|
18.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Ottubru 2012
li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil
(2012/646/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2005/781/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
L-Artikolu XII (2) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: “Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fis-sena ta’ qabel l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv ta’ tiġdid tal-Ftehim.”. |
|
(3) |
Fil-ħames laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit ta]t l-Artikolu VI(2) tal-Ftehim,, li saret fi Brasilia fit-22 ta’ Novembru 2011, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal ħames snin oħra. |
|
(4) |
B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(5) |
It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għat-tiġdid tal-Ftehim skont l-Artikolu XII(2) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:
“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għal ‘l-Unjoni Ewropea’.”.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. MALAS