28.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Belġju, tal-Awstrija, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Kroazja u tan-Nikaragwa fir-rigward tal-BSE
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5860)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/489/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi (1) li tinxtered, u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tal- Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat. |
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom (2). |
(3) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 17 — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri — adottata mill-OIE f’Mejju 2011 rigward l-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi. |
(4) |
F’Mejju 2012, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 16 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet lill-Belġju, lill-Brażil u lill-Kolombja bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u lill-Kroazja u n-Nikaragwa bħala pajjiżi li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex tikkonforma ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn l-Istati Membri u dawn il-pajjiżi terzi. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE
Stati Membri
— |
Il-Belġju |
— |
Id-Danimarka |
— |
L-Awstrija |
— |
Il-Finlandja |
— |
L-Isvezja |
Il-pajjiżi tal-EFTA
— |
L-Islanda |
— |
In-Norveġja |
Il-pajjiżi terzi
— |
l-Arġentina |
— |
L-Awstralja |
— |
Il-Brażil |
— |
Iċ-Ċilì |
— |
Il-Kolombja |
— |
L-Indja |
— |
In-New Zealand |
— |
Il-Panama |
— |
Il-Paragwaj |
— |
Il-Perù |
— |
Singapor |
— |
L-Urugwaj |
B. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE
Stati Membri
— |
il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, u r-Renju Unit. |
Il-pajjiżi tal-EFTA
— |
Il-Liechtenstein |
— |
L-Isvizzera |
Il-pajjiżi terzi
— |
Il-Kanada |
— |
Il-Kroazja |
— |
Il-Ġappun |
— |
Il-Messiku |
— |
in-Nikaragwa |
— |
Il-Korea t’Isfel |
— |
It-Tajwan |
— |
L-Istati Uniti |
C. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE
— |
Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.” |