|
19.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/57 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Diċembru 2012
li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9181)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/795/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 72(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni żviluppat kwestjonarji biex jiġi definit is-sett tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE matul il-perjodu 2013-2016. |
|
(2) |
L-Istati Membri għandhom ikunu mitluba jressqu t-tweġibiet għal kwestjonarju li jkopri biss is-sena 2013 sabiex jirrapportaw dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri biex jimplimentaw dawk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/75/UE li ma kinux diġà applikabbli skont id-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE tal-20 ta’ Frar 1978 dwar skart mill-industrija tat-titanju dijossidu (2), id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart tal-industrija tad-diossidu ta’ titanju (3), id-Direttiva tal-Kunsill 92/112/KEE tal-15 ta’ Diċembru 1992 dwar proċeduri għall-armonizzar ta’ programmi għat-tnaqqis u eventwali eliminazzjoni ta’ tniġġis ikkawżat mill-iskart mill-industrija tat-titanium dioxide (4), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (5), id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (6), id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (7), id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (8) qabel it-tħassir tagħhom mid-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(3) |
L-Istati Membri għandhom ukoll jintalbu jressqu tweġibiet għal kwestjonarju sabiex jirrapportaw għall-perjodu 2013-2016 dwar dejta rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta’ tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2010/75/UE u dwar il-progress li sar fir-rigward tal-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti skont l-Artikolu 27, li jippermettu lill-Kummissjoni tiġbor informazzjoni dwar miżuri ġenerali ta’ implimentazzjoni (Modulu 1), tistabbilixxi sors ta’ informazzjoni dwar stallazzjonijiet individwali li jimxi mar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (Modulu 2), tikkonferma li l-aqwa tekniki disponibbli jkunu ġew applikati korrettament fil-permessi (Modulu 3) u tivverifika l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi settorjali (Modulu 4). |
|
(4) |
Taħt l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’format elettroniku. |
|
(5) |
Sabiex tiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-informazzjoni ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa format speċifiku tar-rappurtar elettroniku. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappurtar mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE billi jwieġbu għall-kwestjonarji stabbiliti fl-Annessi I u II, bl-użu ta’ format elettroniku speċifiku li għandu jiġi żviluppat għall-għanijiet ta’ dan ir-rappurtar.
It-tweġiba għall-kwestjonarju stipulat fl-Anness I għandha titressaq sat-30 ta’ Settembru 2014.
It-tweġiba għall-kwestjonarju stipulat fl-Anness II għandha titressaq sat-30 ta’ Settembru 2017 l-aktar tard.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) ĠU L 54, 25.2.1978, p. 19.
(3) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 1.
(4) ĠU L 409, 31.12.1992, p. 11.
(6) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
ANNESS I
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kif imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1
Noti ġenerali:
|
(a) |
It-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju jkopru l-perjodu mis-7 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(b) |
F’każ li mistoqsija tkun qed tfittex tagħrif dwar parametri li jvarjaw maż-żmien, it-tweġiba għandha tindika kif tkun is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(c) |
Fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta’ hawn taħt, għandu jingħata biss tagħrif dwar il-bidliet li saru mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE msemmija fl-Artikolu 80(1) tagħha. |
|
(d) |
F’dan il-kwestonarju, “il-politika jew il-gwida ta’ Stat Membru” għandha tinftiehem li għandha t-tifsira ta’ kwalunkwe miżura ta’ implimentazzjoni eżistenti li tinħoloq jew li tiġi applikata f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Jekk Stat Membru jkun jixtieq jinkludi tagħrif dwar il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2010/75/UE f’liġi nazzjonali, dan ma jinnegax il-ħtieġa li l-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 80(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
1. Nuqqas ta’ konformità (Artikolu 8)
Xi kriterji jistgħu jintużaw biex jiġi deċiż jekk ksur tal-kondizzjonijiet għal permess “joħloqx periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew jheddidx li jikkawża effett negattiv immedjat sinifikanti fuq l-ambjent”?
2. Kondizzjonijiet għal permess (Artikolu 14)
Ipprovdi sommarju ta’ kwalunkwe politika jew gwida ta’ Stat Membru dwar il-kwistjonijiet li ġejjin u, jekk ikun ippubblikat fuq l-Internet, agħti link għal fejn jista’ jinstab:
|
2.1. |
Kif jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tal-BAT huma r-referenza għall-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għal permess (Artikolu 14(3))? |
|
2.2. |
L-awtoritajiet kompetenti kif jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet għal permess iktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT (Artikolu 14(4))? |
3. Valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi (Artikolu 15)
Ipprovdi sommarju ta’ kwalunkwe politika jew gwida ta’ Stat Membru dwar il-kwistjonijiet li ġejjin u, jekk ikun ippubblikat fuq l-Internet, agħti link għal fejn jista’ jinstab:
|
3.1. |
Kif inhuma stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet fir-rigward tal-“livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli” stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-BAT (Artikolu 15(3))? |
|
3.2. |
Kif jingħataw id-derogi mill-Artikolu 15(3) (Artikolu 15(4))? |
|
3.3. |
Kif titwettaq valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji biex ikunu jistgħu jsiru derogi bħal dawn u x’jitqies bħala “spejjeż sproporzjonalment ogħla meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali”? (Artikolu 15(4))? |
|
3.4. |
Hemm xi limitazzjonijiet fuq id-dimensjoni jew il-medda taż-żmien tad-derogi (Artikolu 15(4))? |
|
3.5. |
Kif jingħataw id-derogi temporanji mir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(a) u (b) u mill-Artikolu 15(2) u (3), għall-ittestjar u l-użu ta’ tekniki emerġenti (Artikolu 15(5))? |
4. Rekwiżiti tal-monitoraġġ (Artikolu 16)
Ipprovdi sommarju ta’ kwalunkwe politika jew gwida ta’ Stat Membru dwar il-kwistjonijiet li ġejjin u, jekk ikun ippubblikat fuq l-Internet, agħti link għal fejn jista’ jinstab:
|
4.1. |
Kif jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tal-BAT ikunu l-bażi għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-monitoraġġ fil-permessi? (Artikolu 16(1)). |
|
4.2. |
Kif tiġi ddeterminata l-frekwenza tal-monitoraġġ perjodiku għall-ħamrija u għall-ilma ta’ taħt l-art? (Artikolu 16(2)). |
|
4.3. |
Kif tintuża “valutazzjoni sistematika tar-riskju ta’ kontaminazzjoni” biex tiġġustifika l-monitoraġġ tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fi frekwenza li tkun inqas minn dik stipulata (Artikolu 16(2))? |
5. Regoli Ġenerali Vinkolanti (Artikolu 17)
Meta jintużaw regoli ġenerali vinkolanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
5.1. |
Liema rekwiżiti, attivitajiet (kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE) u sustanzi niġġiesa huma koperti mir-regoli ġenerali vinkolanti? |
|
5.2. |
Ir-regoli ġenerali vinkolanti kif “jiżguraw approċċ integrat u livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu ekwivalenti għal dak li jista’ jinkiseb b’kondizzjonijiet għal permess individwali” (Artikolu 17(1))? |
|
5.3. |
Kif jiġi żgurat li regoli ġenerali vinkolanti jkunu “bbażati fuq l-aħjar metodi tekniċi disponibbli” (Artikolu 17(2))? |
|
5.4. |
Ir-regoli ġenerali vinkolanti kif jiġu aġġornati “biex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli” (Artikolu 17(3))? |
|
5.5. |
X’referenzi jsiru għad-Direttiva 2010/75/UE fil-“pubblikazzjoni uffiċjali” tar-regoli ġenerali vinkolanti (Artikolu 17(4))? |
|
5.6. |
Jekk ir-regoli ġenerali vinkolanti jkunu ppubblikati fuq l-Internet, ipprovdi link għal fejn jistgħu jinstabu. |
6. Żviluppi fil-BAT (Artikolu 19)
|
6.1. |
L-awtoritajiet kompetenti, kif isegwu, jew kif jiġu mgħarrfa dwar, il-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe konklużjoni ġdida jew aġġornata tal-BAT? |
|
6.2. |
L-awtoritajiet kompetenti, kif iqiegħdu dak it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kkonċernat? |
7. Rikonsiderazzjoni u aġġornament tal-permessi (Artikolu 21)
Ipprovdi sommarju ta’ kwalunkwe politika jew gwida ta’ Stat Membru dwar l-aspetti li ġejjin tal-proċess għar-rikonsiderazzjoni u l-aġġornament tal-kondizzjonijiet għal permess u, jekk ikun ippubblikat fuq l-Internet, ipprovdi link:
|
7.1. |
Normalment, x’tagħrif jintalab mill-operaturi għall-finijiet ta’ rikonsiderazzjoni/aġġornament ta’ permessi (Artikolu 21(2))? |
|
7.2. |
L-“attività prinċipali” ta’ installazzjoni kif tiġi ddefinita u/jew iddeterminata (Artikolu 21(3))? |
|
7.3. |
Kif jingħata bidu għar-rikonsiderazzjoni/l-aġġornament ta’ permess f’każijiet ta’ tniġġis notevoli, sikurezza operazzjonali, jew standard ġdid/rivedut dwar il-kwalità ambjentali (Artikolu 21(5)). |
8. Għeluq tas-sit (Artikolu 22)
|
8.1. |
Kif jiġi deċiż liema attivitajiet jeħtieġu rapport ta’ bażi, b’mod speċjali:
|
|
8.2. |
Meta l-attivitajiet jieqfu b’mod definittiv:
|
9. Spezzjonijiet ambjentali (Artikolu 23)
|
9.1. |
Liema “pjan(ijiet) ta’ spezzjoni ambjentali” tfassal/tfasslu? X’fihom? Fejn huma disponibbli għall-pubbliku? Jekk ikunu ppubblikati fuq l-Internet, ipprovdi link (Artikolu 23(2)). |
|
9.2. |
Liema “programmi ta’ spezzjonijiet ambjentali ta’ rutina” tfasslu? X’fihom? Fejn huma disponibbli għall-pubbliku? Jekk ikunu ppubblikati fuq l-Internet, ipprovdi link. (Artikolu 23(4))? |
|
9.3. |
Ir-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet kif jiġu “sistematikament stmati” għall-finijiet ta’ deċiżjoni rigward il-frekwenza taż-żjarat fuq il-post? Ipprovdi sommarju u referenza għal kwalunkwe gwida. (Artikolu 23(4))? |
|
9.4. |
F’liema ċirkostanzi jitwettqu “spezzjonijiet ambjentali li mhumiex ta’ rutina” (Artikolu 23(5))? |
|
9.5. |
Normalment, x’tagħrif ikun fihom ir-rapporti dwar iż-żjara fuq il-post? Dawn ir-rapporti kif jiġu nnotifikati lill-operatur? Kif jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku? Hemm xi ċirkostanzi li fihom dawn ir-rapporti ma jitqiegħdux għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, meta jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (1) (Artikolu 23(6))? |
|
9.6. |
X’mekkaniżmi jeżistu biex jiġi żgurat li l-operaturi jtemmu l-“azzjonijiet meħtieġa” identifikati fir-rapport dwar iż-żjara fuq il-post (Artikolu 23(6))? |
10. Aċċess għal informazzjoni u parteċipazzjoni pubblika (Artikolu 24)
|
10.1. |
Il-pubbliku kif jingħata “opportunitajiet minn kmieni u effettivi” biex jieħu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għoti/l-aġġornament ta’ kondizzjonijiet għal permess, speċjalment meta jiġu proposti derogi skont l-Artikolu 15(4) (Artikolu 24(1))? |
|
10.2. |
It-tagħrif kif jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (Artikolu 24(2) u (3))? |
|
10.3. |
It-tagħrif rilevanti kollu jkun disponibbli fuq l-Internet (Artikolu 24(2)(a),(b) u (f) u Artikolu 24(3)(a))? |
11. Tekniki emerġenti (Artikolu 27)
L-Istati Membri kif iħeġġu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ tekniki emerġenti, b’mod partikolari dawk identifikati fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT (Artikolu 27(1))?
ANNESS II
Kwestonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE kif imsemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1
Noti ġenerali:
|
(a) |
Dan il-kwestjonarju jkopri l-perjodu mis-7 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2016. |
|
(b) |
Meta mistoqsija tfittex tagħrif dwar li jvarjaw maż-żmien, it-tweġiba għandha tindika kif tkun is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016. |
MODULU 1 – AĠĠORNAMENT TAL-IMPLIMENTAZZJONI
Nota dwar il-Modulu 1:
L-ambitu ta’ dawn il-mistoqsijiet huwa installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE.
1. Implimentazzjoni – bidliet
Saru xi bidliet kbar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE mill-aħħar perjodu ta’ rapportar s’issa, meta mqabbla mat-tagħrif irrapportat bħala tweġiba għall-kwestjonarju għall-ewwel rapportar skont l-IED? Jekk iva, ipprovdi aġġornament billi tiddeskrivi l-bidliet u r-raġunijiet għalihom, u fejn xieraq ipprovdu referenzi.
2. Implimentazzjoni – diffikultajiet
Iltqajt ma’ xi diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 80(1)? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet u r-raġunijiet għalihom.
MODULU 2 – TAGĦRIF DWAR INSTALLAZZJONIJIET INDIVIDWALI
Nota dwar il-Modulu 2:
Il-kontroreferenzi għal leġiżlazzjoni oħra tal-UE qegħdin hemm biss biex jiġi identifikat li jeżistu dawn l-interazzjonijiet. M’hemmx il-ħsieb li jiġu indikati l-interfaċċi eżatti bejn l-installazzjonijiet koperti minn kull waħda minn dawn l-iskemi.
3. Ipprovdi t-tagħrif li ġej għall-installazzjonijiet kollha koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE (“installazzjonijiet tal-IED”):
3.1. Tagħrif ġenerali:
|
|
Attribut |
Deskrizzjoni |
|
3.1.1. |
Numru ta’ referenza tal-installazzjoni tal-IED |
Identifikatur uniku tal-installazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
3.1.2. |
Numru ta’ referenza tal-faċilità koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1) (fakultattiv) |
Meta l-installazzjoni tal-IED tkun kompletament jew parzjalment koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006, ipprovdi n-numru ta’ identifikazzjoni użat għar-rapportar tal-faċilità skont dak ir-Regolament. |
|
3.1.3. |
Numru ta’ referenza tal-istabbiliment kopert mid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (2) (fakultattiv) |
Jekk l-installazzjoni tal-IED tkun kompletament jew parzjalment koperta mid-Direttiva 2012/18/UE, ipprovdi l-identifikatur uniku użat fis-Seveso Plant Information Retrieval System (SPIRS). |
|
3.1.4. |
Numru ta’ referenza tal-installazzjoni koperta mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (3) (fakultattiv) |
Jekk l-installazzjoni tal-IED tkun kompletament jew parzjalment koperta mid-Direttiva 2003/87/KE, ipprovdi l-identifikatur uniku tar-reġistru mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE. |
|
3.1.5. |
Isem l-installazzjoni |
F’format kompatibbli mal-attribut “Isem tal-faċilità” użat fir-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006; jekk possibbli. |
|
3.1.6. |
Attivitajiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE |
L-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE li jitħaddmu fl-installazzjoni. |
|
3.1.7. |
Kapitoli oħra rilevanti tad-Direttiva 2010/75/UE |
Indika liema mill-Kapitoli III, IV, V u VI tad-Direttiva 2010/75/UE japplikaw ukoll għall-installazzjoni (jew parti minnha). |
3.2. Informazzjoni ta’ kuntatt:
|
|
Attribut |
Deskrizzjoni |
|
3.2.1. |
Isem l-operatur |
F’format kompatibbli mal-attribut “Isem tal-kumpanija prinċipali” użat fir-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, jekk possibbli. |
|
3.2.2. |
Indirizz tal-installazzjoni - triq, belt, kodiċi postali u pajjiż |
F’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (4), u f’format kompatibbli mal-attribut “Triq”, “Belt/raħal”, “Kodiċi postali”, “Pajjiż” użat fir-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, jekk possibbli. |
|
3.2.3. |
Latitudni/lonġitudni tal-installazzjoni |
F’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE, u f’format kompatibbli mal-attribut “Koordinati tal-post” użat fir-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, jekk possibbli. |
3.3. Awtoritajiet kompetenti:
|
|
Attribut |
Deskrizzjoni |
|
3.3.1. |
L-awtorità kompetenti għall-għoti tal-permessi |
Isem l-awtorità/l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz(i) tal-posta elettronika. |
|
3.3.2. |
L-awtorità kompetenti għall-ispezzjonijiet u l-infurzar |
Isem l-awtorità/l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz(i) tal-posta elettronika. |
|
3.3.3. |
Għadd totali ta’ żjarat fuq il-post mill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 23(4)) |
Total annwali għal kull waħda mis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016. |
3.4. Tagħrif dwar il-permessi:
|
|
Attribut |
Deskrizzjoni |
|
3.4.1. |
Link elettroniku għall-permessi attivi |
Kif meħtieġ mill-Artikolu 24(2). |
|
3.4.2. |
L-installazzjoni hija soġġetta għal deroga skont l-Artikolu 15(4)? |
Iva/Le |
|
3.4.3. |
Tħejja rapport ta’ bażi skont l-Artikolu 22? |
Iva/Le |
MODULU 3 – ATTENZJONI FUQ IS-SETTURI
Noti dwar il-Modulu 3:
Dan il-modulu jkopri l-installazzjonijiet fejn id-Deċiżjonijiet ippubblikati dwar il-konklużjonijiet tal-BAT taw bidu għal rikonsiderazzjoni/aġġornament tal-permess matul il-perjodu ta’ rapportar, jiġifieri l-installazzjonijiet li l-attività prinċipali tagħhom hija koperta:
|
— |
mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/134/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħġieġ (5); jew |
|
— |
mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (6). |
4. Kondizzjonijiet għal permess (Artikolu 14)
Minbarra l-konklużjonijiet tal-BAT, intużaw xi sorsi oħra ta’ tagħrif bħala r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għal permess (Artikolu 14(3))?
5. Kondizzjonijiet għal permess iktar stretti (Artikoli 14(4) u 18)
|
5.1. |
Liema standards dwar il-kwalità ambjentali kienu jeħtieġu kondizzjonijiet għal permess iktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-BAT, u liema miżuri addizzjonali ġew inklużi fil-permessi (Artikolu 18)? |
|
5.2. |
Ipprovdi eżempji ta’ sitwazzjonijiet oħra fejn, skont l-Artikolu 14(4), l-awtoritajiet kompetenti stabbilixxew kondizzjonijiet għal permess iktar stretti minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-BAT. |
6. L-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet għal permess fin-nuqqas ta’ konklużjonijiet rilevanti tal-BAT (Artikolu 14(5) u (6))
|
6.1. |
Iddeskrivi l-proċedura għall-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għal permess, u agħti eżempji:
|
|
6.2. |
Għall-eżempji ta’ hawn fuq, identifika:
|
7. Valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi (Artikolu 15)
|
7.1. |
Għal permessi fejn valur limitu wieħed jew iktar tal-emissjonijiet ikun(u) differenti mil-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT fil-konklużjonijiet tal-BAT f’termini ta’ valuri, perjodi ta’ żmien jew kondizzjonijiet ta’ referenza (Artikolu 15(3)(b)):
|
|
7.2. |
Għall-installazzjonijiet kollha fejn tkun ingħatat deroga skont l-Artikolu 15(4), indika:
|
|
7.3. |
Ingħataw derogi temporanji għall-ittestjar u l-użu ta’ tekniki emerġenti (Artikolu 15(5))? |
8. Monitoraġġ (Artikolu 16)
|
8.1. |
F’termini ġenerali, liema frekwenzi ta’ monitoraġġ ġew stabbiliti fil-permessi għall-emissjonijiet fl-arja, l-emissjonijiet fl-ilma, l-emissjonijiet fil-ħamrija/l-ilma ta’ taħt l-art u parametri rilevanti oħra tal-proċessi? |
|
8.2. |
Kif intużaw il-konklużjonijiet tal-BAT biex jiġu stabbiliti dawn il-frekwenzi? |
9. Rikonsiderazzjoni u aġġornament tal-kondizzjonijiet għal permess (Artikolu 21)
Għar-rikonsiderazzjonijiet kollha ta’ permessi li ma tlestewx sat-8 ta’ Marzu 2016, identifika:
|
(a) |
l-ismijiet tal-installazzjonijiet u n-numru ta’ referenza tal-permessi; |
|
(b) |
ir-raġunijiet li għalihom ma tlestietx ir-rikonsiderazzjoni; |
|
(c) |
sa liema data ser tkun lesta r-rikonsiderazzjoni. |
10. Oħrajn
Għandek kummenti dwar xi problemi prattiċi li ltqajt magħhom meta kont qed tuża l-konklużjonijiet tal-BAT għaż-żewġ setturi koperti b’dan il-Modulu 3?
MODULU 4 – REKWIŻITI “MINIMI”
11. Inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni ta’ skart:
Għal impjanti koperti mill-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
11.1. |
Identifika l-impjanti li għalihom l-awtoritajiet kompetenti awtorizzaw kondizzjonijiet skont l-Artikolu 51(1), (2) jew (3) kif ukoll il-kondizzjonijiet li fil-fatt huma awtorizzati u r-riżultati tal-verifiki li saru f’dan ir-rigward–(Artikolu 51(4)). |
|
11.2. |
Għal kull wieħed mill-impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart u l-impjanti ta’ koinċinerazzjoni ta’ skart b’kapaċità ta’ 2 tunnellati jew iktar fis-siegħa, ipprovdi:
|
12. Emissjonijiet ta’ solventi:
Għal installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE:
|
12.1. |
Fejn l-Istati Membru għażlu li japplikaw skema ta’ tnaqqis (kif deskritta fl-Anness VII, il-Parti 5) minflok ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet, xi progress sar fil-kisba ta’ tnaqqis ekwivalenti ta’ emissjonijiet (Artikolu 59(1)(b))? |
|
12.2. |
Identifika l-impjanti li għalihom ingħataw derogi f’konformità mal-Artikolu 59(2) jew l-Artikolu 59(3), kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-għoti ta’ dawn id-derogi. |
(2) ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.