25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Settembru 2012
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
2012/C 288/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Billi:
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2012 kien adottat definittivament fl-1 ta' Diċembru 2011 (3), |
— |
fl-20 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2012, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kienet adottata fl-24 ta' Settembru 2012.
It-test sħiħ hu disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.
(2) ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.
(3) ĠU L 56, 29.2.2012, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 79, 19.3.2012, p. 1 u fil-ĠU L 184, 13.7.2012, p. 19.
ANNESS
ABBOZZ TA' ITTRA
minn |
: |
President tal-Kunsill |
lil |
: |
President tal-Parlament Ewropew |
Sinjur,
Qed nibgħatlek separatament il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għas-sena finanzjarja 2012, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Settembru 2012.
(Formola tal-għeluq).