|
7.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5715)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/498/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 10a(1) u (13) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (2) tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (3) tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(3) |
Kull sena settur jew subsettur jista’ jiżdied mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara li ġie muri, f’rapport analitiku, li s-settur jew is-subsettur jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 14 u 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, wara bidla li għandha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew tas-subsettur. |
|
(4) |
Xi setturi li ma nstabux li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell NACE-4 fid-Deċiżjoni 2010/2/UE ġew diżaggregati u għadd ta’ subsetturi korrispondenti, li għalihom ċerti karatteristiċi speċifiċi u distintivi wasslu għal impatti differenti b’mod sinifikanti mill-bqija tas-settur, ġew ivvalutati. Għas-subsetturi “Drapp irqiq, xbieki, twapet żgħar, saqqijiet, twavel u prodotti oħrajn tal-fibri tal-ħġieġ, minbarra tessuti minsuġa” u “Suf tal-gagazza, suf tal-blat u suf minerali simili u t-taħlitiet tagħhom, fi kwantitajiet kbar, folji jew rombli”, din il-valutazzjoni wriet li jistgħu jintgħarfu faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li huma jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE. Is-subsetturi “Drapp irqiq, xbieki, twapet żgħar, saqqijiet, twavel u prodotti oħrajn tal-fibri tal-ħġieġ, minbarra tessuti minsuġa” u “Suf tal-gagazza, suf tal-blat u suf minerali simili u t-taħlitiet tagħhom, fi kwantitajiet kbar, folji jew rombli” għandhom jiżdiedu mal-lista tas-setturi u s-subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. |
|
(5) |
Il-kodiċi 2614 tal-livell NACE-4 “Manifattura tal-fibri tal-ħġieġ” tikkonsisti minn żewġ kodiċi Prodcom ta’ 6-ċifri. “261411 Ħjut, ftietel, ħjut mibrumin u ħjut imqatta’, tal-fibra tal-ħġieġ” u “261412 Drapp irqiq, xbieki, twapet żgħar, saqqijiet, twavel u prodotti oħrajn tal-fibri tal-ħġieġ, minbarra tessuti minsuġa”. Fid-Deċiżjoni 2010/2/UE, is-subsettur kopert permezz tal-kodiċi Prodcom ta’ 6 ċifri, 261411 kien meqjus li hu espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, se jkun kopert is-settur kollu tal-livell NACE 4 2614. Biż-żieda wkoll tal-kodiċi Prodcom 261412 mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-kodiċi 2614 tal-livell NACE 4 ġiet miżjuda mat-Taqsima 1.2 tal-lista, filwaqt li l-kodiċi Prodcom 261411 tħassret mit-Taqsima 2. |
|
(6) |
Id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 2010/2/UE
L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni 2011/278/UE
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fit-Taqsima 1.2, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata 2613:
|
|
2. |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-entrata li tikkorrispondi għall-parametru referenzjarju tal-prodott “Suf minerali” tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
Parametru referenzjarju tal-prodott |
Definizzjoni tal-prodotti koperti |
Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (limiti tas-sistema) |
Esponiment għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014 |
Parametru referenzjarju (kwoti/t) |
|
“Suf minerali |
Prodotti ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali għal applikazzjonijiet termali, akustiċi u tan-nar, immanifatturati bl-użu ta’ ħġieġ, blat jew suf tal-gagazza. |
Il-proċessi kollha, marbuta b’mod dirett jew indirett mal-passi ta’ produzzjoni tat-tidwib, is-sfibratura u l-injezzjoni ta’ aġent li jgħaqqad u t-twebbis u t-tnixxif u l-iffurmar huma inklużi. Għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat. |
iva |
0,682 ” |