16.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda

(2012/703/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2012/20) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Bank Ċentrali tal-Irlanda għażel lil RSM Farrell Grant Sparks bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li RSM Farrell Grant Sparks għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   RSM Farrell Grant Sparks b’dan jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU C 286, 22.9.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.