|
19.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/68 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2009/336/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
(2012/797/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/336/KE tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (2), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) hija responsabbli mill-ġestjoni tal-azzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE (3), il-Parlament u l-Kunsill introduċew programm ta’ kooperazzjoni awdjoviżiv mal-professjonisti tal-pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-għarfien miksub mill-Aġenzija, il-Kummissjoni tixtieq tiddelegalha l-ġestjoni ta’ dan il-programm il-ġdid kif ukoll il-ġestjoni tal-proġetti, li filwaqt li għandhom x’jaqsmu mal-ħiliet attwali tal-aġenzija, jistgħu jkunu finanzjati minn dispożizzjonijiet jew riżorsi oħra. Dawn huma proġetti fl-oqsma tat-tagħlim primarju u sekondarju u taż-żgħażagħ li jistgħu jkunu finanzjati minn ċerti strumenti tal-politika Ewropea ta’ viċinat u sħubija. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tippjana li talloka kompiti ġodda lill-Aġenzija rigward il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2009/336/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/336/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
1. L-Aġenżija hi responsabbli għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji li ġejjin:
|
(1) |
il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jkunu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare), previsti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (1); |
|
(2) |
il-programm li jħeġġeġ l-iżvilupp u t-tixrid ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II - Żvilupp u Tixrid) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/563/KE (2); |
|
(3) |
il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/564/KE (3); |
|
(4) |
it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni “Socrates” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(5) |
it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali Leonardo da Vinci (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (5); |
|
(6) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(7) |
il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
(8) |
il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar il-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja ċentrali (2000-2006), stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (8); |
|
(9) |
il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, l-eks-Repubblika Federali Jugożlava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (9); |
|
(10) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (10); |
|
(11) |
it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni f’livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (11); |
|
(12) |
il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjoniiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u t-taħriġ professjonali (2001-2005), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE (12); |
|
(13) |
il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE (13); |
|
(14) |
il-programm li jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus — Żvilupp, Tixrid u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (14); |
|
(15) |
il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 163/2001/KE (15); |
|
(16) |
il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (“tagħlim onlajn”/“e-learning”) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2318/2003/KE (16); |
|
(17) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE (17); |
|
(18) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 790/2004/KE (18); |
|
(19) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 791/2004/KE (19); |
|
(20) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 792/2004/KE (20); |
|
(21) |
il-programm biex titjieb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u jiġi promoss il-fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2317/2003/KE (21); |
|
(22) |
il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjoniiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u t-taħriġ professjonali (2006-2013), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE (22); |
|
(23) |
il-proġetti li li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE (23); |
|
(24) |
il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja “Tagħlim matul il-Ħajja” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1720/2006/KE (24); |
|
(25) |
il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1855/2006/KE (25); |
|
(26) |
il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1904/2006/KE (26); |
|
(27) |
il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1719/2006/KE (27); |
|
(28) |
il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1718/2006/KE (28); |
|
(29) |
il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1298/2008/KE (29); |
|
(30) |
il-programm ta’ kooperazzjoni awdjoviżiva mal-professjonisti tal-pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013), impost bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1041/2009/KE (30); |
|
(31) |
il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (31); |
|
(32) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (32); |
|
(33) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, maħluq bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1638/2006 (33); |
|
(34) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1905/2006 (34); |
|
(35) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li jistgħu jiġu finanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (35); |
|
(36) |
il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, bl-applikazzjoni tal-ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE (36)), kif emendat bil-ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/599/KE (37)). |
2. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija se tkun responsabbli mill-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
il-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti bħala implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji li jiġu fdati lilha, abbażi tal-programm ta’ ħidma annwali li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fil-qasam tas-sussidji u tal-kuntratti fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura adottat mill-Kummissjoni jew abbażi tad-deċiżjonijiet speċifiċi ta’ finanzjament meħudin mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-kontrolli neċessarji għal dan l-għan, billi jiġu adottati d-deċiżjonijiet rilevanti, bl-applikazzjoni tad-delega tal-Kummissjoni; |
|
(b) |
l-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tad-dħul u tan-nefqa u l-implimentazzjoni, fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ parti mill-operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-programmi Komunitarji jew tagħhom kollha, fosthom dawk marbuta mal-għoti tas-sussidji u l-kuntratti; |
|
(c) |
il-ġabra, l-analiżi u t-trasferiment lill-Kummissjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji; |
|
(d) |
f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni, fil-livell Komunitarju, tan-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) u ta’ attivitajiet bil-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien tal-qasam taż-żgħażagħ: il-ġabra, l-analiżi u t-tixtid tat-tagħrif kif ukoll il-produzzjoni ta’ studji u pubblikazzjonijiet. |
|
(1)* |
ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11. |
"
(2)
|
(2)* |
ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25. |
"
(3)
|
(3)* |
ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33. |
"
(4)
|
(4)* |
ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1. |
"
(5)
|
(5)* |
ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33. |
"
(6)
|
(6)* |
ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1. |
"
(7)
|
(7)* |
ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1. |
"
(8)
|
(8)* |
ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1. |
"
(9)
|
(9)* |
ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. |
"
(10)
|
(10)* |
ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1. |
"
(11)
|
(11)* |
ĠU L 120, 8.5.1999, p. 30. |
"
(12)
|
(12)* |
ĠU L 71, 13.3.2001, p. 7. |
"
(13)
|
(13)* |
ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15. |
"
(14)
|
(14)* |
ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82. |
"
(15)
|
(15)* |
ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1. |
"
(16)
|
(16)* |
ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9. |
"
(17)
|
(17)* |
ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6. |
"
(18)
|
(18)* |
ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24. |
"
(19)
|
(19)* |
ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31. |
"
(20)
|
(20)* |
ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40. |
"
(21)
|
(21)* |
ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1. |
"
(22)
|
(22)* |
ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33. |
"
(23)
|
(23)* |
ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14. |
"
(24)
|
(24)* |
ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45. |
"
(25)
|
(25)* |
ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1. |
"
(26)
|
(26)* |
ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32. |
"
(27)
|
(27)* |
ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30. |
"
(28)
|
(28)* |
ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12. |
"
(29)
|
(29)* |
ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83. |
"
(30)
|
(30)* |
ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10. |
"
(31)
|
(31)* |
ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1. |
"
(32)
|
(32)* |
ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82. |
"
(33)
|
(33)* |
ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1. |
"
(34)
|
(34)* |
ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41. |
"
(35)
|
(35)* |
ĠU L 405, 30.12.2006, p. 37. |
"
(36)
|
(36)* |
ĠU L 65, 8.3.2003, p. 27. |
"
(37)
|
(37)* |
ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26.” |
"
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO