5.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Protokoll 31 (dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet) tal-Ftehim taż-ŻEE

(2012/747/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Protokoll 31 tiegħu.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (3) ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2012 (4).

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2012 ipprovdiet għas-sospensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 għall-Islanda, sakemm jiġi deċiż mod ieħor mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(6)

Huwa xieraq li tintemm is-sospensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 għall-Islanda mill-1 ta’ Jannar 2013.

(7)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SYLIKIOTIS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 21.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2012

ta’ …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (1) ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2012 (2).

(2)

Is-sospensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 għall-Islanda għandha tintemm.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din it-terminazzjoni tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 8c tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, l-adattament (e) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 21.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]