21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/63 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
Deċiżjoni ta’ emenda 90/180/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Pajjiżi l-Baxxi biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9567)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(2012/820/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, intaxxaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jibqgħu jintaxxaw dawk it-tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
(2) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jibqgħu jeżentaw dawk it-tranżazzjonijiet, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
(3) |
Fil-każ tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/180/Euratom, KEE (3) li tawtorizza lill-Pajjiżi l-Baxxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989, biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
(4) |
Mill-1 ta’ Jannar 1993, il-Pajjiżi l-Baxxi intaxxat it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 5 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE; l-awtorizzazzjoni mogħtija f’din il-konnessjoni għandha titwaqqaf b’effett minn dik id-data. |
(5) |
Il-Kummissjoni tistieden lill-Pajjiżi l-Baxxi biex jivverifikaw jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Pajjiżi l-Baxxi bl-ebda limitu espliċitu ta’ żmien, kinux għadhom meħtieġa u biex jikkonfermaw dan lill-Kummissjoni; il-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li awtorizzazzjoni għall-użu ta’ estimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 5 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE ma kellhiex tintuża. |
(6) |
Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli tal-Komunità, dispożizzjonijiet tal-Unjoni li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Artikolu 1 punt 2 tad-Deċiżjoni 90/180/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Janusz LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 99, 19.4.1990, p. 30.