18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2012

dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

(2012/645/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(6) u (7) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (“il-Ftehim”). Huwa ġie inizjalat fl-14 ta’ Ottubru 2010.

(2)

Il-ftehim ġie fid-19 ta’ Marzu 2012, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u applikat proviżorjament mill-iffirmar tiegħu skont l-Artikolu 218(5) tat-Trattat.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika u Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Unjoni li ser tittieħed fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim rigward emendi tekniċi għal dak il-Ftehim skont l-Artikolu 4(2)(a) tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MALAS


(1)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 99, 5.4.2012, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.