15.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/68


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq u l-provinċja ta’ Bolzano fl-Italja fil-lista tal-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’Aujeszky

(notifikata bid-dokument C(2012) 7976)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/701/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ kontroll obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, fosthom il-marda ta’ Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi li fejn Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn tali mard, inkluża l-marda ta’ Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għall-movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tal-marda ta’ Aujeszky fihom.

(3)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky.

(4)

L-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq u l-provinċja Taljana ta’ Bolzano bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, bħala Stat Membru jew reġjun tiegħu fejn ġew implimentati programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky.

(5)

L-Irlanda, ir-Renju Unit fil-konfront tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Italja fil-konfront tal-provinċja ta’ Bolzano, issa ressqu dokumentazzjoni li ssostni l-applikazzjoni tagħhom biex jiddikjaraw dawk l-Istati Membri u l-provinċja ta’ Bolzano ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky.

(6)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imressqa mill-Irlanda, mir-Renju Unit u mill-Italja, huwa f’loku li l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq u l-provinċja ta’ Bolzano ma jibqgħux elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, iżda minflok jitniżżlu fl-Anness I tagħha.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

“ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha

“ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha