|
12.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Novembru 2012
li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali
2012/C 382/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra t-tliet persuni nominati ppreżentati lill-Kunsill mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rappreżentanti ta' min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015. Madankollu din id-Deċiżjoni ma inkludietx il-membri kollha li ser jinħatru. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
|
Il-Portugall |
Is-Sinjura Ana Maria SANTOS GOUVEIA LOPES |
|
Is-Slovakkja |
Is-Sur Martin HOSTAK |
|
Ir-Renju Unit |
Is-Sinjura Kate LING |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DEMOSTHENOUS
(2) ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.