9.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Ottubru 2012

li taħtar sitt membri Rumeni u ħames membri supplenti Rumeni fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/626/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Decebal ARNĂUTU, is-Sur Veronica DIACONU, is-Sinjura Edita Emőke LOKODI, is-Sur Constantin OSTAFICIUC, is-Sur Vasile SAVA u s-Sur Gheorghe Bunea STANCU, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Árpád Szabolcs CSEHI, is-Sur Gheorghe FLUTUR, is-Sinjura Mariana MIRCEA, is-Sur Mircia MUNTEAN u s-Sinjura Ioana TRIFOI, saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sur Cristian Mihai ADOMNIȚEI, President of Iași County Council

is-Sur Dragoș Adrian BENEA, President of Bacău County Council

is-Sur Ovidiu BRĂILOIU, Mayor of Eforie town, Constanța County

is-Sur Csaba BORBOLY, President of Harghita County Council

is-Sinjura Mariana GÂJU, Mayor of the Cumpăna commune, Constanța County

is-Sur Emilian OPREA, Mayor of Chitila town, Ilfov County

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Andrei Ioan CHILIMAN, Mayor of District 1 - Bucharest

is-Sinjura Veronica DIACONU, Local Councillor, Gorgota commune Local Council, Prahova County

is-Sur Petru Nicolae IOȚCU, President of Arad County Council

is-Sur Marian PETRACHE, President of Ilfov County Council

is-Sur Silviu PONORAN, Mayor of Zlatna town, Alba County.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. CHARALAMBOUS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.