26.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Settembru 2012
li taħtar żewġ membri supplenti Pollakki fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2012/519/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Jacek CZERNIAK u s-Sur Marcin JABŁOŃSKI saru vakanti żewġ postijiet ta’ membri supplenti. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejin huma b’dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:
— |
Is-Sur Piotr CAŁBECKI, Marszałek Województwa Kujawsko-Pomorskiego |
— |
Is-Sur Jarosław DWORZAŃSKI, Marszałek Województwa Podlaskiego. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.