31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għad-Danimarka

2012/C 334/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta' min iħaddem,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010 (2), tas-7 ta' Marzu 2011 (3), tat-12 ta' Lulju 2011 (4) u tal-20 ta' Settembru 2011 (5) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Stati Membri.

(2)

L-organizzazzjoni tal-impjegati ETUC ippreżentat nomina għal post li jrid jimtela',

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

Pajjiż

Membru

Membru Supplenti

Danimarka

 

Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.

(3)  ĠU C 83, 17.3.2011, p. 4.

(4)  ĠU C 208, 14.7.2011, p. 3.

(5)  ĠU C 278, 22.9.2011, p. 2.