21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/30


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 385 tal-14 ta’ Diċembru 2012 )

2012/C 396/12

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għandha tinqara kif ġej:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Ideat li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE tat-2 ta' Frar 2007 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (3), il-Kummissjoni stabbiliet il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (minn hawn 'il quddiem l-ERC) bħala l-mezz għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku ‘Ideat’. L-ERC jikkonsisti f'Kunsill Xjentifiku indipendenti appoġġjat minn struttura speċifika għall-implimentazzjoni u huwa stabbilit sal-31 ta' Diċembru 2013.

(2)

Il-Kunsill Xjentifiku jikkonsisti fi xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa preġju, maħturin mill-Kummissjoni, u jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, independenti minn kwalunkwe influwenza esterna. Huwa magħmul minn 22 membru u jaġixxi skont il-mandat li ngħatalu fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2009/357/KE tas-27 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (4), il-Kummissjoni bidlet 3 membri wara r-riżenja tagħhom. Bid-Deċiżjoni 2011/12/UE tat-12 ta' Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/134/KE li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (5), il-Kummissjoni bidlet 7 membri wara li ntemm il-mandat tagħhom.

(4)

Il-mandat ta' 10 membri tal-Kunsill Xjentifiku jiskadi fl-1 ta' Frar u fis-26 ta' April 2013 u hemm bżonn għat-tiġdid pass pass tas-sħubija tal-Kunsill Xjentifiku.

(5)

It-tiġdid pass pass tal-Kunsill Xjentifiku għandu jseħħ f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) u 4(7) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, li fost l-oħrajn jiddikjaraw, li l-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li tiżgura li l-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku tibqa' dejjem għaddejja u membru jista' jinħatar għal perjodu ta' inqas minn dak massimu, biex b'hekk ikun hemm rotazzjoni fis-sħubija li ssir f'fażijiet.

(6)

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, il-membri futuri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni abbażi tal-fatturi u l-kriterji stipulati fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, u permezz ta' proċedura għall-identifikazzjoni tagħhom li tkun indipendenti u trasparenti, miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku li tinkludi konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament u lill-Kunsill. Għal dan l-għan, kien stabbilit Kumitat għall-Identifikazzjoni permanenti u ta' livell għoli magħmul minn esperti indipendenti bħala grupp espert b'onorarji mħallsa mill-baġit operattiv tal-Programm Speċifiku ‘Ideat’. Il-Kumitat għamel rakkomandazzjonijiet għat-tiġdid pass pass tas-sħubija fil-Kunsill Xjentifiku li ġew aċċettati.

(7)

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE, il-ħatra ta' membri futuri għandha tiġi ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6).

(8)

Id-Deċiżjoni Nru 2007/134/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/134/UE huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

‘ANNESS II

Membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Isem u Istitut

Bidu tal-mandat

Tmiem tal-mandat

Athene DONALD, University of Cambridge

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Nicholas CANNY, National University of Ireland, Galway

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Sierd A.P.L. CLOETINGH, Utrecht University

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Tomasz DIETL, Polish Academy of Sciences

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Daniel DOLEV, The Hebrew University of Jerusalem

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Carlos M. DUARTE, Instituto Mediterraneo de Estudios Avanzados, Espories (Islas Baleares)

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Barbara ENSOLI, Istituto Superiore di Sanità, Roma

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Daniel ESTEVE, CEA Saclay, Gif-sur-Yvette

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Pavel EXNER, Czech Academy of Sciences, Prague

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Éva KONDOROSI, Hungarian Academy of Sciences, Szeged

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Timothy HUNT, ir-Riċerka tal-Kanċer fir-Renju Unit, South Mimms

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Carl-Henrik HELDIN, Ludwig Institute for Cancer Research, Uppsala

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Klaus BOCK, Danish National Research Foundation, Copenhagen

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Matthias KLEINER, German Research Foundation, Bonn

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Nuria Sebastian GALLES, University of Pompeu Fabra, Barcelona

27 ta' April 2013

31 ta' Diċembru 2013

Helga NOWOTNY, WWTF Vienna Science and Technology Fund

13 ta' Jananr 2011

31 ta' Diċembru 2013

Reinhard GENZEL — Max Planck Institute for Extra-terrestrial Physics, Garching

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Alain PEYRAUBE, EHSS — Centre de recherches linguistiques sur Asie orientale, Paris

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Reinhilde VEUGELERS, Catholic University of Leuven

2 ta' Frar 2013

31 ta' Diċembru 2013

Mart SAARMA, University of Helsinki

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Anna TRAMONTANO, University of Rome — La Sapienza

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013

Isabelle VERNOS, Centre de Regulació Genómica, Barcelona

13 ta' Jannar 2011

31 ta' Diċembru 2013’


(1)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 22.2.2007, p. 81.

(3)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.

(4)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 9, 13.1.2011, p. 5.

(6)  ĠU L 8/1, 12.1.2001, pp. 1.