7.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/687/PESK

tas-6 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Għandha tiddaħħal entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entità elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mat-taqsima B tal-parti I tal-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

National Iranian Oil Company Nederland (magħrufa wkoll bħala: NIOC Netherlands Representation Office)

Blaak 512, 3011 TA and Weena 333, 3013 AL Rotterdam, Netherlands.

Tel. +31 (10) 225 0177, +31 (10) 225 0308.

http://www.nioc-intl.com/Offices_Rotterdam.htm.

Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

7.11.2012