|
30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 192/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2012
li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li temenda d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ġunju 2010
2012/C 192/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli. |
|
(2) |
Nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għandhom itemmu l-mandat tagħhom fit-30 ta’ Ġunju 2012. Tlieta minn dawk il-membri għandhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari. |
|
(3) |
Il-lista ppreżentata mill-Kummissjoni ġiet eżaminata bil-ħsieb li jinħatru seba’ membri ġodda tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-veduti espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u t-tqassim ġeografiku l-aktar wiesa' possibbli fi ħdan l-Unjoni. |
|
(4) |
Fl-eżami tal-lista ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill ħa kont tal-fatt li l-Kummissjoni għandha tipproċedi bla dewmien biex tibdel membru li reċentement irriżenja mill-Bord ta' Ġestjoni tal-EFSA permezz ta' proċedura separata u għandha tippreżenta lista ta' kandidati għal dak il-għan f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
|
(5) |
Il-Kunsill qies ukoll il-fatt li wieħed mill-membri attwali tal-Bord ta' Ġestjoni tal-EFSA li l-mandat tiegħu għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014 jista', minħabba bidla fl-attivitajiet professjonali tiegħu, jitqies bħala membru b'esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi oħra fil-katina alimentari. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2010 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2) għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2016:
|
|
Valérie BADUEL |
|
|
|
|
Piergiuseppe FACELLI (4) |
|
|
Jaana HUSU-KALLIO |
|
|
Radu ROATIȘ CHEȚAN |
|
|
Jiří RUPRICH (4) |
|
|
Tadeusz WIJASZKA |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2010, is-sinjal “(**)” għandu jiżdied mal-isem “Jan MOUSING”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. GJERSKOV
(2) ĠU C 171, 30.6.2010, p. 3.
(3) Membru b'esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi.
(4) Membru attwali tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA.