|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/68 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9572)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(2012/824/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, intaxxaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jibqgħu jintaxxaw dawk it-tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT; |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jibqgħu jeżentaw dawk it-tranżazzjonijiet, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT; |
|
(3) |
B’effett mill-1 ta’ Jannar 1990 il-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jibqgħu jeżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati f’punt 20 ta’ Anness F fis-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (3) intemmet permezz tal-Artikou 1(2)(a) tat-Tmintax-il Direttiva tal-Kunsill 89/465/KEE (4). bħala konsegwenza, l-awtorizzazzjoni li ngħatat f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT m’għandhiex titkompla. |
|
(4) |
B’effett mis-17 ta’ Ottubru 1998 punt 26 ta’ Anness F tas-Sitt Direttiva kien imħassar permezz tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE (5) u ġiet introdotta skema speċjali għall-investiment fid-deheb għall-Istati Membri kollha. bħala konsegwenza, l-awtorizzazzjoni li ngħatat f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT m’għandhiex titkompla. |
|
(5) |
Fil-każ ta’ Franza, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE (6) li tawtorizza lil Franza, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989, biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lil Franza biex tivverifika jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw lil Franza bla ebda limitazzjoni fiż-żmien, kienx għad hemm bżonnhom u biex dan jikkonfermawh lill-Kummissjoni; barra miż-żewġ awtorizzazzjonijiet skaduti msemmija hawn fuq, Franza kkonfermat li żewġ awtorizzazzjonijiet biex ma jiġux ikkunsidrati t-tranżazzjonijiet imsemmija f’punti 5 u 6 tal-Anness X, Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE effettivament ma kinux qed jintużaw aktar. bħala konsegwenza, l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT m’għandhomx jitkomplew. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli, dispożizzjonijiet tal-Unjoni li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
(2) Artikolu 2 punt 5 tad-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
(3) Artikolu 2 punt 6 tad-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Janusz LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.
(4) ĠU L 226, 3.8.1989, p. 21.