|
14.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2012
li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2012/779/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur C.H.J. (Cor) LAMERS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur F. (Frank) de VRIES sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS