6.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/1/2012
tat-2 ta’ Ottubru 2012
dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2012/543/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/565/PESK tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/565/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, b’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni tal-EUSEC RD Congo, inkluża d-deċiżjoni biex jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”). |
(2) |
Fl-24 ta' Settembru 2012 saret il-proposta mir-RGħ għall-ħatra tal-Kurunell Jean-Louis NURENBERG bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUSEC RD Congo, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Jean-Louis NURENBERG huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Ottubru 2012.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59.