|
30.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ġunju 2012
dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.33015 (2012/C) li Malta qed tippjana li timplimenta għall-Air Malta plc.
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4198)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/661/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, fir-rigward tal-għajnuna SA.33015 (1),
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
B'ittra bid-data tas-16 ta’ Mejju 2011, Malta nnotifikat lill-Kummissjoni bl-għajnuna għar-ristrutturar tal-Air Malta plc, wara self ta’ għajnuna għas-salvataġġ ta’ EUR 52 miljun li kien approvat b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2010 (N 504/2010, minn issa 'l quddiem "id-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ"). Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali b'ittri bid-data tal-5 ta’ Lulju u l-1 ta’ Settembru 2011, li mbagħad l-awtoritajiet Maltin wieġbu permezz tal-ittri bid-dati tat-2 ta’ Awwissu u t-22 ta’ Settembru 2011. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra bid-data tal-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni infurmat lil Malta li hi kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna (minn hawn 'il quddiem "id-deċiżjoni tal-ftuħ") Malta pprovdiet kummenti dwar din id-Deċiżjoni permezz ta’ ittra bid-data tal-5 ta’ Marzu 2012. Il-Kummissjoni staqsiet aktar mistoqsijiet b'ittra bid-data tad-19 ta’ Marzu 2012, li Malta wieġbet għalihom fid-19 ta’ April 2012. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Frar 2012. Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand sitt partijiet interessati. Hija għaddiethom lil Malta, li ngħatat l-opportunità li tirreaġġixxi, il-kummenti min-naħa ta’ Malta waslu permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ April 2012. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA U L-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
2.1 Għajnuna għar-ristrutturar
|
(5) |
Malta ħabbret għajnuna għar-ristrutturar ta’ EUR 130 miljun għall-Air Malta fil-forma ta’ ekwità inkluż skambju ta’ dejn ma’ ekwità tas-self għas-salvataġġ approvat ta’ EUR 52 miljun, abbażi tal-Pjan ta’ Ristrutturar (PR) deskritt hawn taħt li beda f'Novembru 2010 (wara l-approvazzjoni tas-self għas-salvataġġ) u li jkopri perjodu ta’ ristrutturar ta’ ħames snin mill-ħarifa 2010 sal-ħarifa 2015. |
2.2 Il-benefiċjarju
|
(6) |
L-Air Malta plc hija l-linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta sa mill-1974. Fil-bidu tal-proċess ta’ ristrutturar, l-Air Malta kienet tħaddem 12-il ajruplan tal-passiġġieri u kienet taqdi 43 destinazzjoni skedati fl-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Mediterran tal-Lvant. L-Air Malta hija tal-Gvern Malti (98 %) u ta’ investituri privati (2 %) |
|
(7) |
L-Air Malta għandha rwol ferm żgħir fis-suq Ewropew tal-avjazzjoni (madwar 1,8 miljun passiġġier fl-2010), li jirrappreżenta 0,25 % biss tal-kapaċità produttiva u l-produzzjoni tal-industrija tal-ajru Ewropea kollha (f'termini ta’ passiġġieri). Bit-tnaqqis maħsub ta’ żewġ ajruplani mill-flotta tagħha, l-Air Malta se jkollha rwol saħansitra iżgħar fis-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru li dejjem qed jikber. L-Air Malta beħsiebha tingħaqad f'alleanza globali biex ittejjeb il-konnettività f’dan ix-xenarju ta’ flotta mnaqqsa kif ukoll biex ittejjeb l-użu tal-flotta. |
|
(8) |
Madankollu, l-Air Malta hija l-aktar trasportatur bl-ajru importanti għal titjiriet minn u lejn Malta b'sehem fis-suq ta’ 51 % (passiġġieri) u 28 % (merkanzija). Skont Malta, ir-ristrutturar tal-Air Malta huwa kruċjali billi jipprovdi lil Malta b’ rabta regolari u kredibbli lejn iċ-ċentri ewlenin Ewropej u dawk tal-Afrika ta’ Fuq filwaqt li tappoġġa wkoll l-ekonomija permezz ta’ servizzi bħalma huma t-trasport tal-posta, merkanzija u pazjenti għal kura barra minn Malta. Il-kompetituri ewlenin tal-Air Malta ma jaqdux dan ir-rwol, speċjalment il-linji tal-ajru low cost (low cost carriers, LCC) bħar-Ryanair u l-easyJet. |
|
(9) |
L-Air Malta ilha tagħmel telf fin-negozju ewlieni tal-linja tal-arju tagħha għal bosta snin u sofriet telf operattiv ta’ EUR 23,1 miljun fis-sena finanzjarja (SF) (2) 2010 u EUR 37,3 miljun fis-SF2011 (ara t-Tabella 2). |
|
(10) |
Air Malta plc għandha dawn is-sussidjarji li ġejjin ("Air Malta Group"): Tabella 1 L-istruttura tal-Air Malta Group
|
2.3 Il-Pjan ta’ Ristrutturar
|
(11) |
Il-PR (bid-data tad-29 ta’ Novembru 2011) u l-Aġġornament tiegħu tat-28 ta’ Frar 2012 jimmiraw li jerġgħu jibnu l-profitabilità tal-Air Malta sas-SF2014 u l-vijabbiltà tagħha fit-tul sal-2015. Id-dewmien tal-PR huwa limitat għal ħames snin, li jibdew mill-ħarifa 2010 għall-ħarifa 2015. |
|
(12) |
Il-pjan jassumi li se jkun possibbli li l-livell eżistenti ta’ telf jinqaleb minn telf operattiv (EBIT) ta’ EUR 37,3 miljun u telf nett ta’ EUR 88,9 miljun fis-SF2011 għal qligħ operattiv ta’ EUR[…] (*1) miljun u qligħ nett ta’ EUR […] miljun fis-SF2014, b'titjib ulterjuri fil-qagħda tal-qligħ fis-SF2015 u s-SF2016 (ara t-Tabella 2). Tabella 2 Qligħ u telf 2008-2016
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13) |
Il-pjan għandu l-għan li jikseb redditu fuq il-kapital imħaddem (ROCE) (3) ta’ [minn 4 sa 6] % u redditu fuq l-ishma (ROE) (4) ta’ [minn 5 sa 7] % għas-SF2016. Tabella 3 ROCE u ROE 2012-2016
|
|
(14) |
Sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati, l-Air Malta qiegħda tipproponi l-azzjonijiet ewlenin l ġejjin: |
Strateġija għar-rotot u n-netwerk
|
(15) |
Il-mira hi li toħloq skeda aktar kosteffettiva. Għaldaqstant, Air Malta se twaqqaf ċerti rotot – dawk li joħolqu telf u dawk li jagħmlu qligħ – u jżidu l-frekwenza fuq numru ta’ rotot ewlenin. |
|
(16) |
L-Air Malta diġà ħadet azzjoni, fil-bidu tal-2011, biex twaqqaf ir-rotot lejn Leipzig, Tuneż, Damasku, Palermo u Turin li qed iġarrbulha telf. |
|
(17) |
Barra minn hekk, mill-ħarifa 2011, l-Air Malta bdiet twaqqaf jew tnaqqas il-kapaċità ta’ ċerti rotot li huma offruti bħala miżuri kumpensatorji skont il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f'diffikultà (5) (minn hawn 'il quddiem, "il-Linji Gwida S&R"). Dan se jirrilaxxa wkoll is-slots pertinenti f'numri ta’ ajruporti barranin, biex b'hekk l-Air Malta ċċedi kwalunkwe drittijiet akkwistati (grandfather rights) li bħalissa għandha fuq dawn is-slots. Mill-2013, […] l-Air Malta se ċċedi l-pari ta’ slots f'ajruporti kkordinati (6) bħal London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Ġinevra, Catania, Stuttgart, London-Heathrow u Munich. Permezz tal-ħruġ u tal-frekwenza mnaqqsa, linji tal-ajru oħrajn se jkunu jistgħu jgawdu miż-żieda potenzjali fil-fattur tat-tagħbija u/jew ir-rendimenti. |
|
(18) |
Rigward il-profittabbiltà ta’ rotot differenti, Malta pprovdiet l-marġini gross mir-rotot kollha bejn is-SF2010-SF2013 kif ukoll għas-sajf 2009-sajf 2012. Il-marġni gross huwa kkalkulat kif ġej: Il-VDOC (spejjeż varjabbli tal-operat dirett) u l-FDOC (spejjeż fissi tal-operat dirett) imnaqqsa mill-introjtu. Ir-rotot huma profittabbli jekk ikollhom marġini gross ugwali jew ogħla minn 0 %. Ir-rotot huma "marġinalment profittabbli" jekk il-marġini gross tagħhom bħalissa huwa inqas minn 0 % iżda ogħla minn – 10 % iżda se jsiru profittabbli fil-ġejjieni. Skont Malta, ir-rotot profittabbli u r-"rotot marġinali" ġew ikklassifikati bħala miżuri kumpensatorji rilevanti. |
|
(19) |
Il-bidliet fin-netwerk tar-rotot bejn is-SF2010 u SF2013 huma marbuta ma’ tnaqqis globali fil-kapaċità ta’ PKO ta’ 20,9 % (7) tal-kapaċità globali tal-2010. Dan jinkludi tnaqqis fil-kapaċità ta’ [minn 27 sa 33] % ([minn 12,5 sa 15,5] % (8) marbuta ma’ rotot li ntqal li kienu profittabbli, [minn 5,5 sa 7,5] % (9) għal "rotot marġinali" u [minn 9 sa 11] % (10) għal rotot mhux profittabbli) u żieda fil-kapaċità permezz tat-tnedija ta’ destinazzjonijiet ġodda u l-espansjoni ta’ skedi eżistenti ta’ [minn 8 sa 10] %. Tabella 4 Il-bidla fil-kapaċità 2010-2013
|
|
(20) |
Huma speċjalment importanti l-konnessjonijiet ma’ ċentri internazzjonali li huma essenzjali biex Malta jkollha aċċess għas-swieq globali. Għaldaqstant, Air Malta għamlet ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċijiet ma’ għadd ta’ linji tal-ajru. Barra minn hekk, l-Air Malta beħsiebha tingħaqad f'alleanza globali biex jittejbu l-konnettività u l-użu tal-flotta. |
Inizjattivi tal-ispiża
|
(21) |
L-inizjattivi tal-ispiża jiffukaw biex itejbu l-effiċjenja tal-operazzjonijiet tal-Air Malta fit-tnaqqis tal-istruttura tal-kost billi jiffaċilitaw in-negozju ewlieni, jindirizzaw l-ineffiċjenzi operazzjonali u jpoġġu lil-linja tal-ajru f'pożizzjoni kompetittiva u sostenibbli. It-titjib annwali fil-profittabilità mill-inizjattivi tal-ispiża huwa mistenni li jkollu total ta’ EUR [minn 42 sa 52] miljun sal-aħħar tal-perjodu tal-PR li jfisser tnaqqis fl-ispejjeż totali tal-Kumpanija ta’ [minn 10 sa 12] % u tnaqqis fl-ispiża totali tal-operat għal kull passiġġier minn [minn 7,5 sa 10] % (filwaqt li t-total tal-passiġġieri trasportati matul l-istess perjodu jibqa' kważi kostanti). L-oġġetti ewlenin huma:: tnaqqis ibbażat fuq in-netwerk (EUR [minn 21 sa 27] miljun), tfaddil mill-persunal (EUR [minn 9 sa 11-il] miljun) u l-ġestjoni tal-kuntratt (EUR [minn 7 sa 9] miljun). |
|
(22) |
It-tnaqqis ppjanat fil-kapaċità ta’ 20,9 % jolqot l-ispejjeż varjabbli u fissi tal-operat bħat-tnaqqis fl-uplift tal-fjuwil ta’ madwar […] miljun gallun (EUR […] miljun), it-tnaqqis fin-numru ta’ sigħat fl-ajru u għalhekk tnaqqis fl-ispejjeż globali tal-manutenzjoni u tnaqqis fl-ispejjeż tal-inżul, l-immaniġġar u n-navigazzjoni u spejjeż tar-rotta[…]. |
|
(23) |
Il-linja tal-ajru se tnaqqas il-flotta tagħha minn 12 għal 10 ajruplani. Ajruplan wieħed diġà ġie sollukat lil trasportatur Messikan minn […] u ajruplan ieħor, li bħalissa huwa sollukat b'kuntratt għal żmien qasir, ġie sollukat lil trasportatur Pollakk minn […] sa […]. Iż-żewġ ajruplani se jiġu sollukati għall-flus u għalhekk se jnaqqsu n-nefqa globali tal-kuntratt ta’ kera tal-Air Malta. Ir-rata tal-kera ġenerali hija mistenni tonqos b'EUR [minn 2,5 sa 3,5] miljun. |
|
(24) |
Madankollu, it-tnaqqis fin-netwerk huwa mistenni jkollu effett negattiv fuq il-passiġġieri u l-merkanzija li tinġarr, sa ma l-inizjattivi jiġu implimentati. Huwa mistenni li l-passiġġieri (skedati jew ċarter) se jonqsu minn 1,75 miljun fis-SF2011 għal [1,5 to 1,7] miljun fis-SF2013 li jirriżulta fi tnaqqis fl-introjtu ta’ EUR [minn 11 sa 13-il] miljun. L-introjtu mill-merkanzija huwa wkoll mistenni jonqos b'EUR [minn 1 sa 2] miljun bħala riżultat ta’ tnaqqis fin-netwerk. |
|
(25) |
L-Air Malta qiegħda tinnegozja mill-ġdid il-kuntratti mal-fornituri ewlenin tagħha. Il-mira ewlenija għat-tfaddil tal-ispiża hija ca. EUR [minn 7 sa 8] miljun. Ir-reviżjoni nbdiet ma’ għaxart isħab fin-negozju. Ammont kbir ta’ ffrankar ta’ flus […] kien diġà nkiseb permezz ta’ negozjati mal-Malta International Airport (11). |
Inizjattivi tal-introjtu
|
(26) |
L-Air Malta għandha l-għan li żżid l-introjtu tagħha bl-introduzzjoni ta’ introjtu anċillari minn servizzi pagabbli addizzjonali (simili għall-approċċ tal-linji tal-ajru low cost) flimkien mat-titjib kif timmaniġġa l-introjtu tagħha u l-ipprezzar. |
|
(27) |
Minħabba n-natura staġunali tas-suq tal-Air Malta, l-inizjattivi tal-introjtu huma ffukati sabiex iżidu r-rendiment fis-sajf, meta l-fatturi tat-tagħbija jkunu diġà b'saħħithom, u biex iżidu l-introjtu fix-xitwa permezz ta’ kummerċjalizzazzjoni mmirata, kampanji u bejgħ ta’ sits. L-introjtu totali mill-passiġġier għal kull passiġġier (inkluż l-introjtu anċillari) huwa mistenni jiżdied għal EUR [110-120] għal kull passiġġier fis-SF2016 meta mqabbla mal-EUR [100-105] fis-SF2011. Il-flussi tal-introjtu anċillari tal-passiġġieri mbagħad se jkunu jirrappreżentaw [minn 3 sa 4] % tal-introjtu totali fis-SF2016, imqabbla ma’ bejn wieħed u ieħor 20 % tal-kompetituri ewlenin tal-Kumpanija, easyJet u Ryanair. L-inizjattivi tal-introjtu ewlenin jinkludu: It-titjib tal-fattur tat-tagħbija (EUR [minn 9 sa 10] miljun), il-ġestjoni tar-rendiment (EUR [minn 8 sa 10] miljun) u l-introjtu anċillari (EUR [minn 9 sa 11-il] miljun). |
Il-fattur tat-tagħbija
|
(28) |
Air Malta żviluppat strateġija kummerċjali ġdida sabiex ittejjeb il-kompetittività tagħha u l-fattur tat-tagħbija. Din l-istrateġija tinkludi s-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi u l-offerti, il-branding tal-Air Malta bħala “linja tal-arju tad-destinazzjoni” (relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu), it-trawwim tal-lealtà tal-klijenti u tan-negozju ripetittiv, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni aggressivi u prodotti u offerti innovattivi. |
|
(29) |
Din l-istrateġija l-ġdida u l-kummerċjalizzazzjoni mtejba għandhom iwasslu għal żieda fl-introjtu. Kif wieħed jista' jara fit-Tabella 5, skont il-PR tal-Air Malta, in-numru ta’ passiġġieri se jonqos bejn is-SF2011 u s-SF2013 minħabba t-tnaqqis ippjanat fil-kapaċità; madankollu, sas-SF2016 it-tnaqqis fil-passiġġieri se jkun ġie rkuprat: kummerċjalizzazzjoni mmirata[…]; mili ta’ sits fi żmien ta’ negozju baxx billi jsir iffukar biex jiżdied l-għadd ta’ passiġġieri fix-xitwa u fl-istaġuni intermedji u t-tkabbir tas-suq. |
|
(30) |
B'żieda fil-volum tal-passiġġieri mistennija għal madwar [minn 90 000 sa 100 000] li bħala medja trendi anqas spejjeż inkrementali relatati, l-introjtu mistenni jiżdied b'[bejn 7 sa 9] % minn EUR 205,4 miljun fis-SF2011 għal EUR [minn 200 sa 240] miljun fis-SF2016. Tabella 5 Il-fatturi tat-tagħbija, SF2011 sas-SF2016
|
|
(31) |
Din iż-żieda fil-fatturi ta’ tagħbija mbassra tirrifletti l-istrateġija kummerċjali mtejba tal-linja tal-ajru u li hija ffukata aktar fuq il-ġestjoni tar-rendiment. Il-muturi ewlenin wara l-bidliet fil-fattur ta’ tagħbija huma ż-żieda fit-traffiku (ibbażata fuq tkabbir mistenni tas-suq ta’ 5,9 % kif previst minn Eurocontrol), tariffi mraħħsa biex itejbu l-pożizzjoni kompetittiva li tirriżulta fi tnaqqis ta’ [minn 4 sa 6] % fir-rendiment u żieda fin-numru ta’ passiġġieri, l-evalwazzjoni mill-ġdid tan-netwerk sabiex tiffoka fuq rotot kummerċjalment vijabbli biss, l-espansjoni ta’ ftehimiet tal-kondiviżjoni tal-kodiċi u kooperazzjoni ma’ […], il-waqfien tal-għoti ta’ biljetti kumplimentari lil firxa ta’ benefiċjarji u t-titjib mistenni tas-sitwazzjoni politika fil-Libja (il-pjan jassumi li titjiriet lejn il-Libja huma sospiżi matul is-SF2012 dovuti għall-kriżi riċenti). |
|
(32) |
Wara għadd ta’ bidliet fl-approċċ kummerċjali u l-istrateġija tar-rotot li diġà ġew implimentati fil-bidu tal-proċess ta’ ristrutturar, il-linja tal-ajru diġà kisbet żieda fil-fattur ta’ tagħbija ta’ [minn 6 sa 8] % (minn [minn 65 sa 67] % fis-SF2010 sa [minn 72 sa 75] % fis-SF2011). |
Il-ġestjoni tar-rendiment
|
(33) |
L-Air Malta se tapplika prassi standard tal-industrija għall-immaniġġar tal-introjtu, l-ipprezzar u l-fokus dejjem akbar fuq laqgħat, inċentivi, vidjokonferenzi u wirjiet, l-ivvjaġġar korporattiv u r-relazzjonijiet tal-operaturi tal-vjaġġi. Dawn l-isforzi mistennija jirriżultaw f’titjib fl-introjtu ta’ EUR [minn 8 sa 10] miljun. |
|
(34) |
L-inizjattivi tal-introjtu fl-ipprezzar jinkludu: bidliet fl-istrutturi tal-ipprezzar, konċentrazzjoni fuq volumi ogħla tal-passiġġieri matul perjodi kwieti u prestazzjoni aħjar tar-rendiment matul l-istaġun għoli kif ukoll qafas strateġiku għall-maniġment tal-Operaturi tal-Vjaġġi (EUR [minn 3 sa 4] miljun). |
|
(35) |
L-inizjattivi tal-introjtu fil-maniġment jinkludu: is-simplifikazzjoni tal-proċessi, il-maniġment tas-suq aktar milli ta’ titjiriet individwali (EUR [minn 4 sa 5] miljun). |
Introjtu anċillari qabel it-titjira u matul it-titjira
|
(36) |
Wara l-approċċ ta’ ħafna LCCs, l-Air Malta se timponi ħlasijiet għal servizzi anċillari kemm qabel u kemm matul it-titjira li mistennija jwasslu għal żieda fl-introjtu ta’ EUR [minn 9 sa 11-il] miljun fis-SF2016. |
|
(37) |
L-inizjattivi ta’ introjtu qabel it-titjira jinkludu
|
|
(38) |
L-inizjattivi ta’ introjtu matul it-titjira jinkludu
|
Tnaqqis fl-impjegati u l-bidla fl-organizzazzjoni
|
(39) |
L-Air Malta beħsiebha tirristruttura b'mod sinifikattiv l-organizzazzjoni tagħha biex tnaqqas l-ispejjeż tal-uffiċċju u l-funzjonijiet ta’ appoġġ iżda wkoll biex ittejjeb il-produttività tal-funzjonijiet operattivi ewlenin. Il-migrazzjoni lejn l-organizzazzjoni l-ġdida se tirrilaxxa madwar 430 ekwivalenti full-time (full-time equivalent, FTE), u tagħti ffrankar annwali ta’ EUR [minn 9 sa 11-il] miljun. Il-proċess ta’ tranżizzjoni lejn l-organizzazzjoni l-ġdida se jieħu minn madwar 18 sa 24 xahar u għalhekk l-iffrankar kollu mhux se jkollu impatt fuq ir-riżultati tal-qligħ u t-telf sas-SF2014. Ta' min jinnota li din l-iffrankar globali se jittiekel minħabba żidiet ikkuntrattati fil-pagi ta’ [minn 2 sa 3] % fis-sena miftiehma mal-persunal mis-SF2013 'il quddiem. |
|
(40) |
L-erba' trade unions għandhom ftehim kollettiv legalment validu, li permezz tiegħu l-iskemi ta’ rtirar kmieni (early retirement schemes, ERS) huma disponibbli għall-persunal bħala dritt. Il-kriterju tal-eliġibilità tal-ERS huwa tali li […] biss mill-persunal huma eliġibbli li japplikaw. |
|
(41) |
Barra minn hekk, l-Air Malta se toffri skema ta’ sensji volontarji (voluntary retirement scheme, VRS) li se tkun disponibbli għall-persunal kollu safejn il-kumpanija żżomm id-dritt li taċċetta jew tirrifjuta l-applikazzjoni tal-membru tal-persunal. L-impjegati huma eliġibbli għal VRS meta huma jkunu ħadmu kontinwament mal-Air Malta għal mill-inqas […] snin. Il-VRS toffri pagament sa EUR […] għal kull impjegat […]. |
|
(42) |
Barra minn hekk, il-kumpanija għaddiet ukoll minn bidla strutturali prinċipali fl-organizzazzjoni tagħha u rreklutat eżekuttivi ewlenin ġodda fit-tim tal-maniġment tagħha. |
2.4 Għajnuna mill-Istat u finanzjament tal-ispejjeż ta’ ristrutturar
|
(43) |
Meta jitqiesu l-ispejjeż tar-ristrutturar totali ta’ EUR 238 miljun, il-Gvern ta’ Malta beħsiebu jirrikapitalizza l-benefiċjarju b'EUR 130 miljun ta’ ekwità skont l-iskeda li ġejja: EUR 60 miljun se jiġu investiti permezz tal-ħruġ ta’ ishma ġodda fis-SF2013, EUR 15-il miljun fis-SF2014, EUR 3 miljun fis-SF2015 minbarra t-EUR 52 miljun f'dejn tal-Gvern li jissostitwixxi s-self approvat ta’ għajnuna għas-salvataġġ u li diġà tħallsas biex ġie konvertiti f'ekwità. |
|
(44) |
L-Air Malta qed tipproponi li l-ammont li jifdal (jiġifieri l-kontribuzzjoni proprja ta’ 45 %) li għandhom ikunu ffinanzjati permezz tal-bejgħ ta’ art (EUR 66,2 miljun), il-bejgħ ta’ sussidjarji (EUR [minn 9 sa 12-il] miljun), bejgħ ta’ magni (EUR [minn 9 sa 12-il] miljun) u self mill-bank (EUR [minn 20 sa 25] miljun). |
|
(45) |
L-iktar parti importanti tal-kontribuzzjoni proprja tal-Kumpanija se jiġi mill-bejgħ tal-art. L-Air Malta tippossjedi titolu ta’ kiri fuq proprjetà ta’ valur li tinsab fil-perimetru tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Il-Gvern ta’ Malta esprima interess strateġiku li jikseb il-proprjetà tal-Air Malta ta’ ħdejn l-ajruport. Is-siti kkonċernati jirrappreżentaw riżors skars li l-Gvern jixtieq jara jiżviluppa b'mod konsistenti mal-istrateġija fit-tul tiegħu għall-iżvilupp ta’ attività relatata mal-avjazzjoni f'Malta, inkluż il-ħolqien ta’ ċentru tal-merkanzija bħala parti minn park tal-avjazzjoni li jinkludi wkoll it-tiswija tal-ajruplani u faċilitajiet relatati oħra. Il-bejgħ mhux se jsir b'offerta miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Madankollu, b'konformità mal-politika ġenerali tiegħu u r-rekwiżiti legali nazzjonali, il-proprjetà kollha akkwistata mill-Gvern għandha ssir f'valur ġust tas-suq miftuħ, li jirrifletti l-prezz li kieku jitħallas fuq bażi ta’ distakkament minn investitur privat. Il-Pjan jassumi l-bejgħ tal-art maġenb l-ajruport għal total ta’ EUR 66,2 miljun bejn is-SF2012 u s-SF2014. Il-valur jissejjes fuq ir-rapport ta’ evalwazzjoni indipendenti minn Novembru 2011 sa […], evalwatur indipendenti maħtur mill-Gvern għal dan il-għan. |
|
(46) |
L-Air Malta ggarantiet self privat ta’ EUR [minn 25 sa 30] miljun pprovdut minn […] f'Diċembru 2011. Dan is-self tranżitorju se jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-istruttura finali tal-ekwità matul it-tliet snin li ġejjin. |
|
(47) |
L-Air Malta tikkalkula li se tiġġenera introjtu ta’ EUR [minn 9 sa 11-il] miljun permezz tal-bejgħ tas-sussidjarji tagħha[…]. |
|
(48) |
Il-bejgħ tal-magni ta’ riserva […] sar fit-28 ta’ Ottubru u s-17 ta’ Diċembru 2010 rispettivament u ġġenera introjtu ta’ USD [minn 19 sa 22] miljun. Madankollu, billi magna Nru […] kienet għalkollox proprjetà tal-Air Malta, magna Nru […] kienet proprjetà tal-Air Malta mikrija bil-għażla li l-magna tinxtara b'EUR [minn 5 sa 7] miljun, liema għażla ġiet eżerċitata. Il-qligħ nett mill-bejgħ tal-magni huwa ta’ EUR [minn 9 sa 12-il] miljun. |
|
(49) |
Is-self mill-bank ta’ EUR [minn 20 sa 25] miljun se jiġi konkluż biss fis-SF2014, l-Air Malta għaldaqstant għadha ma kkonkludietx in-negozjati. Tabella 6 Is-sorsi u l-użi tal-finanzjamenti 2011-2016
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.5 Id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(50) |
Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar ir-ritorn tal-kumpanija għall-vijabbiltà fit-tul, jiġifieri fir-rigward tal-fattibbiltà tat-tbassir ottimist tal-verżjoni preċedenti tar-RP fejn ir-ritorn għall-profitabbiltà sal-2016 kien mistenni jkun fuq livell simili għall-profittabbiltà ta’ linji tal-ajru low cost ewlenin bħar-Ryanair jew ta’ linji tal-ajru maġġuri u tradizzjonali bħal-Lufthansa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ddubitat l-impatt preżunt tal-introjtu anċillari, it-tnaqqis fl-ispejjeż permezz tan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti, ir-rati ta’ tkabbir tas-suq, ir-rendiment u n-nuqqas ta’ inklużjoni tal-inflazzjoni tal-ispiża fil-PR tal-Air Malta. Barra minn hekk, Malta kienet mistiedna tipprovdi kjarifiki rigward l-analiżi tax-xenarju. |
|
(51) |
Fir-rigward tal-miżuri kumpensatorji proposti, il-Kummissjoni ddubitat li t-tnaqqis propost tal-kapaċità globali ta’ 20 % tal-PKO jista' jitqies bħala miżuri kompensatorji billi jinkludi wkoll rotot li qed jagħmlu t-telf li jeħtieġ li jitwaqqfu biex tinġab lura l-vijabbiltà. Il-Kummissjoni talbet ukoll iktar kjarifiki rigward il-kalkolu tal-qligħ ta’ ċerti rotot li ma kinux qed jagħmlu telf kif ukoll tagħrif addizzjonali li jista' juri li l-miżuri proposti huma biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għad-distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni kkawżata bl-għajnuna mill-Istat. |
|
(52) |
Minbarra t-tnaqqis tal-kapaċità, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-bejgħ propost ta’ assi li mhux jagħmlu telf jistax jiġi kkunsidrat bħala miżura kumpensatorja fid-dawl tal-fatt li skont il-punt 40 tal-Linji Gwida S&R, il-miżura kumpensatorja għandha sseħħ partikolarment f'suq fejn il-kumpanija se jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar. |
|
(53) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja, il-Kummissjoni esprimiet id-dubju tagħha jekk din hijiex tassew reali, jiġifieri attwali, li teskludi l-qligħ kollu mistenni fil-futur, kif meħtieġ skont il-punt 43 tal-Linji Gwida S&R. B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet kjarifika dwar il-bejgħ tas-sussidjarji tal-Air Malta, id-disponibbiltà tal-EUR 20 miljun previsti f'self u jekk il-bejgħ tal-magni sarx waqt il-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(54) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni talbet aktar kummenti rigward il-konformità tal-Pjan mal-prinċipju ta’ "għajnuna unika" fir-rigward taż-żieda fil-kapital ta’ EUR 57 miljun li Malta għamlet f'April 2014. |
3. KUMMENTI MINN MALTA
|
(55) |
Fir-risposta tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ, Malta ppreżentat kummenti u kjarifiki rigward il-punti kollha msemmijin fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, u b'hekk indikat li l-PR innotifikat huwa konformi mal-kundizzjonijiet kollha imposti mil-Linji Gwida S&R. Barra minn hekk, Malta pprovdiet ukoll aġġornament li jirrigwarda l-proċess ta’ ristrutturar, u b'hekk uriet li diġà sar progress sinifikanti. |
|
(56) |
Fir-rigward tad-dubji dwar ir-ritorn għall-profitabbiltà li ġie mbassar, l-Air Malta rrivediet l-previżjonijiet tagħha (ara t-Tabella 3) għal marġini EBIT ta’ [minn 3 sa 5] % fis-SF2016, li huwa iktar baxx mill-marġnijiet storiċi miksuba mir-Ryanair u l-Lufthansa. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa prinċipalment dovut għall-allinjament mill-ġdid tas-suppożizzjonijiet tal-fjuwil. |
|
(57) |
L-Air Malta pprovdiet kummenti sostanzjati dwar l-introjti anċillari, li juru li dawn se jirrappreżentaw [minn 3 sa 5] % mill-introjtu tal-passiġġieri fis-SF2016 li huwa ferm inqas mill-perċentwali miksuba mil-linji tal-ajru low cost (LCCs) li qegħdin f'kompetizzjoni diretta mal-Air Malta bħar-Ryanair u l-easyJet kif ukoll trasportaturi tan-netwerk oħrajn li impjegaw l-istrateġija tad-introjtu anċillari, bħal l-Aer Lingus. Rigward it-tnaqqis tal-ispejjeż permezz ta’ negozjar mill-ġdid tal-kuntratti, l-Air Malta kkonfermat li diġà ġew kommessi 'l fuq minn EUR [minn 4 sa 6] miljun fis-sena permezz ta’ negozjati konklużi u ġie identifikat ffrankar addizzjonali li kieku jwassal għal ammont totali ta’ ffrankar mill-kuntratti ta’ EUR [minn 9 sa 11-il] miljun minflok EUR [minn 7 sa 9] miljun kif kien ġie ppjanat qabel. |
|
(58) |
Malta rrevediet ukoll il-preżunzjonijiet tagħha fir-rigward tar-rati ta’ tkabbir tas-suq billi naqqset ir-rata ta’ tkabbir annwali minn 5,9 % għal 4 % fis-sena għall-perjodu sal-2016. Barra minn hekk, ġie preżunt tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri ta’ [minn 2 sa 4] % fis-sena għall-perjodu SF2011-SF2013 (b'konformità mat-tnaqqis fil-kapaċità): wara tali tnaqqis, ġiet preżunta rata ta’ tkabbir annwali fl-għadd ta’ passiġġieri għas-SF2013-SF2016. Din ir-rata ta’ tkabbir hija aktar baxxa mir-rata medja ta’ tkabbir tas-suq matul il-perjodu globali. |
|
(59) |
Malta għamlitha ċara li l-PR jassumi biss rata medja ta’ tkabbir ta’ inqas minn 2 % għar-rendimenti matul il-perjodu (l-introjtu mill-passiġġieri jinkludi l-introjtu anċillari/it-total tal-passiġġieri) li huwa konformi mat-tbassir għal diversi linji tal-ajru tan-netwerk fl-Ewropa bħall-Aer Lingus jew l-IAG u inqas mil-LCCs li jikkompetu direttament, jiġifieri easyJet u Ryanair. Malta adattat ukoll il-preżunzjonijiet tagħha dwar l-ispiża tal-inflazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kiri tal-ajruplani u t-tbassir tal-ispejjeż tal-fjuwil u ċċarat il-preżunzjonijiet għall-analiżi tax-xenarju inkluża d-devjazzjoni minn EBIT. |
|
(60) |
Fir-rigward tal-miżuri kumpensatorji proposti, Malta pprovdiet informazzjoni dettaljata addizzjonali rigward il-kalkolu tal-profittabbiltà tar-rotot fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom fl-ispejjeż fissi/varjabbli tal-operat dirett u l-ispejjeż ġenerali. Malta tenniet li l-bejgħ taż-żewġ kumpaniji tal-assigurazzjoni tagħha li jagħmlu qligħ jista' jitqies bħala miżura kumpensatorja rilevanti billi pprovda lill-Air Malta b'soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni kosteffettivi u ż-żewġ kumpaniji kellhom rwol sinifikanti fis-suq lokali tal-assigurazzjoni tal-avjazzjoni. Billi l-Air Malta hija linja tal-ajru żgħira, hija għandha komponent għoli ta’ spejjeż ġenerali relatat mal-bażi tal-ispejjeż globali tagħha minħabba rekwiżiti funzjonali għall-operat ta’ linja tal-ajru. Għaldaqstant, tnaqqis eċċessiv tal-kapaċità jispiċċa biex jikkomprometti l-vijabbiltà fit-tul tal-linja tal-ajru. |
|
(61) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja, Malta kkonfermat li l-bejgħ kollu tas-sussidjarji se jsir b’mod miftuħ, kompetittiv, trasparenti u bla diskriminazzjoni. Malta wkoll ipprovdiet tagħrif addizzjonali rigward il-bejgħ ta’ magni, il-faċilità ta’ EUR [minn 20 sa 25] miljun faċilità li trid titħejja fis-SF2014 u kkonfermat il-konklużjoni ta’ ftehim dwar self tranżitorju ta’ EUR [minn 25 sa 30] miljun. |
|
(62) |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ "għajnuna unika", Malta ppreżentat pjan tan-negozju li fuqu twettqet iż-żieda fil-kapital ta’ EUR 57 miljun fl-2004, li turi li din it-tranżazzjoni għandha titqies li hija konformi mal-prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq. |
4. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(63) |
Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand sitt partijiet interessati: Ryanair; International Airlines Group SA (IAG, jiġifieri l-kumpanija possedenti li għandha l-British Airways u l-Iberia); Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta; L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Piloti tal-Linji tal-Ajru (ALPA); L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) u konsulent li ma jixtieqx jikxef l-identità tiegħu. |
|
(64) |
L-osservazzjonijiet tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, l-ALPA u l-MHRA kienu favur il-kontinwità tal-Air Malta fin-negozju b'enfasi fuq l-importanza tagħha għall-ekonomija Maltija kollha, speċjalment għas-settur tat-turiżmu. Il-Kummissjoni kienet mistiedna tqis il-partikolaritajiet tal-każ u d-daqs żgħir tal-Air Malta meta jivvalutaw il-PR. |
|
(65) |
Il-kummenti kritiċi magħmula minn Ryanair u IAG jirreferu l-aktar għad-dubji diġà espressi fid-deċiżjoni ta’ ftuħ dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u s-suppożizzjonijiet sottostanti. Ryanair tiddikjara li d-daqs żgħir tal-flotta tal-Air Malta jċaħħadha mill-possibilità li tgawdi minn ekonomiji ta’ skala u mill-integrazzjoni. Dan l-iżvantaġġ se jkompli jikber bit-tnaqqis fin-numru ta’ ajruplani. Barra minn hekk, Ryanair u l-konsulent anonimu jikkritikaw il-fatt li l-bejgħ tal-art mhux se jsir f'sejħa miftuħa għall-offerti u jallegaw li Malta qed tittama li tagħti aktar għajnuna lill-Air Malta permezz ta’ din it-tranżazzjoni. |
|
(66) |
Fir-rigward tat-trasport ta’ pazjenti għal trattament barra mill-pajjiż u r-rabta ma’ destinazzjonijiet mhux fl-UE bbażata fuq ftehim bilaterali, Ryanair issemmi l-leġiżlazzjoni dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku (OSP), b'mod partikolari r-Regolament 1008/2008 skont liema l-OSP għandhom ikunu imposti wara sejħa miftuħa għall-offerti u kkumpensati fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li kumpanija tipika mmexxija b'mod tajjeb tkun ġarrbet fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi. Ryanair twissi b'applikazzjoni ex post tal-OSP li suppost kien hemm sabiex tiġġustifika l-PR u tistieden lill-Kummissjoni tinvestiga din il-kwistjoni, b'mod partikolari sabiex tiddetermina jekk ġiex determinat tali kumpens. |
5. KUMMENTI MINN MALTA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(67) |
Malta indirizzat fid-dettall l-argumenti kollha ppreżentati minn partijiet terzi fil-kummenti tagħhom. B'mod partikolari, Malta kkonfutat l-argumenti dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-Air Malta billi affirmat li t-tendenza ta’ żieda fit-telf tal-Linja tal-Ajru diġà treġġet lura. |
|
(68) |
L-istrateġija kummerċjali tal-Air Malta hi dik li tkun "linja tal-ajru destinazzjoni" bl-attivitajiet tagħha kkonċentrati madwar l-ajruport lokali. Il-kumpanija se jirnexxilha tirpilja b'suċċess ukoll permezz ta’ tnaqqis sinifikanti ta’ skart u telf akkumpanjati minn tibdil fid-drawwiet tax-xogħol tal-kumpanija. |
|
(69) |
Rigward l-argument tal-inabbiltà tal-Air Malta li tagħmel qligħ minn ekonomiji ta’ skala, l-awtoritajiet Maltin jargumentaw li l-ispejjeż operattivi fl-industrija tal-linji tal-ajru huma varjabbli fin-natura tagħhom (li jammontaw għal [60-70] % fil-każ tal-Air Malta). Dawn jinkludu l-ispejjeż tal-fjuwil, il-kiri u l-manutenzjoni tal-ajruplani, l-ispejjeż tal-inżul, in-navigazzjoni u l-ekwipaġġ, li huma kollha xprunati minn ipprezzar tas-suq regolat li jillimita, sa ċertu punt, l-ekonomiji ta’ skala li linja tal-ajru tista’tibbenefika minnhom. |
|
(70) |
Rigward l-istima u l-bejgħ ta’ proprjetà strateġka lill-gvern, Malta tasserixxi li l-istima twettqet minn evalwatur estern u indipendenti […] bl-ebda kunflitt ta’ interess u hija bbażata fuq rapport dettaljat li jsegwi l-istandards internazzjonali tal-istimar kif stabbiliti mill-Kunsill Internazzjonali tal-Istandards tal-Istimar. Il-loġika wara din it-tranżazzjoni hija evidenzjata mill-ħtiġijiet ġodda tal-kumpanija (tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ impjegati) u l-bidla tal-kultura li teħtieġ li l-ħaddiema jkunu bbażati f'uffiċċju modern wieħed. Għalhekk il-linja tal-ajru neħħiet il-proprjetà li ma kellhiex aktar bżonn. Minħabba li r-riżorsi tal-art f'Malta huma skarsi, l-awtoritajiet Maltin jammettu li l-istrateġija biex jinħoloq park tal-avjazzjoni fuq din l-art ilha teżisti għal ħafna snin qabel ir-ristrutturar tal-Air Malta. |
|
(71) |
Safejn huma kkonċernati s-servizzi pubbliċi, l-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li la ġew imposti OSP skont ir-Regolament Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità, fil-passat u lanqas mhuma ppjanati għall-ġejjieni. Konsegwentement, l-Istat ma ħallas l-ebda kumpens u lanqas mhu se jħallas. Għalhekk, l-Air Malta qatt ma ġiet ngħatat xi remunerazzjoni minn fondi pubbliċi għal kwalunkwe mis-servizzi li hija tipprovdi lejn u minn Malta, inkluż it-trasport ta’ passiġġieri mediċi. |
6. IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
6.1 L-eżistenza tal-Għajnuna mill-Istat
|
(72) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, tkun xi tkun il-forma, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, għandha, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(73) |
Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew permezz ta’ kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi minħabba s-setgħat li ngħatawlu. |
|
(74) |
F’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Maltin li jinjettaw ekwità ġdida ta’ EUR 130 miljun għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat. L-injezzjoni tal-kapital tinvolvi riżorsi tal-Istat u tikkostitwixxi vantaġġ selettiv għall-Air Malta, billi ttejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha. |
|
(75) |
Il-miżura taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u l-Kompetizzjoni għaliex Air Malta tinsab f'kompetizzjoni ma’ linji tal-ajru oħrajn tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari minn mindu daħal fis-seħħ it-tielet stadju tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ("it-Tielet Pakkett") fl-1 ta’ Jannar 1993. IIl-miżura inkwistjoni tippermetti lill-Air Malta li tkompli topera sabiex ma jkollhiex għalfejn taffaċċja l-konsegwenzi normalment imnissla mir-riżultati finanzjarji ħżiena tagħha u għalhekk din tfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(76) |
Skont dawn il-kundizzjonijiet, l-injezzjoni tal-kapital tikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Din il-konklużjoni mhix ikkontestata mill-awtoritajiet Maltin. |
6.2 Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern skont il-Linji Gwida S&R.
|
(77) |
L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jipprovdi li l-għajnuna mill-Istat tista' tiġi awtorizzata fejn tingħata sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta’ ċerti setturi ekonomiċi u fejn din l-għajnuna ma taffettwax b’mod ħażin il-kundizzjonijiet tan-negozju sal-punt li tkun kontra l-interess komuni. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna għar-ristrutturar li għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kriterji taħt il-Linji Gwida S&R kif ukoll il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni 1994 (14), sabiex tistabbilixxi jekk tistax tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni tagħraf li l-awtoritajiet Maltin impenjaw ruħhom li jirrispettaw l-obbligu li ma jintroduċux miżuri inkompatibbli (l-obbligu stand-still) (skont il-punt 34 tal-Linji Gwida S&R) u li ma taw l-ebda għajnuna lill-Air Malta (apparti l-għajnuna għas-salvataġġ kif approvata mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2010). |
6.2.1 Eliġibbiltà
|
(80) |
Rigward l-eliġibbiltà, il-punt(33) tal-Linji Gwida S&R jiddikjara li l-kumpanija għandha tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà skont dawn il-Linji gwida (il-punti 9-13). |
Kumpanija f'diffikultà
|
(81) |
Skont punt 9 tal-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni tqis li kumpanija tkun f'diffikultà meta din ma tkunx tista', kemm permezz tar-riżorsi tagħha jew permezz ta’ fondi li tista' takkwista mingħand is-sidien/l-azzjonisti jew il-kredituri tagħha, tagħmel tajjeb għal telf li, mingħajr għajnuna esterna mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi ċertament se jwassalha biex tfalli f'qasir żmien jew ftit wara. |
|
(82) |
Sussegwentement, il-punt 10(a) tal-Linji Gwida S&R jagħmilha ċara li kumpanija b'responsabbiltà limitata hija kkunsidrata bħala f'diffikultà meta aktar minn nofs il-kapital tagħha jkun sparixxa u aktar minn kwart ta’ dak il-kapital ikun intilef matul it-12-il xahar ta’ qabel. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Air Malta hija kumpanija b'responsabbiltà limitata li tilfet kważi l-kapital irreġistrat tagħha kollu u ma tistax tissodisfa l-obbligi attwali tagħha. L-Air Malta nstabet li kienet kumpanija f’diffikultà diġà fid-deċiżjoni li permezz tagħha l-għajnuna għas-salvataġġ għall-kumpanija kienet ġiet approvata (15). Skont il-punt (25) tal-Linji Gwida S&R, Stat Membru kkonċernati jrid jibgħat pjan ta’ ristrutturar, jew pjan ta’ likwidazzjoni jew prova li s-self għas-salvataġġ tħallas lura kompletament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ tkun ġiet awtorizzata. Malta nnotifikat kif xieraq il-PR tal-Air Malta matul dawk is-sitt xhur. Billi f'dan il-perjodu relattivament qasir, is-sitwazzjoni tal-Air Malta ma nbidlitx b'mod sostanzjali u għalhekk teħtieġ għajnuna għar-ristrutturar għar-ritorn tagħha għall-vijabbiltà, huwa ovvju li l-kumpanija xorta waħda għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 10(a) tal-Linji Gwida S&R u għalhekk tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà għall-istess raġunijiet indikati fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ (il-punti 7–13 u 45). |
|
(84) |
Il-punt 12 tal-Linji Gwida jistipula li kumpanija li għadha kif inħolqot mhijiex eliġibbli għall-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristruttur anki jekk il-pożizzjoni finanzjarja inizjali tagħha ma tkunx żgura. Fil-prinċipju, kumpanija tkun ikkunsidrata bħala ġdida għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet fl-ambitu relevanti tal-attività. |
|
(85) |
L-Air Malta twaqqfet fl-1974 u għalhekk ma tistax titqies bħala kumpanija ġdida. |
Grupp kummerċjali
|
(86) |
Skont il-punt 13 tal-Linji Gwida S&R, intrapriża li tagħmel parti minn grupp ta’ intrapriżi akbar, jew li dalwaqt se tiġi akkwistata minn grupp ta’ intrapriżi, normalment, ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna għas-salvataġġ u għall-istrutturar mill-ġdid, għajr meta jkun jista' jintwera li d-diffikultajiet tal-kumpanija jkunu intrinsiċi u mhumiex riżultat ta’ xi allokazzjoni arbitrarja ta’ spejjeż fil-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji ħafna, tant li ma jistgħux jiġu ġestiti mill-grupp stess”. Meta kumpanija f'diffikultà toħloq kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja, flimkien mal-kumpanija f'diffikultà li tikkontrollaha, se jitqiesu bħala grupp u jistgħu jirċievu għajnuna skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-punt. |
|
(87) |
L-Air Malta plc tifforma grupp flimkien mas-sussidjarji tagħha (ara l-paragrafu (9)). Il-kontijiet tal-grupp juru li l-linja tal-ajru, minkejja li hija parti minn grupp akbar ta’ kumpaniji, tikkostitwixxi 94 % tat-total tal-fatturat tal-Grupp Air Malta u għalhekk ma hemm l-ebda possibbiltà għal xi parti oħra tal-Grupp li tiffinanzja l-istrutturar mill-ġdid tal-linja tal-ajru. Barra minn hekk, il-kontijiet juru li t-telf tal-linja tal-ajru huwa intrinsiku għal-linja tal-ajru nnifisha u għalhekk mhumiex attribwibbli għal kwalunkwe parti tal-grupp. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li d-diffikultajiet tal-Air Malta mhumiex riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fil-grupp iżda huma dovuti l-aktar għall-introjtu dgħajjef fin-negozju ewlieni tagħha. Id-diffikultajiet huma serji wisq biex jiġu trattati mill-grupp innifsu speċjalment billi ħafna mill-kumpaniji sussidjarji qed jagħmlu telf u l-kontribuzzjoni pożittiva minn sussidjarji bi profitt hija wisq żgħira biex tagħmel tajjeb għat-telf fin-negozju ewlieni tal-Air Malta. |
6.2.2 Ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul
|
(89) |
L-ewwel nett, skont il-punt 35 tal-Linji Gwida S&R il-pjan ta’ ristrutturar, li kellu jdum mill-anqas possibbli, kellu jġib lura l-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija fi żmien raġonevoli u abbażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-operat għall-ġejjieni. |
|
(90) |
Il-pjan irid jipproponi tibdil fil-kumpanija b'tali mod li wara li jkun tlesta r-ristrutturar, din tkun tista’ tkopri l-ispejjeż kollha tagħha, inklużi d-deprezzament u l-ispejjeż finanzjarji. Il-qligħ mistenni fuq il-kapital irid ikun biżżejjed sabiex il-kumpanija ristrutturata tkun tista' tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess (il-punt 37 tal-Linji Gwida S&R). |
|
(91) |
Il-PR b'perjodu ta’ ristrutturar ta’ ħames snin għandu l-għan li jikseb lura l-profitabbiltà mis-SF2014 biex b'hekk jiżgura l-vijabbiltà fit-tul. |
|
(92) |
Barra minn hekk, l-aktar miżuri importanti tar-ristrutturar kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri kumpensatorji se jseħħ fl-ewwel nofs tal-perjodu tar-ristrutturar. Madankollu, xi miżuri minuri tar-ristrutturar kif ukoll parti mill-injezzjoni tal-kapital notifikata għandhom jitwettqu fl-2014 u fl-2015. L-awtoritajiet Maltin urew li l-istrateġija tal-PR hija mifruxa fuq ħames snin wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-iqsar żmien meħtieġ biex tiġi rrestawrata l-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija, filwaqt li jżommu f'moħħhom il-kundizzjonijiet operattivi possibbli għall-ġejjieni. |
|
(93) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu ta’ ristrutturar nnotifikat ta’ ħames snin huwa speċjalment meħtieġ minħabba r-rilokazzjoni tal-Air Malta. Tabilħaqq, l-Air Malta kellha l-ewwel timplimenta s-sensja volontarja tagħha u skemi ta’ rtirar bikri (wara n-negozjati mat-trade unions) fl-ewwel nofs tal-perjodu tar-ristrutturar. Imbagħad, il-kumpanija b'inqas impjegati tkun tista' tiċċaqlaq lejn il-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda. Għalhekk, il-bejgħ tal-art, li jikkostitwixxi l-element ewlieni tal-kontribuzzjoni proprja, jista' jseħħ biss fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ ristrutturar (SF2012-SF2014). Barra minn hekk, Malta għandha l-ħsieb li tqassam l-għajnuna biss fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ ristrutturar (ara l-paragrafu 43) minħabba restrizzjonijiet fil-baġit. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, speċjalment fis-settur tat-trasport bl-ajru fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi attwali, għandha tinkiseb stabbiltà fil-prestazzjoni operattiva u s-servizzi sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul bħala bażi soda għat-tkabbir fil-futur u mhux rkupru fil-qasir biss. Naturalment, dan jieħu diversi snin. Il-Kummissjoni tinnota li f'każijiet preċedenti kienu ġew aċċettati perjodi ta ristrutturar ta’ ħames snin jew aktar (16). Għalhekk, fuq bilanċ, il-Kummissjoni tqis li l-perjodu relattivament twil tar-ristrutturar (Novembru 2010 – 2015) huwa aċċettabbli. |
|
(94) |
Biex jippermetti l-irkupru tal-Air Malta, il-PR jipprevedi tnaqqis kbir fl-ispejjeż, speċjalment permezz tat-tnaqqis tal-kapaċità u l-persunal kif ukoll titjib fl-immaniġġar tal-ispejjeż. It-total tat-titjib fil-profitabilità annwali mill-inizjattivi tal-ispiża huma mistenni li jkun ta’ EUR [minn 42 sa 52] miljun sa tmiem il-perjodu tar-ristrutturar li jikkorrispondi għal tnaqqis fl-ispejjeż totali ta’ [minn 9 sa 11] % bejn SF2010 u SF2016 jew tnaqqis tat-total tal-ispiża operattiva għal kull passiġġier ta’ [minn 8 sa 10] % bejn SF2010 u SF2016. |
|
(95) |
Il-PR juri b'mod speċjali li t-tnaqqis tal-kapaċità billi d-daqs tal-flotta jinżel minn 12 għal 10 ajruplani u billi minħabba f'hekk tonqos il-kapaċità tal-PKO offruti, twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż. |
|
(96) |
L-ispejjeż soċjali tar-ristrutturar jammontaw għall-obbligi legali tal-Kumpanija lil dawk il-ħaddiema li se jkunu ngħataw s-sensja. Il-linja tal-ajru diġà kkonkludiet negozjati ma’ tlieta mit-trade unions tagħha, li jkopru 85 % tal-forza tax-xogħol. In-negozjati mat-trade union li jifdal (ALPA) qorbu lejn l-aħħar. Il-Kummissjoni tinnota li l-linja tal-ajru qabżet il-mira tagħha ta’ 500 applikazzjoni volontarja għall-Iskemi tagħha ta’ Rtirar Bikri u ta’ Sensja Volontarja. Aktar minn 40 % tal-persunal diġà telaq mill-kumpanija. |
|
(97) |
It-tnaqqis preżunt tal-ispejjeż permezz ta’ maniġment tal-kuntratti permezz ta’ EUR [minn 7 sa 9] miljun fi tnaqqis fl-ispejjeż jidher possibbli billi diġà ġew impenjati aktar minn EUR [minn 4 sa 5] miljun fis-sena, permezz tan-negozjati konklużi sal-lum u, skont l-awtoritajiet Maltin, in-negozjati mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa proprjetà ta’ azzjonisti privati) li jikkontribwixxu l-ogħla ammont ta’ tnaqqis fl-ispejjeż […] huma 90 % konklużi. |
|
(98) |
Rigward l-introjtu anċillari, l-awtoritajiet Maltin urew li ċ-ċifri preżunti ([minn 3 sa 5] % tal-introjtu totali jew [minn 3 sa 5] % tal-introjtu mill-passiġġieri SF2016) huma ferm aktar baxxi mill-perċentwali miksuba minn trasportaturi oħra inklużi l-LLCs u t-trasportaturi tan-netwerk. Barra minn hekk, l-Air Malta rnexxielha tibda timplimenta xi inizjattivi tal-introjtu anċillari tagħha li qed jagħtu riżultati li huma fil-livell, jekk mhux aktar 'il fuq mill-previżjonijiet li jinsabu fil-PR. |
Analiżi tax-xenarju
|
(99) |
Dawn ir-riżultati huma bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi. B’mod pożittiv, il-Kummissjoni tinnota li, wara l-ftuħ tad-Deċiżjoni, is-suppożizzjonijiet kollha tal-PR kienu riveduti u ġew adattati għadd ta’ suppożizzjonijiet ewlenin. F'aktar dettall:
|
|
(100) |
Barra minn hekk, Malta pprovdiet analiżi tax-xenarju inkluż, apparti l-aktar suppożizzjonijiet realistiċi msemmija hawn fuq (ix-xenarju tal-każ bażi), l-aqwa xenarju u l-agħar xenarju b'suppożizzjonijiet modifikati fuq diversi fatturi prinċipali bħat-tnaqqis mistenni fl-ispejjeż permezz ta’ negozjar mill-ġdid tal-kuntratti, it-tnaqqis fil-persunal, in-numru ta’ passiġġieri, l-introjtu minn kull passiġġier, il-prezz tal-fjuwil u r-rati tal-kambju. |
|
(101) |
Ir-reviżjoni u l-adattament ta’ għadd ta’ suppożizzjonijiet ewlenin kif deskritti fil-paragrafu 99 wasslu għal projezzjonijiet finanzjarji riveduti għax-xenarju tal-każ bażi li jirriżulta li għas-SF2015 il-qligħ operattiv se jmur minn EUR [minn 11 sa 13-il] miljun għal EUR [minn 9 sa 11-il] miljun u l-qligħ operattiv għas-SF2016 minn EUR [minn 13 sa 15-il] miljun għal EUR [minn 9 sa 11-il] miljun. Flimkien mal-kjarifika pprovduta, is-suppożizzjonijiet adattati u l-previżjonijiet riveduti issa jagħtu stampa aktar realistika u soda tal-iżvilupp tal-Air Malta fil-ġejjieni. |
|
(102) |
L-Air Malta għandha l-għan li tikseb redditu fuq l-ekwità ta’ [minn 4 sa 6] % u [minn 4 sa 6] % u redditu fuq il-kapital imħaddem ta’ [minn 4 sa 6] % u [minn 4 sa 6] % fis-SF2015 u SF2016, rispettivament. Dawn iċ-ċifri ta’ profittabbiltà huma konformi ma’ dawk ta’ trasportaturi Ewropej maġġuri oħrajn f’dawn l-aħħar snin. |
|
(103) |
Xi l-linji tal-ajru Ewropej maġġuri bħall-British Airways, Iberia jew easyJet qed jimmiraw li jiksbu ROCE (12 % (17)) ħafna aktar ogħla fis-snin li ġejjin. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Air Malta bħala trasportatur żgħir bi flotta ta’ 10 ajruplani biss, li ma għandhiex wisq possibbiltà li tgawdi minn sinerġiji u li għandha l-għan addizzjonali li tissodisfa bżonnijiet speċifiċi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika periferali ta’ Malta, mhijiex komparabbli ma’ dik ta’ trasportaturi tal-bandiera ewlenin jew LCCs kbar. Minħabba l-partikolaritajiet tal-każ preżenti, jidher li ROCE ta’ [minn 4 sa 6] % huwa biżżejjed biex jippermetti lill-Air Malta tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess. |
|
(104) |
Barra minn hekk, sa issa l-Air Malta għamlet progress fir-ristrutturar, li juri li l-miżuri tar-ristrutturar li ġew implimentati huma diġà effettivi. Iċ-ċifri tal-2011 juru żieda fl-introjtu ta’ 1,6 % meta mqabbla mal-2010 (minkejja t-8 % tnaqqis fil-kapaċità) li hija 2,9 % ogħla mil-livelli mbassra oriġinarjament fil-PR (18). Il-prestazzjoni finanzjarja tal-Air Malta għas-sena li spiċċat f'Diċembru 2011 tjiebet bi EUR 13-il miljun fuq l-aħħar sena u hija madwar EUR 1 miljun aħjar mir-riżultati mbassra fil-PR. Indikaturi importanti oħrajn għall-istess perjodu juru li l-fattur tat-tagħbija għall-postijiet żdied bi [minn 3 sa 5] %, il-passiġġieri żdiedu minn [minn 1 sa 3] % u l-prezz medju tal-biljett żdied b'[minn 0 sa 2] % filwaqt li l-Ispiża għall-Postijiet/Kilometru Offruti (SPKO) hija [minn 0 sa 2] % inqas. |
|
(105) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li r-reviżjoni tal-PR se tippermetti lill-Air Malta li tirkupra l-vijabbiltà tagħha fi żmien raġonevoli. |
6.2.3 Biex jiġi evitat tfixkil inaċettabbli tal-kompetizzjoni (miżuri kumpensatorji)
|
(106) |
It-tieni nett, skont il-punt 38 tal-Linji Gwida S&R, għandhom jittieħdu miżuri kumpensatorji sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali jkunu minimizzati kemm jista' jkun. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu ċ-ċessjoni ta’ assi, it-tnaqqis fil-kapaċità jew fil-preżenza fis-suq u tnaqqis tal-ostakoli għad-dħul fis-swieq ikkonċernati (il-punt 39 tal-Linji Gwida S&R). |
|
(107) |
F'dan ir-rigward, it-terminazzjoni ta’ attivitajiet li jġibu telf li fi kwalunkwe każ se jkunu meħtieġa biex jerġgħu jistabbilixxu l-vijabbiltà mhux se jiġu kkunsidrati bħala tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq għall-għan tal-valutazzjoni dwar il-miżuri kumpensatorji (il-punt 40 tal-Linji Gwida S&R). |
|
(108) |
L-Air Malta tipproponi l-miżuri kumpensatorji li ġejjin:
|
Tnaqqis tal-kapaċità assoluta fit-trasport tal-passiġġieri;
|
(109) |
L-ewwel miżura kumpensatorja offruta mill-Air Malta hija t-tnaqqis tal-kapaċità fit-trasport tal-passiġġieri. It-tnaqqis tal-kapaċità totali jammonta għal 19,7 % (mis-sajf 2009 sas-sajf 2012) jew 20,9 % (mis-SF2010 sas-SF2013). Skont il-punt 40 tal-Linji Gwida S&R, it-tnaqqis tal-kapaċità totali ma jistax jiġi aċċettat billi dan jinkludi wkoll it-tnaqqis u l-irtirar ta’ rotot mhux profittabbli. |
Ċediment ta’ rotot li jagħmlu qligħ jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu qligħ;
|
(110) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tinsab f’pożizzjoni li tidentifika 14-il rotta (19) li se titnaqqsilhom il-kapaċità jew li se jitwaqqfu li huma profittabbli kif ukoll numru ta’ titjiriet ċarter li jistgħu jiġu aċċettati bħala miżuri kumpensatorji. |
|
(111) |
Il-profittabilità tar-rotot skedati huma ddeterminati fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ "marġni gross" li huwa kkalkulat kif ġej: L-introjtu mingħajr il-VDOC (l-ispejjeż varjabbli tal-operat dirett) mingħajr il-FDOC (l-ispejjeż fissi tal-operat dirett). Ir-rotot huma profitabbli jekk ikollhom marġini gross ugwali jew aktar minn 0. L-hekk imsejjaħ "marġini nett" iqis ukoll l-ispejjeż ġenerali. Mil-lenti tal-Kummissjoni, il-marġini gross jidher li huwa ċ-ċifra t-tajba billi dan jikkunsidra l-ispejjeż kollha li huma direttament marbuta mar-rotta inkwistjoni. L-applikazzjoni tal-"marġini nett" tkun stretta wisq billi l-ispejjeż ġenerali għandhom relazzjoni mhux lineari mad-daqs u l-kapaċità tal-flotta u ma jistax jitnaqqas taħt ċertu livell minħabba li xi attivitajiet u xi funzjonijiet huma meħtieġa għall-operazzjonijiet normali tal-linja tal-ajru, ikun x 'ikun id-daqs tagħha. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-hekk imsejħa rotot "marġinali", jiġifieri rotot li ma jagħmlux qligħ illum b'marġini gross bejn 0 % u – 10 % iżda li b'ġestjoni u b'attenzjoni u investiment kummerċjali ġusti għandhom il-potenzjal għal profittabbiltà fil-futur, billi l-punt 40 tal-Linji Gwida S&R jirreferi għal "attivitajiet li jagħmlu t-telf" fiż-żmien li jiġi nnotifikat il-PR. |
|
(113) |
Rigward il-profitt ta’ titjiriet ċarter, l-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li s-servizzi ċarter kollha kienu profittabbli. Il-profittabbiltà globali tat-titjiriet ċarter għas-SF2010 kienet ta’ [minn 5 sa 8] % (marġini gross). |
|
(114) |
Il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċifri għall-bidliet bejn is-SF2010 u s-SF2013 u mhux bejn is-sajf 2009 u s-sajf 2012 billi t-tmiem tas-SF2010 (jiġifieri Marzu 2010) jikkostitwixxi punt ta’ tluq aktar xieraq mis-sajf 2009, jiġifieri sitt xhur qabel, fid-dawl tal-perjodu tar-ristrutturar li beda fil-ħarifa 2010. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li n-netwerk tar-rotot għandu jkun kostanti mis-SF2013 'il quddiem sabiex dan it-tibdil fil-kapaċità jkun japplika għall-perjodu kollu tar-ristrutturar. |
|
(115) |
Abbażi tal-kapaċità globali fis-SF2010 ta’ 4 145 522 PKO, it-tnaqqis tal-kapaċità marbut mar-rotot skedati u ċarter profittabbli jammonta għal […] PKO li hija akkumpanjata minn żieda fil-kapaċità mistennija ta’ […] PKO. Għalhekk, it-tnaqqis totali tal-kapaċità fit-trasport tal-passiġġieri aċċettabbli bħala miżura kompensatorja (tnaqqis fil-kapaċità marbut ma’ rotot profittabbli mingħajr iż-żieda fil-kapaċità) bejn is-SF2010 u t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar jammonta għal 5 % tal-kapaċità tal-2010. |
Ċediment ta’ slots tal-inżul f'ajruporti koordinati Ewropej;
|
(116) |
Bħala riżultat tal-bidla fin-netwerk tal-Air Malta, it-tnaqqis fil-frekwenzi u l-kanċellazzjoni ta’ ċerti rotot, […] il-pari ta’ slots għall-inżul (20) se jiġu ċeduti fil-Livell Ewropew 3 tal-Ajruporti Koordinati (21). Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċediment ta’ dawn is-slots għall-inżul se jippermetti lil-linji tal-ajru kompetituri oħrajn iżidu l-kapaċità tagħhom f'dawk l-ajruporti koordinati (irrispettivament mir-rotta konkreta li ġiet irtirata) u għalhekk dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ ostakli għad-dħul fis-suq. Għalhekk, din il-miżura tista' tiġi aċċettata bħala miżura kumpensatorja. |
Tnaqqis tat-titjiriet tal-merkanzija;
|
(117) |
Fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Malta pproponiet bħala miżura kumpensatorja addizzjonali, tnaqqis fil-kapaċità ta’ 20 % f'titjiriet tal-merkanzija. Skont Malta, it-titjiriet tal-merkanzija kollha kkonċernati kienu profittabbli. L-Air Malta għandha pożizzjoni sinifikanti fis-suq lokali tal-merkanzija u tal-ġarr tal-merkanzija (b’sehem fis-suq ta’ 28 % għal titjiriet minn u lejn Malta). Għalhekk, il-Kummissjoni se tqis dan it-tnaqqis bħala miżura kumpensatorja. |
Bejgħ tal-kumpaniji sussidjarji
|
(118) |
Lil hinn mit-tnaqqis tal-kapaċità, l-Air Malta tipproponi l-bejgħ ta’ assi li jagħmlu telf bħala miżuri kumpensatorji. Dan jinkludi s-sussidjarji tagħha Shield Insurance Company Ltd ("Shield Insurance") u Osprey Insurance Brokers Company Ltd ("Osprey Insurance Brokers"). Shield Insurance hija Kumpanija Ristretta tal-Assigurazzjoni li topera f'Guernsey u twaqqfet primarjament biex jiġu assigurati l-poloz tal-assigurazzjoni tal-avjazzjoni periferali. Madankollu, hija għandha l-aċċess għas-suq tal-assigurazzjoni internazzjonali u hija liċenzjata biex tittransiġi negozji tal-assigurazzjoni ta’ diversi klassijiet, kemm fir-rigward tal-Air Malta grupp kif ukoll għal partijiet terzi. Osprey Insurance Brokers huma sensara tal-assigurazzjoni u jispeċjalizzaw fil-maniġment tal-kontijiet ta’ natura ekonomika medja sa kbira li jinvolvi l-klassijiet kollha ta’ assigurazzjonijiet, inkluża l-avjazzjoni. |
|
(119) |
Skont il-punt 40 tal-Linji Gwida S&R, il-miżuri kumpensatorji għandhom iseħħu b'mod partikolari fis-suq fejn wara r-ristrutturar il-kumpanija se jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq. |
|
(120) |
Is-suq fejn l-Air Malta għandha u se jkollha pożizzjoni sinifikanti fis-suq hija fis-suq Malti tat-trasport bl-ajru (passiġġieri u merkanzija). Dan ma japplikax għas-settur tal-assigurazzjoni. L-attivitajiet tal-assigurazzjoni huma attivitajiet mhux ewlenin li mhumiex strettament marbuta mal-kummerċ tat-trasport bl-ajru. Wara l-bejgħ ta’ Shield Insurance u Osprey Insurance Brokers, il-grupp tal-Air Malta mhux se jibqa' attiv fis-suq tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, la l-bejgħ ta’ Shield Insurance u lanqas ta’ Osprey Insurance Brokers ma’ jista' jitqies bħala miżura kompensatorja. |
L-adegwatezza tal-miżuri kumpensatorji proposti
|
(121) |
Fil-valutazzjoni ta’ jekk il-miżuri kumpensatorji humiex xierqa, il-Kummissjoni se tqis l-istruttura tas-suq u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni sabiex ikun żgurat li kwalunkwe miżura bħal din ma twassalx għal deterjorazzjoni fl-istruttura tas-suq (il-punt 39 tal-Linji Gwida R&R) |
|
(122) |
Il-miżuri kumpensatorji għandhom ikunu proporzjonati mal-effetti ta’ tfixkil ikkawżati mill-għajnuna, u b’mod partikolari, mad-daqs u mal-importanza relattivi tal-kumpanija fis-suq jew fis-swieq li topera fihom. L-ammont ta’ tnaqqis irid ikun stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ (il-punt 40 tal-Linji Gwida S&R). |
|
(123) |
L-Air Malta għandha rwol ferm żgħir fis-suq tal-avjazzjoni Ewropew b'rappreżentanza ta’ 0,25 % biss tal-kapaċità produttiva u l-produzzjoni tal-industrija (f'termini ta’ passiġġieri) tal-linji tal-ajru Ewropej kollha. Għalkemm, l-Air Malta xorta għandha pożizzjoni fuq quddiem fis-suq Malti tal-avjazzjoni, il-linji tal-ajru li jistgħu jgawdu mill-ħruġ tal-Air Malta mis-suq huma fuq kollox il-LCCs il-kbar bħar-Ryanair u l-easyJet li diġà għandhom sehem sinifikanti fis-suq Ewropew tal-avjazzjoni. |
|
(124) |
Il-Kummissjoni tinnota li għal trasportatur żgħir bħall-Air Malta, kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fid-daqs tal-flotta tagħha se jkollu effett negattiv fuq il-vijabbiltà tal-linja tal-ajru, mingħajr ma jipprovdi xi opportunitajiet siewja fis-suq għall-kompetituri. Il-flotta tal-Air Malta tista' tkun żgħira wisq biex tipprovdi sinerġiji u biex b’mod effiċjenti jkollha l-flotta varjata biex tattira suq akbar u tilħaq swieq potenzjali. Għall-Air Malta, huwa diffiċli ħafna li tiddiversifika l-prodotti u l-konfigurazzjonijiet tas-siġġijiet abbord l-ajruplani tagħha sabiex tkun tista' timmassimizza l-qligħ. Barra minn hekk, dan iċ-ċokon ipoġġi lill-Air Malta fi żvantaġġ fil-finanzjament tal-ajruplani, fil-maniġment tal-kuntratti u fi kwistjonijiet oħra fejn l-ekonomiji ta’ skala jwasslu benefiċċji kompetittivi u finanzjarji tanġibbli. Kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fil-kapaċità jista' jkollu effett kumulattiv negattiv fuq l-abbiltà tal-linja tal-ajru li tikkompeti ma’ kompetituri ikbar minnha. |
|
(125) |
Barra minn hekk, Malta hija żona eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE. Skont il-punt 56 tal-Linji Gwida S&R, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji. |
|
(126) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tqis il-partikolaritajiet tal-każ preżenti meta tkun qed tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri kumpensatorji proposti. Is-sitwazzjoni ġeografika periferali ta’ Malta bħala gżira tikkawża problemi rigward l-aċċessibbiltà għall-bqija tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Gżejjer Maltin huma ġeografikament iżolati u għalhekk il-konnessjonijiet transkonfinali mal-Ewropa kontinentali u partijiet oħra tad-dinja huma limitati għat-trasport bil-baħar u bl-ajru. Kollegamenti bl-ajru adegwati huma kruċjali għall-ekonomija ta’ Malta minħabba l-livell għoli tagħha ta’ ftuħ ekonomiku (22) (li teħtieġ konnessjonijiet kredibbli tat-trasport għal dawk li jivvjaġġaw għsn-negozju) u l-importanza tal-industrija tat-turiżmu (23). Dawn huma wkoll vitali għall-koeżjoni ekonomika u soċjali f'Malta kemm internament kif ukoll mal-bqija tal-UE billi jipprovdu trasport ta’ kuljum tal-posta u l-merkanzija li tinkludi prodotti temporanji bejn il-gżejjer u l-Ewropa kontinentali kif ukoll it-trasport ta’ passiġġieri għal raġunijiet mediċi fi streċers u inkubaturi (fil-każijiet fejn kura medika speċjali meħtieġa ma tkunx disponibbli f’Malta). |
|
(127) |
Apparti dan, fid-Deċiżjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2007 dwar Cyprus Airways (24), il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha tal-adegwatezza tal-miżuri kompensatorji fir-rigward ta’ Ċipru, hija qieset "karatteristiċi territorjali, u għalhekk permanenti, li għandhom impatt fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tiegħu. Il-periferalità lejn in-Nofsinhar ta’ Ċipru tirriżulta fi problemi diretti rigward l-aċċessibilità għall-bqija tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant, il-pajjiż huwa ferm dipendenti fuq it-trasport bl-ajru u bil-baħar, imma partikolarment fuq it-trasport bl-ajru. Dan huwa importanti billi fil-każ ta’ Ċipru, l-ivvjaġġar bl-ajru huwa l-uniku mezz vijabbli ta’ trasport kummerċjali tal-passiġġieri." |
|
(128) |
Il-Kummissjoni tinnota li Malta hija f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ Ċipru fir-rigward tal-periferialità, l-aċċessibbiltà u d-dipendenza fuq it-trasport bl-ajru. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni tinnota li, billi l-Air Malta għandha rwol ferm żgħira fis-suq tal-avjazzjoni Ewropea u billi l-għajnuna nnotifikata mhux se tippermetti lill-Air Malta li twettaq politika ta’ espansjoni aggressiva jew li tikber, l-effett ta’ tfixkil tal-miżura notifikata huwa limitat. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li 5 % tnaqqis tal-kapaċità (għal attivitajiet profittabbli) fit-trasport tal-passiġġieri (li huwa relatat mat-tnaqqis ta’ żewġ ajruplani fuq flotta ta’ tnax) tista' mal-ewwel daqqa ta’għajn tidher li hija żgħira. Madankollu, meta jitqies iċ-ċokon tal-Air Malta meta mqabbel mal-kapaċità produttiva u l-produzzjoni tal-industrija Ewropea tal-avjazzjoni (f'termini ta’ passiġġieri) u ċ-ċokon tal-flotta tal-Air Malta, il-Kummissjoni ssib li dan it-tnaqqis fil-kapaċità mhuwiex sinifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tnaqqis tal-kapaċità kumplessiva se jirriżulta fi tnaqqis tas-sehem fis-suq tal-Air Malta fis-suq Malti tat-trasport bl-ajru minn 51 % fl-2010 għal inqas minn 40 % mistenni fl-2016 (25). |
|
(131) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u meta tikkunsidra ulterjurment li l-Air Malta se ċċedi għadd importanti ta’ slots f’ajruporti koordinati, biex immedjatament toħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-kompetituri tagħha, it-tnaqqis importanti fil-kapaċità ta’ 20 % fil-qasam tat-titjiriet tal-merkanzija (li se jaffettwa l-pożizzjoni sinifikanti tal-Air Malta fis-suq lokali tal-merkanzija u tal-ġarr tal-merkanzija), is-sitwazzjoni partikolari ta’ Malta rigward il-periferalità, l-aċċessibbiltà u d-dipendenza fuq it-trasport bl-ajru, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kumpensatorji proposti huma adegwati biex jimminimizzaw l-effetti ta’ tfixkil tal-għajnuna u proporzjonati għal dawk l-effetti, u d-daqs u l-importanza tal-Air Malta. |
6.2.4 Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ (il-kontribuzzjoni proprja)
|
(132) |
It-tielet nett, skont il-punt 43 tal-Linji Gwida S&R, sabiex l-ammont ta’ għajnuna jiġi limitat għall-minimu strett tal-ispejjeż neċessarji għar-ristrutturar, huwa meħtieġ kontribut sinifikanti mill-benefiċjarju mir-riżorsi tiegħu stess għall-pjan ta’ ristrutturar. Dan jista’ jinkludi l-bejgħ ta’ assi li mhumiex essenzjali għas-sopravivenza tal-kumpanija, jew finanzjament estern fil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(133) |
Għall-kumpaniji l-kbar, il-Kummissjoni normalment tikkunsidra kontribut ta’ mill-inqas 50 % tal-ispejjeż għar-ristrutturar bħala wieħed xieraq. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'każijiet ta’ tbatija partikolari, il-Kummissjoni tista' taċċetta kontribuzzjoni aktar baxxa (il-punt 44 tal-Linji Gwida S&R). |
|
(134) |
Il-kontribuzzjoni proprja trid tkun reali, jiġifieri attwali, li teskludi l-qligħ kollu fil-futur bħall-fluss tal-flus (il-punt 43 tal-Linji Gwida S&R). Minnha nnifisha, il-kontribuzzjoni proprja ma għandhiex tinkludi xi għajnuna ulterjuri mill-Istat. |
|
(135) |
Kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 2.4, il-kontribuzzjoni proprja proposta tal-Air Malta tikkonsisti fil-bejgħ tal-art, il-bejgħ tal-kumpaniji sussidjarji, il-bejgħ ta’ magni u self mill-bank. |
Il-bejgħ ta’ art
|
(136) |
L-iktar parti importanti tal-kontribuzzjoni proprja tal-Kumpanija (EUR 66,2 miljun) se tiġi mill-bejgħ ta’ art li tinsab fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lill-Istat Malti. Il-Wegħda tal-Ftehim dwar il-Bejgħ ġiet iffirmata fis-7 ta’ Diċembru 2011. |
|
(137) |
Il-bejgħ mhux se jsir b'offerta miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Madankollu, b'konformità mal-politika ġenerali tiegħu u r-rekwiżiti legali nazzjonali, il-proprjetà akkwistata mill-Gvern Malti kollha, għandha ssir f'valur ġust tas-suq miftuħ, li jirrifletti l-prezz li li kieku jitħallas fuq bażi ta’ distakkament minn investitur privat. |
|
(138) |
L-Air Malta spjegat li minħabba r-ristrutturar tagħha xi wħud mill-proprjetajiet tagħha saru superfluwi bħall-uffiċċju ewlieni tagħha li se jkun kbir wisq għal forza tax-xogħol imnaqqsa tagħha. Biċ-ċaqliq tagħha lejn bini ġdid, il-kumpanija tixtieq ukoll li tistimola t-trasformazzjoni kulturali tagħha f'linja tal-arju moderna u dinamika. |
|
(139) |
Il-Gvern ta’ Malta esprima interess strateġiku li jikseb il-proprjetà tal-Air Malta li tinsab fil-perimetru tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta billi s-siti tal-art kkonċernati jirrappreżentaw riżors skars. Malta spjegat strateġija tagħha fit-tul għall-iżvilupp ta’ attività relatata mal-avjazzjoni f'Malta, inkluż il-ħolqien ta’ ċentru tat-tagħbija bħala parti minn park tal-avjazzjoni li jinkludi wkoll it-tiswija tal-ajruplani u faċilitajiet relatati oħra. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li bil-bejgħ tal-art, Malta qed issegwi l-istrateġija tagħha biex tiżviluppa industrija marbuta mal-avjazzjoni f'Malta sabiex jiżdiedu l-impjiegi f’dan is-settur. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ tal-art ma għandux l-iskop ewlieni li jinjetta aktar flus fl-Air Malta iżda li jsegwi għan ta’ politika kredibbli. |
|
(141) |
Il-valur tal-art jissejjes fuq ir-rapport ta’ valutazzjoni indipendenti bid-data tal-25 ta’ Novembru 2011 sa […], evalwatur indipendenti maħtur mill-Gvern għal dan il-għan. […] hija kumpanija immobiljari b'reputazzjoni soda b'esperjenza internazzjonali u lokali fit-tul. Il-Kummissjoni analizzat l-evalwazzjoni u sabet li hija waħda soda. L-evalwazzjoni ma toħloq l-ebda tħassib billi ma nstabu l-ebda żbalji evidenti, huma applikati metodoloġiji aċċettati – l-istandards tal-istimar applikati huma stabbiliti mill-Kunsill Internazzjonali tal-Istandards tal-Istimar – u l-evalwazzjoni hija bbażata fuq suppożizzjonijiet kredibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-riżultat ta’ dan ir-rapport ta’ stima huwa approssimazzjoni xierqa għall-prezz realistiku tal-art skont is-suq. |
|
(142) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni taċċetta r-rikavat mill-bejgħ tal-art bħala kontribuzzjoni proprja. |
Il-bejgħ tal-kumpaniji sussidjarji
|
(143) |
Il-bejgħ tal-kumpaniji sussidjarji […] għandu, skont Malta, jiġġenera mill-inqas EUR [minn 10 sa 12-il] miljun. |
|
(144) |
Il-valur tas-sussidjarji huwa bbażata fuq valuri indikattivi stabbiliti minn […] f’dokument intitolat "Reviżjoni tal-potenzjal taċ-ċessjoni tal-assi" bid-data tal-24 ta’ Ġunju 2011. |
|
(145) |
Malta kkonfermat li l-bejgħ u t-tranżazzjonijiet kollha se jitwettqu b'mod miftuħ, kompetittiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Il-proċess tal-bejgħ huwa mmaniġġat minn konsulent indipendenti. Il-proċess miftuħ tal-bejgħ tal-offerta jitnieda bil-pubblikazzjoni ta’ Talba għal Proposti u bil-ftuħ ta’ kamra ta’ dejta elettronika. Wara l-għażla tal-offerenti li jkunu ntgħażlu fl-ewwel fażi, il-kamra tad-dejta tinfetaħ mill-ġdid għall-offerenti magħżula għal fini ta’ diliġenza dovuta. L-offerenti magħżula huma mistiedna jippreżentaw l-offerta finali tagħhom. L-offerent magħżul jintgħażel u jiġi approvat mill-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta bil-għan li jimmassimizza l-valur tal-assi. Il-passi l-aktar importanti huma notifikati lil offerent mhux magħżul biex tiġi żgurata proċedura trasparenti u mhux diskriminatorja. Diġà tnedew żewġ proċeduri tal-bejgħ skont il-proċedura deskritta hawn fuq: il-bejgħ ta’ Selmun Palace u ta’ Holiday Malta. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel offerti għal waħda mis-sussidjarji, Holiday Malta, kienu sinifikament […] mill-valur indikattiv. Madankollu, evalwazzjoni reċenti ta’ Selmun Palace f'Diċembru 2011 – […] – jappoġġaw valur li jvarja bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun. |
|
(147) |
Għalkemm l-Air Malta ppreżentat approċċ konservattiv – is-suppożizzjonijiet fil-PR jinkludu aġġustament tar-riskju ta’ 15 % (ir-rikavat mil-bejgħ ta’ EUR [minn 10 sa 12-il miljun minflok EUR [minn 12 sa 14-il] miljun) Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni huma ta’ kwalità relattivament baxxa u ma jippermettux lill-Kummissjoni li tasal għal konklużjoni kif suppost dwar il-valur attwali tas-sussidjarji. |
|
(148) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tikkwantifika l-ammont eżatt ta’ rikavat mill-bejgħ tas-sussidjarji. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, is-sussidjarji huma tabilħaqq ta’ ċertu valur. Kull introjtu mill-bejgħ tas-sussidjarji, iżid il-kontribuzzjoni proprja. |
Il-bejgħ ta’ magni
|
(149) |
Ir-rikavat mill-bejgħ ta’ żewġ magni ta’ riżerva sa […], kumpanija privata u internazzjonali tal-iffinanzjar u l-kiri għall-magni ta’ riżerva, għandu jkun inkluż fil-kontribuzzjoni proprja tal-kumpanija għall-ispejjeż ta’ ristrutturar tagħha. Il-bejgħ tal-magna żejda bin-numru tas-serje ESN […] sar fit-28 ta’ Ottubru 2010 u ġġenera USD [minn 10 sa 12-il] miljun. Il-bejgħ tal-magna żejda bin-numru tas-serje ESN […] sar fis-17 ta’ Ottubru 2010 u ġġenera USD [minn 9 sa 11-il] miljun. Ir-rikavat globali mill-bejgħ tal-magni jammonta għal USD [minn 19 sa 23] miljun (madwar EUR [minn 15 sa 17-il] miljun). Madankollu, għandu jiġi nnutat li filwaqt li l-magna Nru … kienet kompletament proprjetà Air Malta, magna Nru […] kienet proprjetà mikrija tal-Air Malta. Il-Linja tal-Ajru kellha l-għażla li tixtri l-magna Nru […] b'EUR [minn 5 sa 7] miljun, liema għażla ġiet eżerċitat, u konsegwentement il-magna ġiet mibjugħa lil […] u mbagħad mikrija lura. |
|
(150) |
Għall-iskop tal-kontribuzzjoni proprja, l-Air Malta applikat ir-rikavati netti, ġejjin mill-bejgħ tal-magni, u kien għalhekk ikkunsidrat li EUR [minn 5 sa 7] miljun bħala spiża. Ir-rikavati netti huma kkalkulati bħala introjtu mill-bejgħ tal-magni lil […] (USD [minn 10 sa 12-il] miljun + USD [minn 9 sa 11-il] miljun = USD [minn 19 sa 23] miljun jew EUR [minn 15 sa 17-il] miljun) inqas mill-ispiża tax-xiri tal-magna Nru […]) (EUR [minn 5 sa 7] miljun) li jirriżultaw f'EUR [minn 10 sa 12-il] miljun bħala kontribuzzjoni proprja. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-bejgħ tal-magni sar matul il-perjodu ta’ ristrutturar jew biss ftit jiem 'il bogħod mill-bidu tiegħu. Għalhekk, l-introjtu kollu minn dak il-bejgħ jista' jitqies bħala kontribuzzjoni proprja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taċċetta l-kalkolu propost tal-ammont reali tar- rikavati minn bejgħ u għalhekk taċċetta l-kontribuzzjoni proprja ta’ EUR [minn 9 sa 12-il] miljun. |
Self mill-Bank
|
(152) |
Għandu jingħata self li jammonta għal EUR [minn 20 sa 25] miljun minn […] min-nofs l-2014. |
|
(153) |
Malta pprovdiet ittri ta’ intenzjoni miż-żewġ banek bid-dati tal-24 u d-29 ta’ Novembru 2011. Madankollu, minn dakinhar għadu ma ġie konkluż l-ebda ftehim li jorbot legalment billi skont Malta, hija politika kummerċjali tal-banek li ma jorbtux lilhom infushom aktar minn sentejn qabel it-tranżazzjoni. Billi ma ġew ipprovduti l-ebda ftehimiet li jorbtu, dan is-self mill-bank ma jistax jitqies bħala kontribuzzjoni proprja reali u attwali kif mitlub fil-punt 43 tal-Linji Gwida S&R. |
|
(154) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Air Malta diġà waslet għall-konklużjoni ta’ finanzjament temporanju f'Diċembru 2011 li jammonta għal EUR [minn 25 sa 30] miljun għal tliet snin ta’ maturità, garantiti mingħajr kwalunkwe għajnuna mill-awtoritajiet Maltin. L-għan ta’dan is-self hu finanzjament temporanju għar-ristrutturar tal-Air Malta sal-2014 meta r-rikavat mill-bejgħ tal-art huwa mistenni jimmaterjalizza. |
|
(155) |
Is-self se jiġi pprovduti minn […]. Iż-żewġ banek għandhom jitqiesu bħala banek privati.[…] |
|
(156) |
L-Air Malta għandha tħallas rata attwali tal-imgħax ta’ [minn 4 sa 6] % fis-sena (jiġifieri [minn 150 sa 350] punt bażi 'l fuq […] mir-rata bażi bħala rata ta’ referenza li bħalissa tammonta għal 2,5 %) u spejjeż li jammontaw għal [minn 1 sa 1,5] % fis-sena. Is-self huwa garantit b'ipoteka ta’ EUR [minn 25 sa 30] miljun. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan il-ftehim ta’ self ta’ Diċembru 2011 juri li l-Air Malta kienet diġà kapaċi tikseb finanzjament estern bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr kwalunkwe għajnuna mill-awtoritajiet Maltin. Tali finanzjament juri li s-suq jemmen fil-fattibilità tar-ritorn għall-vijabilità previst. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li self ta’ EUR [minn 25 sa 30] miljun bħala parti mill-kontribuzzjoni proprja. |
L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni proprja proposta
|
(158) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis ir-rikavat mill-bejgħ ta’ art (EUR 66,2 miljun) bħala kontribuzzjoni proprja adegwata u aċċettabbli; il-bejgħ ta’ magni (EUR [minn 9 sa 12-il] miljun) u s-self mill-bank konkluż f’Diċembru 2011 (EUR 30 miljun). It-total tal-kontribuzzjoni proprja għalhekk jammonta għal EUR 107 miljun li jikkostitwixxi 45 % tal-ispejjeż totali tar-ristrutturar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li jekk ir-rikavat mistenni mill-bejgħ tas-sussidjarji jseħħ verament, imbagħad il-livell tal-kontribuzzjoni proprja se jiżdied b'EUR [minn 10 sa 12-il] miljun u t-total tal-kontribuzzjoni proprja jista' għalhekk jitla' għal 49,5 % tal-ispejjeż totali tar-ristrutturar. |
|
(159) |
Malta hija żona eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE. F’żoni megħjuna, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward d-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju (il-punt 56 tal-Linji Gwida S&R). Barra minn hekk, is-sitwazzjoni ġeografika periferali ta’ Malta toħloq problemi fir-rigward tal-aċċessibilità għall-bqija tal-UE u għalhekk jirriżulta li l-pajjiż huwa ferm dipendenti fuq it-trasport bl-ajru (ara l-paragrafu (131) hawn fuq) u dan irid jiġi kkunsidrat. |
|
(160) |
Minħabba l-partikolaritajiet tal-każ preżenti, jidher li kontribuzzjoni proprja li tkun ftit inqas minn 50 % hija aċċettabbli. Billi l-PR, speċjalment il-pjan finanzjarju li ġie ppreżentat, juri li l-ammont ta’ għajnuna huwa tali li jevita li jipprovdi lill-Air Malta bi flus żejda li jista' jintuża għal attivitajiet aggressivi u ta’ tfixkil fis-suq li ma jkunux marbuta mal-proċess ta’ ristrutturar u li dik l-għajnuna ma tiffinanzjax xi investiment ġdid li mhuwiex essenzjali biex il-kumpanija terġa' ssir vijabbli kif stipulat fil-punt 45 tal-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni tikkonkludi li kontribuzzjoni proprja ta’ mill-inqas 45 % hija xierqa fil-każ preżenti. |
6.2.5 Il-prinċipju ta’ "għajnuna unika"
|
(161) |
Fl-aħħar nett, l-għajnuna għandha tirrispetta l-kundizzjoni li hija “għajnuna unika”. Il-punt 72 tad-Linji Gwida S&R, jistipula li kumpanija li tkun ibbenefikat minn għajnuniet għar-ristrutturar u għas-salvataġġ fl-aħħar 10 snin mhix eliġibbli għall-għajnuna ta’salvataġġ u għar-ristrutturar. |
|
(162) |
F'April 2004, qabel l-adeżjoni tagħha fl-UE, Malta wettqet żieda fil-kapital ta’ EUR 57 miljun. It-tranżazzjoni inkwistjoni saret in natura u tinvolvu trasferiment ta’ proprjetà reali (art u bini) bi tpattija għall-ksib ta’ ishma addizzjonali fl-Air Malta. L-awtoritajiet Maltin li ma qisux din il-miżura bħala għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar qiesu ż-żieda kapitali bħala kumpatibbli mal-prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq. |
|
(163) |
Il-Kummissjoni ġiet infurmata b'din il-miżura dak iż-żmien, fil-kuntest ta’ kooperazzjoni qabel l-adeżjoni. Billi l-miżura ngħatat qabel Malta ssieħbet fl-UE, ma kienx hemm bżonn li Malta tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel ma timplimenta ż-żieda fil-kapital fl-2004. Madankollu, skont il-prassi konsistenti tal-Kummissjoni (26), il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija qabel l-adeżjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ "għajnuna unika" f’każijiet sussegwenti ta’ għajnuna għar-ristrutturar. |
|
(164) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku favur l-Air Malta fl-injezzjoni tal-2004 u għalhekk din il-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-kumpanija rċevietx "vantaġġ ekonomiku, li li kieku ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq (27)". Biex teżamina din il-kwistjoni l-Kummissjoni qed tapplika l-prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq (MEIP). Skont dan it-test, meta, f’ċirkustanzi simili, investitur privat li jopera f’kundizzjonijiet normali tas-suq ta’ ekonomija tas-suq ta’ daqs kumparabbli ma’ dak tal-entitajiet li joperaw fis-settur pubbliku seta' ġie mħeġġeġ jagħmel il-kontribuzzjoni kapitali inkwistjoni, ma tkun involuta l-ebda għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk investitur privat kienx jaċċetta t-tranżazzjoni inkwistjoni bl-istess termini (28). L-attitudni tal-investitur privat ipotetiku hija dik ta’ investitur prudenti (29) li l-għan tiegħu tal-massimizzazzjoni tal-qligħ hija kkontrollata mill-prudenti dwar il-livell ta’ riskju aċċettabbli għal rata partikolari ta’ ritorn (30). |
|
(165) |
Barra minn hekk, "… [I]l-paragun bejn l-aġir tal-investituri pubbliċi u privati għandu jiġi stabbilit fir-rigward tal-attitudni li investitur privat kien ikollu, waqt it-tranżazzjoni inkwistjoni, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli f’dak il-mument (31)". |
|
(166) |
L-analiżi u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-fatturi kollha rilevanti għall-operazzjoni inkwistjoni u l-kuntest tagħha. Dan se jinkludi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija benefiċjarja fis-suq rilevanti, filwaqt li r-riżultati jew l-iżviluppi ex post huma irrelevanti sakemm dawn ma kinux previsti fiż-żmien tal-investiment (32). |
|
(167) |
It-tranżazzjoni inkwistjoni kienet tinvolvi t-trasferiment mill-Gvern ta’ proprjetà reali (art u bini) lill-Air Malta talli jiksbu ishma addizzjonali fl-Air Malta. L-użu tal-proprjetà inkwistjoni kien ilu li ngħata lill-Air Malta. Il-proprjetà immobbli kkonċernata qabel kienet tal-Air Malta skont ftehim ta’ kiri mill-1979 għal perjodu indefinit. Matul is-snin, l-Air Malta tejbet il-valur tal-proprjetà fuq spejjeż tagħha stess u fuq il-bażi tal-aspettattiva li l-proprjetà kienet se tiġi trasferita. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni tinnota li din it-tranżazzjoni kienet ġiet diskussa u mħejjija fuq numru ta’ snin. Il-pjan li tittrasferixxi l-art kien diġà sar fis-snin 90. Karta tal-bord fis-sena 2000 kienet diġà rreferiet għal din it-tranżazzjoni. Ir-raġuni għad-dewmien tal-implimentazzjoni tagħha hija l-privatizzazzjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li tlestiet biss fl-2002. |
|
(169) |
It-tranżazzjoni saret fid-dawl ta’ Strateġija Korporattiva u Pjan ta’ Negozju 2004-2007 (Novembru 2003) u projezzjoni ta’ tliet snin finanzjarji. Minħabba prospetti pożittivi għall-ambjent tas-suq bħat-tkabbir fis-suq mistenni fis-suq Malti tat-trasport tal-ajru, iż-żieda fil-kapaċità tal-postijiet u l-marġini ta’ qligħ fis-settur Ewropew tal-avjazzjoni kif ukoll riżultati inkoraġġanti, il-pjan tan-negozju kien qed jistenna żieda sostanzjali fir-rendiment u fil-passiġġieri matul is-snin ta’ wara sabiex tinkiseb il-profittabbiltà mis-SF2007. |
|
(170) |
It-tbassir rilevanti kien jirrifletti l-opinjoni ġenerali fl-industrija tal-linji tal-ajru li dak iż-żmien kienet qed tbassar tkabbir qawwi fis-settur tat-trasport bl-ajru. Barra minn hekk, ir-riżultati pożittivi kienu bbażati fuq opportunitajiet addizzjonali ta’ tkabbir mistenni dovut għall-adeżjoni ta’ Malta fl-UE. Minbarra t-titjib tal-istruttura kapitali, il-pjan tan-negozju ppropona għadd ta’ inizjattivi raġonevoli bħall-introduzzjoni ta’ flotta standardizzata, moderna u effiċjenti fil-fjuwil ta’ Airbus A319/A320 kif ukoll ir-razzjonalizzazzjoni tal-manutenzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li fl-2004, l-LCCs ma kinux meqjusa bħala theddida għall-Air Malta fis-suq prinċipali tagħha billi t-tul tar-rotot għal/minn Malta kienu meqjusa bħala twal wisq biex il-mudell tan-negozju tal-LCC jirnexxi. Għalkemm l-aspettattivi rriżultaw li kienu wisq ottimisti u l-isfidi fis-suq issottovalutati minn perspettiva ex post, minħabba l-informazzjoni disponibbli fl-2004 u l-opinjoni ġenerali fl-industrija tal-linji tal-ajru, il-Kummissjoni tqis li t-tbassir fil-pjan tan-negozju u fil-projezzjoni finanzjarji ta’ tliet snin bħala kredibbli għal dak iż-żmien. |
|
(171) |
Minħabba li l-Gvern Malti bħala azzjonist maġġuri tal-Air Malta kkontribwixxa biss kapital azzjonarju minimu meta l-kumpanija twaqqfet fl-1974, l-Air Malta kienet ferm sottokapitalizzata mqabbla mat-trasportaturi tal-bandiera qabel April 2004 u kienet teħtieġ struttura kapitali proporzjonata mal-ħidmiet tagħha. Iż-żieda kapitali, li saret in natura bit-trasferiment ta’ art, kienet intiża sabiex tiżgura li l-kumpanija kellha struttura finanzjarja bbilanċjata sabiex tippermettilha li tinvolvu ruħha fi strateġija ta’ tkabbir u tippermetti aktar ingranaġġ tal-ekwità permezz ta’ arranġamenti mtejba fil-maniġment tal-kapital operattiv. |
|
(172) |
It-tranżazzjoni kienet ibbażata fuq valur tas-suq bil-parir ta’ PriceWaterhouseCoopers li kienet tistqarr li "l-valur tal-assi li qed jiġu allokati lill-kumpanija jikkorrispondi tal-inqas għall-valur nominali tal-ishma u l-premium tal-ishma fuqhom maħruġa fil-kumpanija għall-Gvern ta’ Malta". |
|
(173) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Air Malta ma kinitx kumpanija f'diffikulta f'April 2004. Għalkemm Air Malta sofriet minn telf imġarrab mis-sussidjarja tal-Air Malta, Azzura Air wara 9/11, Malta kellha riżervi sinifikanti ta’ flus f'dak iż-żmien. Abbażi taċ-ċifri fil-31 ta’ Lulju 2003, l-ekwità totali tal-Air Malta kienet ta’ EUR 45,7 miljun (kapital azzjonarju maħruġ ta’ EUR 11,7 miljun flimkien ma’ bilanċ pożittiv fuq il-kont tal-qligħ u t-telf). Abbażi tal-kont tal-maniġment għas-seba' xhur li ntemmu fid-29 ta’ Frar 2004, it-telf għal dan il-perjodu kien ta’ EUR 15,5 miljun u kien mistenni telf ta’ EUR 19,2 miljun għas-sena finanzjarja kollha. Ġie rikonoxxut aktar telf meta ngħalqu r-rapporti finanzjarji statutorji f'Lulju 2004 u mbagħad ikkalkulat fil-bidu tal-2005. Madankollu, dan it-telf ma kienx ikun magħruf jew antiċipat f'April 2004. |
|
(174) |
Barra minn hekk, l-Air Malta kienet kapaċi tiġbor dejn estern minn tliet banek privati mingħajr is-sostenn tal-Gvern. |
|
(175) |
Fl-aħħar nett, l-azzjonisti minoritarji privati pparteċipaw fiż-żieda kapitali fil-proporzjon għat-titoli tagħhom (inqas minn 5 % tal-kapital totali). |
|
(176) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma għandhiex evidenza konvinċenti li turi li t-tranżazzjoni ta’ April 2004 ma kinitx konformi mal-prinċipju ta’ investitur f'ekonomija tas-suq billi jidher pjuttost raġonevoli li wieħed jassumi li investitur privat kien iġib ruħu bħall-Gvern Malti, f’ċirkustanzi simili. Għalhekk, it-tranżazzjoni tal-2004 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-Air Malta. |
|
(177) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Maltin komplew jikkonfermaw li l-Air Malta ma rċeviet l-ebda għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar matul dawn l-aħħar 10 snin. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-prinċipju ta’ "għajnuna unika" huwa rispettat. |
6.3 Konklużjoni
|
(178) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna maħsuba li tammonta għal EUR 130 miljun u l-PR huma kompatibbli mal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-Linji Gwida S&R. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata minn Malta tikkonsisti f'għotja ta’ EUR 130 miljun lill-Air Malta fil-forma ta’ ekwità, inkluż skambju ta’ dejn ma’ ekwità għas-self għas-salvataġġ approvat EUR 52 miljun, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Dik l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Id-Deċiżjoni C(2012) 170 finali tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012 (ĠU C 50 21.02.2012, p. 7).
(2) Is-sena finanzjarja tal-Air Malta tibda fl-1 ta’ April. Għalhekk, eż. SF2011 hija mill-01/04/2010 sal-31/03/2011, SF2016 mill-01/04/2015 sal-31/03/2016.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(3) ROCE = Qligħ nett / (Dejn + Ekwità)
(4) ROE = Profitt nett / Ekwità
(5) ĠU C 244 tal-1.10.2004 p. 2
(6) L-ajruporti koordinati huma ajruporti fejn is-slots jiġu allokati minn koordinatur skont ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
PKO= postijiet/km offruti.
(8) 17,9 % meta wieħed iqabbel il-bidla bejn is-sajf 2009 u s-sajf 2012.
(9) 9,8 % meta wieħed iqabbel il-bidla bejn is-sajf 2009 u s-sajf 2012.
(10) 1,7 % meta wieħed iqabbel il-bidla bejn is-sajf 2009 u s-sajf 2012.
(11) L-ajruport, li qabel kien tal-istat, ġie pprivatizzat. L-azzjonist prinċipali huwa konsorzju privat mmexxi mill-Flughafen Wien AG tal-Awstrija. Il-Gvern Malti huwa biss azzjonist minoritarju (20 %).
(12) Ibbażati fuq l-ekonomija tar-rotot tal-Air Malta inklużi dawk skedati u dawk ċarter (l-operazzjonijiet ta’ Malta u r-Renju Unit
(13) It-tbassir tal-fattur tat-tagħbija huma riżultat ibbażat fuq l-għadd imbassar ta’ sits u passiġġieri.
(14) L-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni, ĠU C 350 tal-10.12.1994, p. 5.
(15) N504/2010 Air Malta plc, http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_N504_2010
(16) Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet Austrian Airlines (C 6/09), ĠU L 59, 9.3.2010, p. 1, il-paragrafu 296 (perjodu ta’ ristruttuar ta’ sitt snin) u Royal Mail Group (SA.31479), C(2012) 1834 finali, il-paragrafu 217 (perjodu ta’ ristrutturar ta’ ħames snin).
(17) Ara l-kummenti minn IAG bid-data tat-2 ta’ Marzu 2012.
(18) Il-PR kien qed jistenna li l-introjtu f'Diċembru 2011 ikun jammonta għal EUR 169 939m filwaqt li ċ-ċifri attwali juru introjtu ta’ EUR 174 896m (li huwa 2,9 % ogħla).
(19) […].
(20) […].
(21) Ara l-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 kif ukoll id-definizzjoni ta’ "ajruporti tat-tielet livell" taħt il-punt 5 tal-Linji Gwida Dinjin dwar is-Slots (Worldwide Slot Guidelines) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (www.iata.org/wsg).
(22) L-ekonomija Maltija għandha livell għoli ta’ ftuħ, fejn fl-2009 l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet kienu ammontaw għal madwar 77 % u 73 % tal-PDG. Tmienja u ħamsin fil-mija tal-kummerċ tal-esportazzjoni sar permezz tat-trasport bl-ajru. Fir-rigward tal-importazzjonijiet, għalkemm il-maġġoranza tal-kummerċ fl-importazzjonijiet sar permezz tat-trasport bil-baħar, it-trasport bl-ajru għandu wkoll sehem sinifikanti ta’ 30 %.
(23) Malta tiddependi ħafna fuq it-turiżmu, li min-naħa tiegħu jiddependi fuq it-trasport bl-ajru. Is-settur tat-turiżmu ilu għal ħafna snin il-pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija u huwa l-akbar attività tas-servizzi f'termini ta’ ħolqien tal-impjiegi u ta’ qligħ mill-kambju barrani. It-turiżmu jikkontribwixxi madwar 25 % tal-PDG ta’ Malta. Fl-2009, Malta attirat madwar 1,2 miljun turist li nefqu EUR 638 miljun. Skont l-Edizzjoni 2010 tal-Istatistika Ewropea, il-proporzjon tal-irċevuti tat-turiżmu internazzjonali għall-PDG kien l-ogħla f'Malta (11,4 %). Malta hija wkoll dipendenti ħafna fuq is-settur tal-HORECA (lukandi, ristoranti u catering). Skont l-Istħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol, sa 8,6 % tal-popolazzjoni impjegata fl-UE-27 – l-ogħla għal kwalunkwe pajjiż fl-UE-27 – taħdem fis-settur tal-HORECA li huwa direttament marbut mat-turiżmu, meta mqabbel mal-4,3 % fl-UE-27. L-importanza tat-turiżmu għal Malta hija riflessa fil-fatt li l-intensità tat-turiżmu kienet ta’ 19,4 % (turist kull lejl għal kull abitant) filwaqt li l-medja tal-UE-27 kienet ta’ 4,6 %. Madwar 98 % tal-passiġġieri turistiċi nqdew bit-trasport bl-ajru minflok bit-trasport bil-baħar.
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 300 tas-7 ta’ Marzu 2007 (ĠU L 49, 22.02.2008, p. 25), il-paragrafu 132.
(25) Il-Kummissjoni tosserva li f’deċiżjonijiet preċedenti ta’ ristrutturar, ma għamlitx distinzjoni bejn attivitajiet li jagħmlu qligħ u dawk li le meta vvalutat l-adegwatezza tat-tnaqqis fil-kapaċità bħala miżura kumpensatorja.
(26) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/509/KE tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar għajnuna mill-Istat C 3/2005 (ex N 592/2004 (ex PL 51/2004)) li l-Polonja qed tippjana li timplimenta għall-Fabryka Samochodow Osobowych SA (dik li kienet DAEWOO — FSO Motor SA) (ĠU L 187, 19.7.2007, p. 30); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/174/KE tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar l-għajnuniet mill-Istat C 43/07 (ex N 64/07) u C 44/05 (ex NN 79/05, ex N 439/04) mogħtija mill-Polonja lil Huta Stalowa Wola S.A. (ĠU L 81, 26.3.2010, p. 1).
(27) Każijiet konġunti T-228/99 u T-233/99, il-paragrafu 251.
(28) Sentenza fil-Kawżi Konġunti T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche Landesbank GZ v Il-Kummissjoni [2003] ECR II-435 et seq, il-paragrafu 245.
(29) Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397, il-paragrafu 71.
(30) Każijiet konġunti T-228/99 u T-233/99, il-paragrafu 255.
(31) Każijiet konġunti T-228/99 u T-233/99, il-paragrafu 246. Ara wkoll, il-Każ T-16/96 Cityflyer Express vs. Il-Kummissjoni, [1998] ECR II-757, il-paragrafu 76.
(32) Il-Każ C-124/10p, Il-Kummissjoni vs EDF, is-Sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, il-paragrafu 85.