|
12.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/623/KE dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi
2012/C 382/08
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/623/KE (1), il-Kummissjoni ħolqot Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, għal perjodu fiss ta’ tliet snin. |
|
(2) |
Il-mandat tal-grupp ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2012 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2010 (2010/C 223/03) (2) biex jisfrutta b’mod sħiħ il-potenzjal tal-iffrankar tal-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea li se jitlesta sa tmiem l-2012. |
|
(3) |
Ir-rapport tal-grupp ta’ Novembru 2011 dwar l-aħjar prattika fl-Istati Membri biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bl-eħfef mod wera li hemm ambitu wiesa’ biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri jkunu mgħejjuna biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod aktar effiċjenti. |
|
(4) |
It-tnaqqis tal-piż amministrattiv u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, speċjalment għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), huma prijoritajiet għall-Kummissjoni (3). |
|
(5) |
Il-mandat tal-grupp u tal-membri tiegħu għandu għalhekk jiġi estiż skont dan. |
|
(6) |
Il-grupp għandu jkompli jaħdem mill-qrib mal-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u jkompli jagħmel skambji ta’ opinjonijiet u esperjenzi regolari u strutturati mad-Deputat Segretarju Ġenerali u l-President tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/623/KE hi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Piżijiet Amministrattivi Il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi huwa b’dan imwaqqaf b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2007. Mill-1 ta’ Jannar 2013 l-isem uffiċjali jkun il-‘Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Piżijiet Amministrattivi’, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ‘il-grupp’.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Il-Kompitu Il-kompitu tal-grupp ikun li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-piż amministrattiv imqiegħed fuq in-negozju, b’mod partikolari fuq l-SMEs u l-kumpaniji mikro, ikkawżat mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u dwar is-simplifikazzjoni tal-atti leġiżlattivi eżistenti tal-UE xierqa għal reviżjoni u dwar kif l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri jistgħu jsiru iktar effiċjenti u li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tal-partijiet interessati, b’mod partikolari l-SMEs, meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE. B’mod partikolari, il-grupp jagħti parir lill-Kummissjoni
u jassisti lill-Kummissjoni biex tiżgura li jsir progress mill-Kunsill u l-Parlament biex ikunu adottati proposti dwar is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Il-mandat tal-grupp huwa mogħti sal-31 ta’ Ottubru 2014.” |
|
(3) |
L-Artikolu 3 (1) hu mibdul b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mat-tnaqqis tal-piżijiet mhux meħtieġa fuq l-SMEs, speċjalment il-kumpaniji mikro, meta tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE, u dwar il-programm kontinwu ta’ simplifikazzjoni tagħha.” |
|
(4) |
L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 7 hu mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 7 Applikabilità Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2014.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2012.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 253, 28.9.2007, p. 40.
(2) ĠU C 223, 18.8.2010, p. 6.
(3) COM(2011) 803 – L-imminimizzar tal-piż regolatorju għall-SMEs – L-adattament tar-regolamentazzjoni tal-UE għall-bżonnijiet tal-intrapriżi mikro.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 03 P. 353 – 407).”