16.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/635/PESK
tal-15 ta’ Ottubru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1737(2006). |
(2) |
Fit-23 ta' April 2007, il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ġiet emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (2) sabiex tiġi implimentata l-UNSCR 1747 (2007). Il-Kunsill imbagħad emenda ulterjorment il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK billi adotta, fis-7 ta' Awwissu 2008, il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK (3), li implimentat l-UNSCR 1803 (2008). |
(3) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (4) li implimentat il-UNSCR 1929 (2010) u ħassret il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. |
(4) |
Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li emendat id-Deċiżjoni 2010/413/PESK billi saħħet il-miżuri restrittivi kontra l-Iran fid-dawl tat-tħassib serju u dejjem jikber li reġa' ġie mtenni, dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, u b'mod partikolari dwar is-sejbiet rigward l-attivitajiet Iranjani relatati mal-iżvilupp ta' teknoloġija nukleari militari, kif rifless fir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). Dawk il-miżuri ġew imsaħħa ulterjorment fil-15 ta' Marzu 2012 bid-Deċiżjoni 2012/152/PESK (5). |
(5) |
Minħabba li l-Iran naqas milli jidħol serjament f'negozjati sabiex jiġi indirizzat it-tħassib internazzjonali dwar il-programm nukleari tiegħu, il-Kunsill iqis li hija meħtieġa l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran. |
(6) |
F'dan il-kuntest, huwa xieraq li tiġi riveduta l-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (6), bil-ħsieb li jiġu inklużi oġġetti li jistgħu jkunu rilevanti lill-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li jistgħu jkunu rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu evitati effetti mhux intenzjonati fuq il-popolazzjoni ċivili tal-Iran |
(7) |
Barra minn hekk, ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' gass naturali mill-Iran għandhom ikunu pprojbiti. |
(8) |
Barra minn hekk, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lejn l-Iran ta' grafit u metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma bħall-aluminju u l-azzar, u software għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali li huwa rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, għandhom jiġu pprojbiti. |
(9) |
Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar għall-bini, il-manutenzjoni u t-tiswija (refit) ta' vapuri, għandhom ikunu pprojbiti. |
(10) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri m'għandhom jidħlu f'ebda impenn ġdid biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mal-Iran. Dan m'għandux jaffettwa impenji eżistenti u m'għandux jikkonċerna kummerċ għal finijiet ta' ikel, agrikoli, mediċi jew umanitarji oħra. |
(11) |
Għandu jkun ukoll ipprojbit għall-Istati Membri li jibnu jew li jipparteċipaw fil-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran. |
(12) |
Sabiex jiġi impedut it-trasferiment ta' assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni, jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport ta' armi nukleari, it-transazzjonijiet bejn il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u dawk Iranjani, għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. Dan m'għandux jipprevjeni l-kontinwazzjoni tal-kummerċ li mhuwiex ipprojbit taħt id-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(13) |
Barra minn hekk, il-provvediment ta' servizzi ta' flagging u ta' klassifikazzjoni għat-tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani għandu jkun ipprojbit. |
(14) |
Il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u ta' prodotti petrokimiċi lil persuni u entitajiet Iranjani jew lil persuni u entitajiet oħrajn għall-iskop tat-trasport jew tal-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani għandhom ikunu pprojbiti. |
(15) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali Iranjan għandhom jiġu emendati. |
(16) |
Fl-aħħar nett, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, b'mod partikolari entitajiet bi sjieda Iranjana li huma involuti fis-settur taż-żejt u tal-gass, minħabba li dawn jipprovdu sors ta' dħul sostanzjali għall-Gvern Iranjan. Barra minn hekk, ċerti persuni u entitajiet għandhom jitneħħew minn dik il-lista u l-entrata għal entità waħda għandha tiġi emendata. |
(17) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
(18) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Jiżdied l-Artikolu li ġej: "Artikolu 3e 1. L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' gass naturali Iranjan għandhom ikunu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit li jingħata direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja - inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni u servizzi ta' senserija relatati mal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni - relatati mal-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' gass naturali Iranjan. 3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti għall-konsenja ta' gass naturali ta' Stat għajr l-Iran lil Stat Membru tal-UE"; |
(2) |
L-Artikolu 4b huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 4b 1. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kwalunkwe obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previst f'kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 jew is-16 ta' Ottubru 2012. 2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 jew is-16 ta' Ottubru 2012 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel dawk id-dati minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri. 3. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 4a(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew is-16 ta' Ottubru 2012. 4. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew is-16 ta' Ottubru 2012 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel dawk id-dati minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri. 5. Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 3c(2) dment li dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizzi jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u dment li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni. 6. Il-paragrafi 3 u 4 huma mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 3d(2) dment li dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizzi jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u dment li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni"; |
(3) |
Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 4e 1. Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' grafit, u ta' metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, li huma rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huma rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kemm jekk le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit ukoll li:
3. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 4f Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4e għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. Artikolu 4g 1. Il-bejgħ, il-provvista, jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar għall-bini ta' vapuri, manutenzjoni jew tiswija (refit), lill-Iran jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dan is-settur, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-forniment ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar lil bastiment mhux bi sjieda Iranjana jew mhux ikkontrollat mill-Iran li jkun ġie mġiegħel jidħol f'port Iranjan jew ilmijiet territorjali Iranjani taħt force majeure. 3. Għandu jkun ipprojbit ukoll li:
4. Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3. Artikolu 4h Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4g għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Frar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. Artikolu 4i 1. Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' software għall-integrazzjoni ta' proċess industrijali, li huwa rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kemm jekk le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit ukoll li:
3. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 4j Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4i għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Jannar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti."; |
(4) |
L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri m'għandhom jidħlu f'ebda impenn ġdid għal terminu qasir, medju jew twil biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mal-Iran, inkluż l-għoti ta' krediti tal-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, lil ċittadini tagħhom jew lil entitajiet involuti f'kummerċ bħal dan, lanqas ma għandhom l-Istati Membri jiggarantixxu jew jirriassiguraw tali impenji.” |
(5) |
Jiżdied l-Artikolu li ġej: "BINI TA' TANKERS TAŻ-ŻEJT Artikolu 8a 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4g, il-bini jew il-parteċipazzjoni fil-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran jew għal persuni u entitajiet Iranjani għandhom ikunu pprojbiti. 2. Għandu jkun ipprojbit il-provvediment ta' assistenza teknika jew finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran jew għal persuni u entitajiet Iranjani."; |
(6) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. Sabiex jiġi impedut it-trasferiment lil, permezz ta', jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew it-trasferiment lil jew minn ċittadini tal-Istati Membri, entitajiet organizzati taħt il-liġijiet tagħhom (inklużi fergħat barra l-pajjiż), jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri, ta' kwalunkwe ass finanzjarju jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport tal-Iran ta' armi nukleari, l-istituzzjonijiet finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ma għandhomx jidħlu, jew ikomplu jipparteċipaw fi transazzjonijiet ma':
dment li tali transazzjonijiet ma jkunux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. 2. Għall-fini tal-paragrafu 1, it-transazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati mill-Istat Membru rilevanti:
Ma hi meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika għal transazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punti (a) sa (e) li huma taħt EUR 10 000. 3 It-trasferimenti ta' fondi lejn l-Iran u mill-Iran permezz ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani għat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
4. It-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Iran li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
5. Fergħat u sussidjarji ta' banek domiċiljati fl-Iran fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa wkoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, dwar it-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta jwettqu jew jirċievu t-trasferiment rispettiv tal-fondi. Soġġett għal arranġamenti ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din l-informazzjoni dwar in-notifiki, kif adatt, lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.”; |
(7) |
Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 18a Il-forniment minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorju taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ta' servizzi ta' flagging u ta' klassifikazzjoni, inklużi reġistrazzjoni u numri ta' identifikazzjoni ta' kwalunkwe tip, lil tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani għandu jkun ipprojbit mill-15 ta' Jannar 2013. Artikolu 18b 1 Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil persuni, entitajiet jew korpi Iranjani. 2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil kwalunkwe persuna, entità jew korp għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani."; 3. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.” |
(8) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67.
(3) ĠU L 213, 8.8.2008, p. 58.
(4) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(5) ĠU L 77, 16.3.2012, p. 18.
(6) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
ANNESS
I. |
L-intestatura I fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovu appoġġ lill-Gvern tal-Iran" |
II. |
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. A. Persuna
B. Entitajiet
|
III. |
L-entrata għall-entità stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: B. Entitajiet
|
IV. |
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitħassru mil-lista stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
|