemm fl-Artikoli 12 u 13 u f'dan l-Artikolu jkunu jistgħu jiġu applikati, fejn ikun applikabbli, mill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati.
4. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista' joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 12(8) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 12(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni motivata tiegħu.
Artikolu 15
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat jingħata opportunità bikrija biex jkun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar proġetti individwali speċifiċi relatati ma':
(a) |
l-ippjanar għal stabbilimenti ġodda skont l-Artikolu 13; |
(b) |
modifiki sinifikanti għal stabbilimenti skont l-Artikolu 11, fejn modifiki bħal dawn ikunu soġġetti għall-obbligi previsti fl-Artikolu 13; |
(c) |
żviluppi ġodda madwar stabbilimenti fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir skont l-Artikolu 13. |
2. Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ avviżi pubbliċi jew mezzi oħra xierqa, inkluża l-midja elettronika fejn din tkun disponibbli, dwar il-punti li ġejjin kemm jista' jkun kmieni fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard possibbli, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovduta b'mod raġonevoli:
(a) |
is-suġġett tal-proġett speċifiku; |
(b) |
fejn applikabbli, il-fatt li proġett ikun soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali nazzjonali jew transkonfinali jew għall-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3); |
(c) |
dettalji dwar l-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mid-deċiżjonijiet, dik li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti u li lilha jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet, u dettalji dwar l-iskeda taż-żmien biex jintbagħtu l-kummenti jew il-mistoqsijiet; |
(d) |
in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni; |
(e) |
indikazzjoni dwar iż-żminijiet u l-postijiet fejn, jew il-mezzi li permezz tagħhom, l-informazzjoni rilevanti issir disponibbli; |
(f) |
dettalji dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika li jsiru skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. |
3. Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'perjodi ta’ żmien xierqa, dan li ġej ikun disponibbli għall-pubbliku konċernat:
(a) |
skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġ lill-awtorità kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2; |
(b) |
skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (17) informazzjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li tkun rilevanti għad-deċiżjoni konċernata u li ssir disponibbli biss wara li l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat ikollu l-jedd li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar proġetti individwali speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 1 ikunu ġew ikkunsidrati kif xieraq fit-teħid tad-deċiżjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:
(a) |
il-kontenut tad-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ġiet ibbażata, inklużi kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti; |
(b) |
ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni u spjegazzjoni dwar kif dawn ġew ikkunsidrati f'dik id-deċiżjoni. |
6. Fejn jiġu stabbiliti pjanijiet jew programmi ġenerali relatati mal-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, punti (a) jew (ċ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effikaċi ta’ parteċipazzjoni għat-tħejjija, modifika jew reviżjoni tagħhom permezz tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent (18).
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku bid-dritt li jipparteċipa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jissodisfaw rekwiżiti relevanti imposti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-pjanijiet u l-programmi li għalihom issir il-proċedura ta’ parteċipazzjoni pubblika skont id-Direttiva 2001/42/KE.
7. L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku konċernat jiġi infurmat u kkonsultat għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.
Għandhom jiġu pprovduti termini ta’ żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku kkonċernat iħejji ruħu u jipparteċipa b'mod effikaċi fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur u azzjonijiet li jridu jittieħdu wara li jseħħ inċident kbir
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kemm jista' jkun possibbli wara li jseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jkun meħtieġ, bl-użu tal-iktar mezzi xierqa, li:
(a) |
jinforma lill-awtorità kompetenti; |
(b) |
jipprovdi lill-awtorita' kompetenti bl-informazzjoni li ġejja hekk kif din tkun disponibbli:
|
(c) |
jinforma lill-awtorita' kompetenti dwar il-passi previsti biex:
|
(d) |
jaġġorna l-informazzjoni pprovduta jekk investigazzjonijiet oħra jiżvelaw fatti addizzjonali li jbiddlu dik l-informazzjoni jew il-konklużjonijiet stabbiliti. |
Artikolu 17
Azzjoni li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti iridu jieħdu wara inċident kbir
Wara inċident kbir, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti:
(a) |
jiżguraw li kwalunkwe miżura urġenti, fuq medda ta’ żmien medju u twil, tkun ittieħdet; |
(b) |
jiġbru, permezz ta’ spezzjoni, investigazzjoni jew mezzi oħra xierqa, l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi sħiħa tal-aspetti tekniċi, organizzattivi u maniġerjali ta’ inċident kbir; |
(c) |
jieħdu azzjoni xierqa ħalli tiżgura li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura ta’ rimedju li tkun meħtieġa; |
(d) |
jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi fil-futur; u |
(e) |
jinformaw lill-persuni potenzjalment affettwati mill-inċident kbir li seħħ u, jekk ikun il-każ, bil-miżuri meħuda biex itaffu l-konsegwenzi. |
Artikolu 18
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri wara inċident kbir
1. Għall-finijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jipprovdulha d-dettalji li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru, l-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli għar-rapport; |
(b) |
id-data, il-ħin u l-post tal-inċident kbir, inkluż l-isem sħiħ tal-operatur u l-indirizz tal-istabbiliment involut; |
(c) |
deskrizzjoni fil-qosor taċ-ċirkostanzi tal-inċident, inklużi s-sustanzi perikolużi involuti, u l-effetti immedjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
(d) |
deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ emerġenza li jkunu ttieħdu u tal-prekawzjonijiet immedjati li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata r-rikorrenza; |
(e) |
l-eżitu tal-analiżijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom. |
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun provduta kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sena mid-data tal-inċident, billi jużaw il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 21(4). Meta huwa possibbli li tiġi provduta biss informazzjoni preliminari skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 sat-terminu msemmi għall-inklużjoni fil-bażi tad-data, l-informazzjoni għandha tkun aġġornata meta jsiru disponibbli r-riżultati ta’ analiżijiet u rakkomandazzjonijiet ulterjuri.
Ir-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, mill-Istati Membri jista' jiddewwem sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-proċeduri ġudizzjarji fejn rappurtar bħal dan jista' jaffettwa dawk il-proċedimenti.
3. Għall-finijiet ta’ trażmissjoni min-naħa tal-Istati Membri tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu tiġi definita formola f'forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe korp li jista' jkollu informazzjoni rilevanti dwar inċidenti kbar u li jkun jista' joffri parir lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li jkollhom jintervjenu f'każ ta’ inċident bħal dan.
Artikolu 19
Projbizzjoni tal-użu
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri meħuda mill-operatur għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar ikollhom nuqqasijiet serji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fost affarijiet oħra, iqisu l-inadempjenzi gravi li jieħdu l-azzjonijiet neċessarji identifikati mir-rapport ta’ spezzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn jekk l-operatur ma jkunx ippreżenta n-notifika, ir-rapporti jew informazzjoni oħra meħtieġa b'din id-Direttiva fil-perjodu speċifikat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu jappellaw kontra ordni ta’ projbizzjoni minn awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 1 quddiem korp xieraq li jiġi determinat bil-liġi u l-proċeduri nazzjonali.
Artikolu 20
Spezzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet.
2. L-ispezzjonijiet għandhom ikunu xierqa għat-tip ta’ stabbiliment konċernat. Dawn ma għandhomx jiddependu mir-rapport dwar is-sikurezza li jkunu rċevew jew minn kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat. Dawn għandhom ikunu suffiċjenti biex is-sistemi li jkunu qed jiġu mħaddma fl-istabbiliment jiġu eżaminati b'mod ippjanat u sistematiku, kemm jekk ikunu ta’ natura teknika, organizzattiva jew maniġerjali, sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li:
(a) |
l-operatur jista' juri li huwa ħa l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-attivitajiet differenti tal-istabbiliment, sabiex jevita inċidenti kbar; |
(b) |
l-operatur jista' jipprova li huwa pprovda l-mezzi biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar, fil-post u barra minnu; |
(c) |
id-data u l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport dwar is-sikurezza, jew fi kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat, ikunu jirriflettu b'mod adegwat il-kundizzjonijiet fl-istabbiliment; |
(d) |
l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti kollha jkunu koperti bi pjan ta’ spezzjoni f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u għandhom jiżguraw li dan il-pjan jiġi rivedut regolarment u, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat.
Kull pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:
(a) |
valutazzjoni ġenerali dwar il-kwistjonijiet ta’ sikurezza rilevanti; |
(b) |
iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni; |
(c) |
lista tal-istabbilimenti koperti bil-pjan; |
(d) |
lista ta’ gruppi ta’ stabbiliment b'effetti domino possibbli skont l-Artikolu 9; |
(e) |
lista ta’ stabbilimenti fejn sorsi partikolari ta’ riskji jew perikli esterni jistgħu jżidu ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir; |
(f) |
proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ rutina inklużi l-programmi għal spezzjonijiet bħal dawn skont il-paragrafu 4; |
(g) |
proċeduri għal spezzjonijiet mhux ta’ rutina skont il-paragrafu 6; |
(h) |
dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ spezzjoni differenti. |
4. Fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tfassal b'mod regolari programm għal spezzjonijiet ta’ rutina fl-istabbilimenti kollha, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq il-post għal tipi differenti ta’ stabbilimenti.
Il-perjodu bejn żewġ żjajjar konsekuttivi fuq il-post ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx fasslet programm ta’ spezzjoni bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar relatati mal-istabbilimenti konċernati.
5. Il-valutazzjoni sistematika tal-perikli tal-istabbilimenti konċernati għandha tiġi bbażata fuq tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-impatti potenzjali tal-istabbilimenti konċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
(b) |
ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu kkunsidrati s-sejbiet rilevanti tal-ispezzjonijiet imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
6. L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom isiru biex jiġu investigati kemm jista' jkun malajr ilmenti serji, inċidenti serji u inċidenti oħrajn li kważi seħħew, kif ukoll inċidenti u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità.
7. Fi żmien erba' xhur minn kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-operatur il-konklużjonijiet taż-żjara u l-azzjonijiet kollha meħtieġa li jkunu ġew identifikati. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jieħu dawk l-azzjonijiet kollha meħtieġa f'perjodu raġonevoli wara li jkun irċieva l-komunikazzjoni.
8. Jekk waqt spezzjoni jkun ġie identifikat każ gravi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, għandha ssir spezzjoni supplementari fi żmien sitt xhur.
9. Meta jkun possibbli l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, dawn għandhom ikunu kkombinati.
10. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu mekkaniżmi u għodod għall-iskambju ta’ esperjenzi u sabiex jikkonsolidaw l-għarfien, kif ukoll biex jipparteċipaw f'dawn il-mekkaniżmi fil-livell tal-Unjoni fejn ikun xieraq.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-għajnuna kollha meħtieġa sabiex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet iwettqu kwalunkwe spezzjoni u jiġbru kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jippermettu lill-awtoritajiet sabiex jivvalutaw b'mod sħiħ il-possibbiltà ta’ inċidenti kbar u jiddeterminaw l-għan ta’ probabbiltà akbar jew aggravazzjoni ta’ inċidenti kbar possibbli, jippreparaw pjan estern ta’ emerġenza u jikkunsidraw is-sustanzi li, minħabba l-forma fiżika, il-kundizzjonijiet jew il-post partikolari tagħhom, jistgħu jeħtieġu aktar attenzjoni.
Artikolu 21
Sistema u skambji ta’ informazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esperjenzi miksuba rigward il-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna, b'mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva.
2. Sat-30 ta’ Settembru 2019, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
3. Għall-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'tal-anqas din l-informazzjoni segwenti:
(a) |
l-isem jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat; |
(b) |
l-attività jew attivitajiet tal-istabbiliment. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data li fiha l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. L-aċċess għall-bażi tad-data għandu jkun riservat għal persuni awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bażi tad-data li tinkludi, b'mod partikolari, id-dettalji ta’ inċidenti kbar li jkunu seħħu fit-territorju tal-Istati Membri, għar-raġunijiet li ġejjin:
(a) |
it-tixrid veloċi fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2); |
(b) |
id-distribuzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ analiżi dwar il-kawżi tal-inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom; |
(c) |
l-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri preventivi; |
(d) |
l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu joffru parir jew informazzjoni rilevanti dwar il-frekwenza, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar. |
5. Sal-1 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti l-formati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu min-naħa tal-Istati Membri u l-bażijiet tad-data rilevanti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
6. Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha, tal-anqas:
(a) |
l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2); |
(b) |
analiżi tal-kawżi tal-inċidenti; |
(c) |
it-tagħlimiet li nkisbu minn dawn l-inċidenti; |
(d) |
il-miżuri preventivi meħtieġa biex jiġu evitati każijiet simili. |
7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-parti mhux kunfidenzjali tad-data.
Artikolu 22
Aċċess għall-informazzjoni u kunfidenzjalità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi tat-trasparenza, li l-awtorità kompetenti tkun meħtieġa tagħmlu disponibbli kwalunkwe informazzjoni miżmuma skont din id-Direttiva għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika skont id-Direttiva 2003/4/KE.
2. Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva, inkluż taħt l-Artikolu 14, tista' tiġi miċħuda jew limitata mill-awtorità kompetenti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.
3. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni sħiħa msemmija fl-Artikolu 14(2), punti (b) u (c) miżmuma mill-awtorità kompetenti tista' tiġi miċħuda minn dik l-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-operatur ikun talab biex ma jiġux żvelati ċerti partijiet tar-rapport dwar is-sikurezza jew l-inventarju tas-sustanzi perikolużi għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.
L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi wkoll, għall-istess raġunijiet, li ċerti partijiet tar-rapport jew l-inventarju ma għandhomx jiġu żvelati. F'każijiet bħal dawn, u bl-approvazzjoni ta’ dik l-awtorità, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti rapport jew inventarju emendat li jeskludi dawk il-partijiet.
Artikolu 23
Aċċess għall-ġustizzja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
kwalunkwe applikant li jippreżenta talbiet għal informazzjoni skont il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 14(2) jew l-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva jkunu jista' jitlob, konformement mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, rieżami tal-atti jew tal-omissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni; |
(b) |
fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom, il-pubbliku konċernat ikollu aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami stabbiliti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/KE għall-każijiet previsti fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 24
Gwida
Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa gwida dwar id-distanza ta’ sikurezza u l-effetti domino.
Artikolu 25
Emenda tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 għall-fini tal-adattament tal-Annessi II sa VI għall-progress tekniku. Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f'modifiki sostanzjali tal-obbligi tal-Istati Membri u tal-operaturi kif stabbilit f'din id-Direttiva.
Artikolu 26
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa biex ikunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin li jiddekorri mit-13 ta’ Awwissu 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa hija taċitament prorogata għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali proroga sa mhux aktar tard minn erba' xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25 tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tad-deċiżjoni jiddekorru mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data suċċessiva speċifikata fiha. Hija ma tippreġudikax il-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 25 jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjoni sat-terminu ta’ xahrejn mid-data li fih l-att ġielhom innotifikat jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ tali terminu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għarrfu lill-Kummissjoni li mhux biħsiebhom iqajmu oġġezzjoni. Tali terminu huwa prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 27
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/82/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 28
Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa lil dawn.
Artikolu 29
Rappurtar u reviżjoni
1. Sat-30 ta’ Settembru 2012, u sussegwentement kull erba' snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(2) u tal-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 21(3) u (4) u b'kont meħud tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tajjeb ta’ din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar li jseħħu fl-Unjoni u dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinkludi, fl-ewwel fost tali rapporti, valutazzjoni tal-bżonn ta’ modifika tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Kull rapport huwa akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva.
2. Fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' teżamina l-bżonn li tiġi ttrattata l-kwistjoni tar-responsabbiltajiet finanzjarji tal-operatur fir-rigward ta’ inċidenti kbar, inklużi kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni.
Artikolu 30
Emenda tad-Direttiva 96/82/KE
Fid-Direttiva 96/82/KE, it-termini “(d) żejt kombustibbli tqil” jiżdiedu mal-intestatura ’Prodotti tal-pitrolju’ fil-Parti 1 tal-Anness I.
Artikolu 31
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Mejju 2015. Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Ġunju 2015.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-15 ta’ Frar 2014.
Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 32
Revoka
1. Id-Direttiva 96/82/KE qed tiġi revokata b'effett mill-1 ta’ Ġunju 2015.
2. Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VII.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 34
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 138.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2012 u deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012.
(3) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.
(4) ĠU L 326, 3.12.1998, p. 1.
(5) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(7) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(8) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(9) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(10) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.
(11) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
(12) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(13) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(14) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(15) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.
(16) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
LISTA TA’ ANNESSI
Anness I |
— |
Sustanzi perikolużi |
Anness II |
— |
Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10 |
Anness III |
— |
Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar |
Anness IV |
— |
Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12 |
Anness V |
— |
Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) |
Anness VI |
— |
Kriterji għan-notifika ta’ inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18 (1) |
Anness VII |
— |
Tabella ta’ korrelazzjoni |
ANNESS I
SUSTANZI PERIKOLUŻI
Sustanzi perikolużi koperti mill-kategoriji ta’ periklu elenkati fil-Kolonna 1 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness huma soġġetti għall-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 1.
Meta sustanza perkoluża tkun koperta mill-Parti 1 ta’ dan l-Anness u tkun ukoll elenkata fil-Parti 2, il-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 2 japplikaw.
PARTI 1
Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi
Il-Parti 1 tkopri s-sustanzi perikolużi kollha li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ perikli elenkati fil-Kolonna 1:
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
||||||
Kategoriji ta’ perikli skont ir-egolament (ke) nru 1272/2008 |
Kwantita li tikkwalifika (tunnellati) ta’ sustanzi perikoluzi kif hemm imsemmi fl-artikolu 3(10) ghall-applikazzjoni |
|||||||
Rekwiżiti Tal-livelli aktar baxxi |
Rekwiziti Tal-livelli oghla |
|||||||
TAQSIMA “H” – PERIKLI GĦAS-SAĦĦA |
||||||||
H1 TOSSIKA AKUTA kategorija 1, ir-rotot ta’ esponiment kollha |
5 |
20 |
||||||
H2 TOSSIKA AKUTA
|
50 |
200 |
||||||
H3 STOT TOSSIĊITÀ SPEĊIFIKA GĦALL-ORGANI FIL-MIRA – ESPONIMENT UNIKU STOT KATEGORIJA 1 |
50 |
200 |
||||||
Taqsima “P” – PERIKLI FIŻIĊI |
||||||||
P1a SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8)
|
10 |
50 |
||||||
P1b SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8) Splussivi, diviżjoni 1.4 (ara n-nota 10) |
50 |
200 |
||||||
P2 GASSIJIET FJAMMABBLI Gassijiet fjammabbli, kategorija 1 jew 2 |
10 |
50 |
||||||
P3a AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1) Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li jkollhom gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 jew likwidi fjammabbli tal-kategorija 1 |
150 (NET) |
500 (NET) |
||||||
P3b AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1) Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li ma jkollhomx gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 u lanqas likwidi fjammabbli tal-kategorija 1 (ara nota 11.2) |
5 000 (NET) |
50 000 (NET) |
||||||
P4 GASSIJIET OSSIDANTI Gassijiet ossidanti, kategorija 1 |
50 |
200 |
||||||
P5a LIKWIDI FJAMMABBLI
|
10 |
50 |
||||||
P5b LIKWIDI FJAMMABBLI
|
50 |
200 |
||||||
P5c LIKWIDI FJAMMABBLI Likwidi fjammabbli, kategoriji 2 jew 3 li mhumiex koperti b'p5a u p5b |
5 000 |
50 000 |
||||||
P6a SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, tip a jew b jew perosddidi organiżi, tip a jew b |
10 |
50 |
||||||
P6b SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI Sustanzi u tahlitiet awtoreattivi, tip c, d, e jew f jew perossidi organici, tip c, d, e, jew f |
50 |
200 |
||||||
P7 LIKWIDI U SOLIDI PIROFORIĊI
|
50 |
200 |
||||||
P8 LIKWIDI U SOLIDI OSSIDANTI
|
50 |
200 |
||||||
Taqsima “E” – PERIKLI AMBJENTALI |
||||||||
E1 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Akuta 1 jew kronika 1 |
100 |
200 |
||||||
E2 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Kronika 2 |
200 |
500 |
||||||
Taqsima “O” – PERIKLI OĦRA |
||||||||
O1 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh014 |
100 |
500 |
||||||
O2 sustanzi jew tahlitiet li meta jigu f'kuntatt mal-ilma jarmu gassijiet fjammabbli, kategorija 1 |
100 |
500 |
||||||
O3 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh029 |
50 |
200 |
PARTI 2
Sustanzi perikolużi msemmija
Kolonna 1 |
Numru tal-CAS (1) |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
||||||||||||
|
Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) għall-applikazzjoni ta' |
||||||||||||||
Sustanzi perikolużi |
|||||||||||||||
|
|
Rekwiżiti tal-livelli aktar baxxi |
Rekwiżiti tal-livelli ogħla |
||||||||||||
|
— |
5 000 |
10 000 |
||||||||||||
|
— |
1 250 |
5 000 |
||||||||||||
|
— |
350 |
2 500 |
||||||||||||
|
— |
10 |
50 |
||||||||||||
|
— |
5 000 |
10 000 |
||||||||||||
|
— |
1 250 |
5 000 |
||||||||||||
|
1303-28-2 |
1 |
2 |
||||||||||||
|
1327-53-3 |
|
0,1 |
||||||||||||
|
7726-95-6 |
20 |
100 |
||||||||||||
|
7782-50-5 |
10 |
25 |
||||||||||||
|
— |
|
1 |
||||||||||||
|
151-56-4 |
10 |
20 |
||||||||||||
|
7782-41-4 |
10 |
20 |
||||||||||||
|
50-00-0 |
5 |
50 |
||||||||||||
|
1333-74-0 |
5 |
50 |
||||||||||||
|
7647-01-0 |
25 |
250 |
||||||||||||
|
— |
5 |
50 |
||||||||||||
|
— |
50 |
200 |
||||||||||||
|
74-86-2 |
5 |
50 |
||||||||||||
|
75-21-8 |
5 |
50 |
||||||||||||
|
75-56-9 |
5 |
50 |
||||||||||||
|
67-56-1 |
500 |
5 000 |
||||||||||||
|
101-14-4 |
|
0,01 |
||||||||||||
|
624-83-9 |
|
0,15 |
||||||||||||
|
7782-44-7 |
200 |
2 000 |
||||||||||||
|
584-84-9 |
10 |
100 |
||||||||||||
2.6 -Toluwen diisoċjanat |
91-08-7 |
||||||||||||||
|
75-44-5 |
0,3 |
0,75 |
||||||||||||
|
7784-42-1 |
0,2 |
1 |
||||||||||||
|
7803-51-2 |
0,2 |
1 |
||||||||||||
|
10545-99-0 |
|
1 |
||||||||||||
|
7446-11-9 |
15 |
75 |
||||||||||||
|
— |
|
0,001 |
||||||||||||
|
— |
0,5 |
2 |
||||||||||||
|
— |
2 500 |
25 000 |
||||||||||||
|
7664-41-7 |
50 |
200 |
||||||||||||
|
7637-07-2 |
5 |
20 |
||||||||||||
|
7783-06-4 |
5 |
20 |
||||||||||||
|
110-89-4 |
50 |
200 |
||||||||||||
|
3030-47-5 |
50 |
200 |
||||||||||||
|
5397-31-9 |
50 |
200 |
||||||||||||
|
|
200 |
500 |
||||||||||||
|
107-10-8 |
500 |
2 000 |
||||||||||||
|
1663-39-4 |
200 |
500 |
||||||||||||
|
16529-56-9 |
500 |
2 000 |
||||||||||||
|
533-74-4 |
100 |
200 |
||||||||||||
|
96-33-3 |
500 |
2 000 |
||||||||||||
|
108-99-6 |
500 |
2 000 |
||||||||||||
|
109-70-6 |
500 |
2 000 |
NOTI GĦALL-ANNESS I
1. |
Is-sustanzi u t-taħlitiet huma kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
2. |
It-taħlitiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal sustanzi puri sakemm dawn jibqgħu fil-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti skont il-proprjetajiet tagħhom taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fin-Nota 1, jew l-iktar adattament riċenti tiegħu għall-progress tekniku, sakemm perċentwal tal-kompożizzjoni jew deskrizzjoni oħra tingħata b'mod speċifiku. |
3. |
Il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti hawn fuq huma relatati għal kull stabbiliment.
Il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-Artikoli rilevanti huma l-kwantitajiet massimi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin partikolari. Sustanzi perikolużi li jkunu preżenti fi stabbiliment biss fi kwantitajiet ugwali għal jew inqas minn 2 % tal-kwantità li tikkwalifika rilevanti għandhom jiġu injorati għall-kalkolu tal-kwantità totali preżenti, jekk il-pożizzjoni tagħhom fl-istabbiliment tkun tali li ma tkunx tista' taġixxi bħala inizjatur ta’ inċident kbir x'imkien ieħor f'dak l-istabbiliment. |
4. |
Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw iż-żieda ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom japplikaw fejn xieraq:
Fil-każ ta’ stabbiliment fejn ma jkun hemm preżenti l-ebda sustanza individwali fi kwantità li tkun ogħla minn jew ugwali għall-kwantitajiet li jikkwalifikaw rilevanti, ir-regola li ġejja għandha tiġi applikata biex tiddetermina jekk l-istabbiliment ikunx kopert bir-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli ogħla jekk is-somma: q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1, fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li taqa' fil-Parti 1 jew il-Parti 2 ta’ dan l-Anness, u QUX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza jew taħlita perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jekk is-somma: q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1, fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li jaqgħu fil-Parti 1 jew Parti 2 ta’ dan l-Anness, u QLX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 2 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Din ir-regola għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-perikli għas-saħħa, perikli fiżiċi u perikli ambjentali. Għalhekk, din trid tiġi applikata tliet darbiet:
Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva japplikaw meta kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta’ (a), (b) jew (c) tkun ikbar minn jew ugwali għal 1. |
5. |
Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, inkluż skart, iżda li xorta waħda jkunu preżenti, jew x'aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li jkollhom jew x'aktarx ikollhom, taħt il-kundizzjonijiet f'dak l-istabbiliment, proprjetajiet ekwivalenti f'termini ta’ potenzjal ta’ inċident kbir, dawn għandhom jiġu assenjati b'mod provviżorju lill-iktar kategorija analoga jew sustanza perikoluża msemmija li taqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. |
6. |
Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi bi proprjetajiet li jwasslu għal iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola fin-Nota 4, l-anqas kwantità li tikkwalifika għal kull grupp ta’ kategoriji fin-Noti 4(a), 4(b) u 4(c) li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata għandhom jintużaw. |
7. |
Sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt Tossiċi Akuti Kategorija 3 mir-rotta orali (H 301) għandhom jaqgħu taħt l-entrata H2 AKUTA TOSSIKA fil-każijiet fejn la l-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta tal-inalazzjoni u lanqas il-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta dermali ma jkunu jistgħu jiġu derivati, pereżempju minħaba nuqqas ta’ data konklużiva dwar it-tossiċità dermali u tal-inalazzjoni. |
8. |
Il-klassi ta’ periklu Splussivi tinkludi oġġetti li jisplodu (ara t-Taqsima 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008). Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett tkun magħrufa, dik il-kwantità għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett ma tkunx magħrufa, mela, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġett sħiħ għandu jiġi ttrattat bħala splussiv. |
9. |
L-ittestjar għall-proprjetajiet esplożivi tas-sustanzi u t-taħlitiet ikun meħtieġ biss jekk il-proċedura ta’ skrinjar skont l-Appendiċi 6, il-Parti 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża, il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji (il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU) (2) jidentifika s-sustanza jew it-taħlita bħala waħda li potenzjalment għandha proprjetajiet esplożivi. |
10. |
Jekk l-Isplussivi tad-Diviżjoni 1.4 ma jkunux ippakkjati jew jiġu ppakkjati mill-ġdid, dawn għandhom jiġu assenjati għall-entrata P1a, sakemm ma jintweriex li l-periklu għadu jikkorrispondi għad-Diviżjoni 1.4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
11.1. |
Aerosols fjammabbli huma kklassifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers (3) (Direttiva dwar l-Aerosol Dispensers). L-aerosols ’Fjammabbli ħafna’ u ’Fjammabbli’ tad-Direttiva 75/324/KEE jikkorrispondu għall-Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
11.2. |
Sabiex tintuża din l-entrata, irid jiġi ddokumentat li l-aerosol dispenser ma għandux Gass Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 u lanqas Likwidu Fjammabbli tal-Kategorija 1. |
12. |
Skont il-paragrafu 2.6.4.5 fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, likwidi b'punt ta’ fjammabbiltà ta’ iżjed minn 35 °C m'hemmx għalfejn jiġu kklassifikati fil-Kategorija 3 jekk ikunu nkisbu riżultati negattivi fit-test ta’ kombustjoni sostenut L.2, Parti III, Taqsima 32 tal-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU. Madankollu, dan ma jkunx validu f'kundizzjonijiet elevati bħalma huma temperatura jew pressjoni għolja, u għalhekk likwidi bħal dawn jiġu inklużi f'din l-entrata. |
13. |
Nitrat tal-ammonju (5 000/10 000): fertilizzanti li kapaċi jiddekomponu waħedhom.
Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat tal-ammonju bil-fosfat u/jew potassa) u li kapaċi jiddekomponu waħedhom skont it-Test tal-Ħawt (Trough Test) tan-NU (ara l-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU, Parti III, sub-taqsima 38.2) u li fih il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa
|
14. |
Nitrat ta’ l-ammonja (1 250/5 000): grad ta’ fertilizzant
Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat tal-ammonju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u li fihom il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa:
|
15. |
Nitrat tal-ammonju (350/2 500): grad tekniku
Dan japplika għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa
Dan japplika wkoll għal soluzzjonijiet milwiema ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-konċentrazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju tkun iktar minn 80 % skont il-piż. |
16. |
Nitrat tal-ammonju (10/50): materjal “off-specs” u fertilizzanti li ma jissodisfawx it-test ta’ detonazzjoni
Dan japplika għal
|
17. Nitrat tal-potassju (5 000/10 000)
Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma mrammla/granulari) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.
18. Nitrat tal-potassju (1 250/5 000)
Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma kristallina) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.
19. Bijogass raffinat
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-bijogass raffinat jista' jkun ikklassifikat taħt l-Entrata 18 tal-Parti 2 tal-Anness I meta jkun ġie pproċessat skont l-istandards applikabbli għall-bijogass purifikat u raffinat biex tkun żgurata kwalità ekwivalenti għal dik tal-gass naturali, inkluż il-kontenut tal-Metan, u li jkollu massimu ta’ 1 % ta’ Ossiġenu.
20. Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini
Il-kwantitajiet ta’ poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini jiġu kkalkulati bl-użu tal-fatturi li ġejjin:
WHO 2005 TEF |
|||
2,3,7,8-TCDD |
1 |
2,3,7,8-TCDF |
0,1 |
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
|
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
|
|
|
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
|
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
|
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
|
|
|
|
OCDD |
0,0003 |
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
|
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
|
|
|
|
|
|
OCDF |
0,0003 |
(T = tetra, P = penta, Hx = eża, Hp = etta, O = otta) |
|||
Referenza - Van den Berg et al: The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds |
21. |
F'każijiet fejn din is-sustanza perikoluza taqa' taħt il-kategorija P5a Likwidi fjammabbli jew P5b Likwidi fjammabbli, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi. |
(1) In-numru tal-CAS qed jintwera biss bħala indikazzjoni.
(*1) Sakemm it-taħlita fl-assenza tal-ipoklorur tas-sodju ma tkunx ikklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija Akuta I [H400].
(2) Aktar gwida dwar ir-rinunzja tat-test tista' tinsab fid-deskrizzjoni tal-metodu A.14, ara r-Regolament (KE) Nru 440/2008 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1)
(3) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.
(4) 15.75 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 45 % ta’ nitrat tal-ammonju.
(5) 24.5 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 70 % ta’ nitrat tal-ammonju.
(6) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(7) 28 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 80 % ta’ nitrat tal-ammonju.
ANNESS II
Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10
1. |
Informazzjoni dwar is-sistema tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġi evitat inċident kbir.
Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi indikati fl-Anness III. |
2. |
Preżentazzjoni dwar l-ambjent tal-istabbiliment:
|
3. |
Deskrizzjoni tal-istallazzjoni
|
4. |
Identifikazzjoni u analiżi tar-riskji aċċidentali u metodi ta’ prevenzjoni
|
5. |
Miżuri ta’ protezzjoni u intervent biex jillimitaw il-konsegwenzi ta’ inċident kbir
|
ANNESS III
Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar
Għall-finijiet biex tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tal-operatur, iridu jiġu kkunsidrati dawn l-elementi li ġejjin:
(a) |
is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun proporzjonata għall-perikli, l-attivitajiet industrijali u l-kumplessità tal-organizzazzjoni fl-istabbiliment u tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji; hija għandha tinkludi l-parti tas-sistema tal-ġestjoni ġenerali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi biex tiġi ddeterminata u implimentata l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP); |
(b) |
il-punti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:
|
ANNESS IV
Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12
1. |
Pjanijiet interni ta’ emerġenza
|
2. |
Pjanijiet esterni ta’ emerġenza;
|
ANNESS V
Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2)
PARTI 1
Għall-istabbilimenti kollha koperti b'din id-Direttiva:
1. |
L-isem jew l-isem kummerċjali tal-operatur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat. |
2. |
Konferma li l-istabbiliment huwa soġġett għar-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li n-notifika msemmija fl-Artikolu 7(1) jew fir-rapport dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 10(1) tkun ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti. |
3. |
Spjegazzjoni f'termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment. |
4. |
L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness I, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi perikolużi rilevanti involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom f'termini sempliċi. |
5. |
Informazzjoni ġenerali dwar kif il-pubbliku kkonċernat se jiġi mwissi, jekk ikun meħtieġ; informazzjoni adegwata dwar l-imġiba xierqa f'każ ta’ inċident kbir jew indikazzjoni ta’ fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament. |
6. |
Id-data tal-aħħar żjara fis-sit skont l-Artikolu 20(4), jew referenza għal fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament; informazzjoni dwar fejn informazzjoni aktar dettaljata dwar l-ispezzjoni u l-pjan ta’ spezzjoni relatat tista' tinkiseb fuq talba, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22. |
7. |
Dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni rilevanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 22. |
PARTI 2
Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:
1. |
Informazzjoni ġenerali dwar in-natura tal-perikli ta’ inċidenti kbar, fosthom l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa umana u l-ambjent u dettalji fil-qosor dwar it-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar u l-miżuri ta’ kontroll biex jindirizzawhom. |
2. |
Konferma li l-operatur huwa meħtieġ jagħmel arranġamenti adegwati fis-sit, partikolarment il-kollegament mas-servizzi tal-emerġenza, biex jiġu ttrattati inċidenti kbar u jitnaqqsu l-effetti tagħhom kemm jista' jkun. |
3. |
Informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza li tinġabar biex jiġi ttrattat kwalunkwe effett minn inċident barra mis-sit. Din għandha tinkludi parir biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ kwalunkwe struzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi tal-emerġenza waqt inċident. |
4. |
Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment huwiex qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-possibbiltà ta’ inċident kbir b'effetti transkonfinali skont il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Effetti Transkonfinali tal-Inċidenti Industrijali. |
ANNESS VI
Kriterji għan-notifika ta' inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18(1)
I. Kwalunkwe inċident kbir kopert bil-paragrafu 1 jew li jkollu minn tal-lanqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.
1. Sustanzi perikolużi involuti
Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-il-Parti 2 tal-Anness I.
2. Korriment ta’ persuni u ħsara għall-proprjetà;
(a) |
mewt; |
(b) |
sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa; |
(c) |
persuna waħda barra l-istabbiliment tinżamm fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa; |
(d) |
abitazzjoni(jiet) barra l-istabbiliment li ssirilha(hom) ħsara u ma tkunx/jkunux tista'/jistgħu tintuża/jintużaw iżjed minħabba l-inċident; |
(e) |
l-evakwazzjoni jew l-għeluq ta’ persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa mill-anqas 500; |
(f) |
l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass jew tat-telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa tal-anqas 1 000. |
3. Ħsara immedjata għall-ambjent
(a) |
Ħsara permanenti jew għal żmien twil għall-ħabitats terrestri:
|
(b) |
ħsara sinifikanti jew ta’ perjodu twil għall-ħabitats tal-ilma ġieri u tal-baħar:
|
(c) |
ħsara sinifikanti għall-akkwifer jew l-ilma taħt l-art: ettaru (1) jew aktar. |
4. Ħsara għall-proprjetà:
(a) |
ħsara għall-proprjetà fl-istabbiliment: mill-anqas EUR 2 000 000; |
(b) |
ħsara għall-proprjetà barra l-istabbiliment: mill-anqas EUR 500 000. |
5. Ħsara transkonfinali
Kwalunkwe inċident kbir li jinvolvi direttament sustanza perikoluża li tikkawża effetti barra t-territorju tal-Istat Membru konċernat.
II. Inċidenti jew inċidenti ’li kważi seħħew’ li l-Istati Membri jqisu bħala li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom u li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi ta’ hawn fuq għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.
ANNESS VII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 96/82/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2) u (3) |
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(12) |
Artikolu 2(2) |
— |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(8) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(9) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(10) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(13) |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(14) |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3(15) |
Artikolu 3(8) |
Artikolu 3(16) |
— |
Artikolu 3(2) sa(7), l-Artikolu 3(11) u (12) u l-Artikolu 3(17) sa (19) |
Artikolu 4 |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) u (h) |
— |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) u Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 6(2)(a)-(g) |
Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (g) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7(4), il-punti (a) sa (c) |
— |
Artikolu 7(4), il-punt (d) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8(1) |
— |
Artikolu 8(2) il-punti (a) u (b) |
Artikolu 7(1a) |
Artikolu 8(2), il-punt (a) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 7(3) |
— |
— |
Artikolu8 (3) |
— |
Artikolu 8(4) |
— |
Artikolu (8)(5) |
Artikolu 8(1) u (2) |
Artikolu 9(1) u 9(2) |
— |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 9(6) |
— |
— |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(1), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 12(1), il-punti (a) u (b) u l-Artikolu 12(2) |
Artikolu 11(1), il-punt (c) |
Artikolu 12(1), il-punt (c) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 12(4) u (5) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(4a) |
Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 12(7) |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 12(8) |
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 12(1a) |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 13(3) |
— |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u Artikolu 14(2), t-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenzi |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza |
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
— |
Artikolu 14(1), it-tieni sentenza |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 13(4), l-ewwel sentenza |
Artikolu 14(2), il-punt (b) |
Artikolu 13(4), it-tieni u t-tielet sentenza |
Artikolu 22(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 13(6) |
Artikolu 14(2), il-punt (c) |
— |
Artikolu 15(2) sa (7) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 16 |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 17 |
Artikolu 15(1), il-punti (a) sa (d) |
Artikolu 18(1), il-punti (a) sa (d) u l-Artikolu 18(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(1), il-punt (e) u l-Artikolu 18(3) |
Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 16 |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 6(2) u (3) |
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
Artikolu 18(1) |
Artikolu 20(1) u (2) |
Artikolu 18(2), il-punt (a) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 18(2), il-punti (b) u (c) |
Artikolu 20(7) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 20(11) |
— |
Artikolu 20(3),(5),(6), (8), (9) u (10) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 19(1a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19(1a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(6) |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 21(7) |
— |
Artikolu 21(5) |
Artikolu 19(4) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 20(2) |
— |
— |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 25 |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 21(5) |
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
Artikolu 24 |
Artikolu 31 |
Artikolu 25 |
Artikolu 33 |
Artikolu 26 |
Artikolu 34 |
— |
Artikolu 26 u Artikoli 28 sa 30 |
— |
Anness I, paragrafi introduttorji |
Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 1 sa 5 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 1 sa 3 |
Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 6 sa 7 |
— |
Anness I, Parti 1 |
Anness I, Part 2 |
Anness I, Parti1, noti għall-Parti 1, Noti 1 sa 6 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 13 sa 18 |
Anness I, Parti 1, noti għall-Parti 1, Nota 7 |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 20 |
— |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 7 |
Anness I, Parti 2 |
Anness I, Part 1 |
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 1 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 1 u 5 u 6 |
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 2 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 8 sa 10 |
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 3 |
Anness I, noti għal Anness I, noti 11.1, 11.2 u 12 |
Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 4 |
Anness I, noti għal Anness I, Nota 4 |
Anness II, partijiet I sa III |
Anness II, punti (1) sa (3) |
Anness II, parti IV, punt A |
Anness II, punt 4(a) |
— |
Anness II, punt 4(a), entrati (i) sa (iii) |
Anness II, parti IV, punt B |
Anness II, punt 4(b) |
— |
Anness II, punt 4(c) |
Anness II, parti IV, punt C |
Anness II, punt 4(d) |
Anness II, parti V, punti A sa C |
Anness II, punt 5 (a) sa (c) |
Anness II, parti V, punt D |
— |
— |
Anness II, 5(d) |
Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punti (a) sa (b) |
Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punt (a) Artikolu 8(1) u (5) |
Anness III, punt (c), entrati (i) sa (iv) |
Anness III punt (b), entrati (i)sa (iv) |
Anness III, punt (c), entrati (v) sa (vii) |
Anness III punt (b), entrati (v)sa (vii) |
Anness IV |
Anness IV |
Anness V, punt 1 |
Anness V, Parti 1, punt 1 |
Anness V, punt 2 |
— |
Anness V, punti 3 sa 5 |
Anness V, Parti 1, punti 2 sa 4 |
Anness V, punt 6 |
Anness V, Parti 2, punt 1 |
Anness V, punti 7 sa 8 |
Anness V, Parti 1, punt 5 |
— |
Anness V, Parti 1, punt 6 |
Anness V, punti 9-10 |
Anness V, Parti 2, punti 2-3 |
Anness V, punt 11 |
Anness V, Parti 1, punt 7 |
— |
Anness V, Parti 2, punt 4 |
Anness VI, I |
Anness VI, Parti I |
Anness VI, II |
Anness VI, Parti II |
— |
Anness VII |