|
4.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni
tat-28 ta’ Novembru 2012
li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni Ewropea
(2012/744/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Frar 2010 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta’ Ottubru 2014. |
|
(2) |
Fl-ittra bid-data tas-16 ta’ Ottubru 2012, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur John DALLI kien irriżenja b’effett immedjat mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni. |
|
(3) |
F’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b’riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità. |
|
(4) |
Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Tonio BORG bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta’ Ottubru 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(1) L-Opinjoni tal-21 ta’ Novembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).