|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/67 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jemenda d-Deċiżjoni 90/183/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Irlanda biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9570)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2012/823/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, intaxxaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jibqgħu jintaxxaw dawk it-tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jibqgħu jeżentaw dawk it-tranżazzjonijiet, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
|
(3) |
Fil-każ tal-Irlanda, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/183/Euratom, KEE (3) li tawtorizza lill-Irlanda, b’effett mill-1989, biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tistieden lill-Irlanda biex tivverifika jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Irlanda bl-ebda limitu espliċitu ta’ żmien, kinux għadhom meħtieġa u biex tikkonferma dan lill-Kummissjoni; L-Irlanda kkonfermat li awtorizzazzjoni għall-użu ta’ estimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 13 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE kienet ġiet mibdula bid-dħul tal-iskema ta’ marġni u ma kinetx iktar meħtieġa. |
|
(5) |
Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli tal-Unjoni, dispożizzjonijiet tal-Unjoni li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Artikolu 2 punt 5 tad-Deċiżjoni 90/183/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Janusz LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni