21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Settembru 2011

dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil HSH Nordbank AG SA.29338 ((C 264/09, ex N 264/09))

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6483)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/477/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-Istati Membri u lill-partijiet l-oħra interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),

Billi,

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-30 ta’ April 2009, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għal HSH Nordbank AG (minn issa ‘l quddiem “HSH”) f’forma ta’ garanzija li tinkludi segment tat-tieni telf ta’ EUR 10 biljun (minn issa ‘l quddiem “irpar mir-riskju”) u injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun (minn issa ‘l quddiem “ir-rikapitalizzazzjoni”). Il-miżuri ġew ipprovduti indirettament mis-sidien tas-settur pubbliku ta’ HSH, jiġifieri mingħand il-Belt Ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg u l-Land ta’ Schleswig-Holstein (minn issa ‘l quddiem meta ssir referenza għalihom separatament dawn jissejħu “Hamburg” u “Schleswig-Holstein” rispettivament, u meta ssir referenza għalihom flimkien dawn jissejħu “is-sidien tas-settur pubbliku”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tad-29 ta’ Mejju 2009 fil-Każ N 264/09 (2) (minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ”), il-Kummissjoni awtorizzat ir-rikapitalizzazzjoni u l-irpar mir-riskju fuq perjodu ta’ sitt xhur għal HSH, bħala miżuri ta’ salvataġġ kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (3). Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ġermaniżi biex fi żmien tliet xhur jissottomettu pjan ta’ ristrutturar.

(3)

Fl-1 ta’ Settembru 2009, il-Ġermanja nnotifikat pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni.

(4)

Fit-22 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-irpar mir-riskju u tal-valwazzjoni tal-HSH fil-kuntest tar-rikapitalizzazzjoni (minn issa ‘l quddiem id-“Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura”) (4).

(5)

Fil-21 ta’ Novembru 2009, id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) u l-partijiet interessati ntalbu jissottomettu l-kummenti tagħhom fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-pubblikazzjoni.

(6)

Fit-30 ta’ Novembru u fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Sparkassen- und Giroverband für Schleswig-Holstein u mingħand Schleswig-Holsteinische Sparkassen-Vermögensverwaltungs- und Beteiligungs GmbH & Co. KG (minn issa ‘l quddiem meta ssir referenza għalihom separatament dawn jissejħu “SGVSH” u “SVB” rispettivament u meta ssir referenza għalihom flimkien dawn jissejħu “l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil”).

(7)

Fit-3 ta’ Diċembru 2009, fuq parir ta’ J.C. Flowers & Co. LLC (minn hawn ‘il quddiem “Flowers”), grupp ta’ investituri talbu lill-Kummissjoni għal estensjoni tal-iskadenza biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, u din ingħatatilhom fis-7 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tagħhom fis-17 ta’ Diċembru 2009.

(8)

Fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni għal estensjoni tal-iskadenza biex tissottometti l-kummenti tagħha, u din ingħatatilha fis-7 ta’ Diċembru 2009. Fis-7 ta’ Diċembru 2009, l-HSH ukoll talbet lill-Kummissjoni għal estensjoni tal-iskadenza biex tissottometti l-kummenti tagħha, u din ingħatatilha fis-17 ta’ Diċembru 2009. Fis-17 ta’ Diċembru 2009, il-Ġermanja ttrasferixxiet il-kummenti konġunti tas-sidien tas-settur pubbliku u ta’ HSH dwar id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura.

(9)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, saret laqgħa bejn Flowers, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, l-awtoritajiet Ġermaniżi u l-Kummissjoni.

(10)

Fil-21 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati lill-Ġermanja u talbitha tikkumenta dwarhom fi żmien xahar.

(11)

Fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Ġermanja ttrasferixxiet ir-risposta li taw is-sidien tas-settur pubbliku għall-kummenti ta’ Flowers u tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil.

(12)

Bejn Settembru 2009 u Frar 2010, saru diversi laqgħat, telekonferenzi u forom oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi u l-Kummissjoni fir-rigward tal-irpar mir-riskju, u b’mod partikolari tal-valwazzjoni tal-portafoll tal-assi li r-riskju tagħhom kien kopert mill-irpar mir-riskju (“il-portafoll protett”). L-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettew informazzjoni addizzjonali, inter alia, fis-6, fl-20, fil-21, fit-22, fit-23 u fid-29 ta’ Ottubru, fil-11, fit-12, fis-16 u fis-27 ta’ Novembru u fis-17 ta’ Diċembru 2009, fis-26 u fis-27 ta’ Jannar u fid-19 ta’ Frar 2010.

(13)

Il-pjan ta’ ristrutturar, l-irpar mir-riskju u r-rikapitalizzazzjoni, u l-valwazzjoni tal-portafoll protett ġew diskussi mill-awtoritajiet Ġermaniżi u mid-dipartimenti tal-Kummissjoni f’sensiela ta’ laqgħat, telekonferenzi u forom oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2009 u Ġunju 2011, inklużi l-5, il-21 u s-27 ta’ Ottubru, l-4, it-12, it-13, it-18, is-27 u t-30 ta’ Novembru, is-7, id-9, l-14 u l-15 ta’ Diċembru 2009, l-14 u d-19 ta’ Jannar, il-21 ta’ April, il-5, it-12, l-20, is-26, it-28 u l-31 ta’ Mejju, il-15 ta’ Ġunju, it-13, is-16, it-22 u t-23 ta’ Lulju, it-30 ta’ Settembru, it-22 ta’ Novembru, id-9 u t-22 ta’ Diċembru 2010, it-23 u t-28 ta’ Frar, it-18 ta’ Marzu, l-1 u t-8 ta’ April, il-25 ta’ Mejju u s-7, is-16 u d-29 ta’ Ġunju 2011. Il-verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar ġiet sottomessa fil-11 ta’ Lulju 2011.

(14)

Fil-5 ta’ Settembru 2011, il-Ġermanja ssottomettiet il-lista ta’ impenji li tinsab mehmuża fl-Anness I ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   ID-DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU

HSH Nordbank AG

(15)

Il-grupp HSH huwa l-ħames l-akbar Landesbank Ġermaniż li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Hamburg u f’Kiel. HSH hija kumpanija pubblika ta’ responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaft), li twaqqfet fit-2 ta’ Ġunju 2003 u li rriżultat mill-amalgamazzjoni bejn Hamburgische Landesbank u Landesbank Schleswig-Holstein. F’Ottubru 2006, Flowers (6) akkwistat 24,1 % mill-ishma ta’ HSH (26,6 % mid-drittijiet tal-vot) mingħand WestLB, bil-ħsieb li ssir offerta inizjali għall-pubbliku (IPO) ta’ HSH fl-2008.

(16)

Fil-31 ta’ Diċembru 2008, HSH kellha karta tal-bilanċ b’total ta’ EUR 208 biljun u EUR 112-il biljun ta’ assi mwieżna skont ir-riskju (“RWA”).

(17)

Wara l-implimentazzjoni tal-miżuri approvati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ fid-29 ta’ Mejju 2009, l-istruttura tas-sjieda ta’ HSH kienet kif ġej: Hamburg 10,89 %; Schleswig-Holstein 10,42 %; HSH Finanzfonds AöR, istituzzjoni tal-liġi pubblika stabbilita u kkontrollata minn Hamburg u Schleswig-Holstein b’ishma ndaqs, 64,18 %; SGVSH 4,73 %; SVB 0,58 %; u Flowers 9,19 % (7).

(18)

HSH hija bank kummerċjali, ir-reġjun ewlieni tagħha huwa t-Tramuntana tal-Ġermanja u tiffoka prinċipalment fuq operazzjonijiet bankarji kummerċjali u privati. L-attivitajiet bankarji kummerċjali jiffukaw fuq l-oqsma tat-trasport bil-baħar, tal-operazzjonijiet bankarji korporattivi, tat-trasport, tal-proprjetà immobbli u tal-enerġija rinnovabbli. HSH hija l-akbar fornitur dinji ta’ finanzjamenti fis-settur tat-trasport bil-baħar u għandha sehem sinifikanti fis-suq tal-finanzjamenti fis-settur tal-avjazzjoni (parti mis-settur kummerċjali tagħha fit-trasport). Sa Diċembru 2008 HSH kienet irrappreżentata f’21 ċentru finanzjarju prinċipali fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Amerika.

(19)

HSH hija wieħed mill-banek pubbliċi Ġermaniżi li sat-18 ta’ Lulju 2005 ibbenefikat mill-garanziji illimitati mill-Istat, li huma l-Anstaltslast u l-Gewährträgerhaftung (8).

(20)

Fil-bidu tad-disgħinijiet, saru xi trasferimenti ta’ assi u ta’ kapital li jammontaw għal EUR 523 miljun, li ffavorixxew lill-istituti predeċessuri tal-HSH, il-Hamburgische Landesbank u l-Landesbank Schleswig-Holstein. Fl-20 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk it-trasferimenti ma kinux kompatibbli mal-għajnuna mill-Istat u kellhom jinġabru lura (9). HSH kellha terġa’ tħallas lis-sidien tas-settur pubbliku tagħha l-ammont totali ta’ EUR 756 miljun, inkluż l-imgħax. Hija ħallset dan l-ammont f’żewġ pagamenti, wieħed fil-31 ta’ Diċembru 2004 u l-ieħor fit-3 ta’ Jannar 2005.

(21)

Fl-20 ta’ Lulju 2005, l-azzjonisti żiedu l-kapital ta’ HSH b’EUR 556 miljun, bil-għan li jikkumpensaw għall-ħruġ tal-kapital (10). Il-kapital ġie miżjud permezz tal-fondi tagħhom stess li ġew abbinati mal-hekk imsejħa pagamenti parzjali. Bħala konsegwenza ta’ dan il-mekkaniżmu, l-istruttura tas-sjieda ma nbidlitx wisq. Fis-6 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li ż-żieda fil-kapital saret f’konformità mal-prinċipju tal-investitur fis-suq, u għaldaqstant ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (11).

(22)

F’nofs Lulju tal-2008, l-azzjonisti ta’ HSH iddeċidew li jżiedu l-bażi kapitali tagħha bil-għan li jiffinanzjaw it-tkabbir tagħha. Il-miżuri ta’ kapital kellhom volum ta’ kważi EUR 2 biljun, u madwar EUR 1,26 biljun minn dik iċ-ċifra kienu fondi ġodda.

(23)

L-ewwel parti tal-miżuri ta’ kapital kienet tikkonsisti fil-konverżjoni tal-parteċipazzjonijiet silenzjużi kollha (stille Beteiligungen) li kienu fil-pussess tas-sidien tas-settur pubbliku, f’ishma ordinarji li b’kollox jammontaw għal EUR 685 miljun (12), u f’ishma privileġġjati li b’kollox jammontaw għal EUR 57 miljun. Fi żmien il-konverżjoni, Flowers iffirmat għal ħruġ ta’ ekwità fi flus sabiex tiġi evitata d-dilwizzjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom (13). B’riżultat ta’ hekk, HSH rċeviet madwar EUR 300 miljun aktar.

(24)

Bħala t-tieni parti tal-miżuri ta’ kapital, is-sidien għamlu kontribuzzjoni ġdida ta’ kapital silenzjuż konvertibbli, li b’kollox tammonta għal EUR 962 miljun. Il-parteċipazzjoni tal-azzjonisti pubbliċi u privati kienet tikkostitwixxi sħubija silenzjuża skont il-proporzjon tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom (parteċipazzjoni azzjonarja pubblika: EUR 660 miljun, dik privata: EUR 240 miljun). L-azzjonisti privati akkwistaw EUR 62 miljun aktar. Fil-31 ta’ Diċembru 2010, dawn is-sħubiji silenzjużi ġew ikkonvertiti f’ishma ordinarji.

(25)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ kapital deskritti fil-paragrafi (22) sa (24). Skont il-Kummissjoni, l-investimenti magħmula mill-azzjonisti tas-settur pubbliku kienu konformi mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq, minħabba li kien hemm investitur privat li pparteċipa fit-tranżazzjoni b’mod sinifikattiv u taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ azzjonist tas-settur pubbliku. Fl-1 ta’ Awwissu 2008, il-Kummissjoni infurmat lil Ġermanja li mhux se tkompli ssegwi l-kwistjoni.

(26)

Fil-perjodu ta’ bejn l-1999 u l-2009, HSH irreġistrat telf kumulat ta’ EUR 1,85 biljun u ħallset dividendi kumulati ta’ EUR 354 miljun lis-sidien tas-settur pubbliku tagħha. Fl-istess perjodu, is-sidien tas-settur pubbliku rrikapitalizzaw lil HSH b’kapital ġdid li jammonta għal xi EUR [4-5] (*1) biljun u b’obbligazzjonijiet garantiti ta’ mhux aktar minn EUR 166 biljun.

Tabella 1

Dejta finanzjarja ewlenija ta’ HSH għas-sidien tas-settur pubbliku fil-perjodu ta’ bejn l-1999 u l-2009  (14)

Is-sena kummerċjali

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

Profitt u Telf (f’miljuni ta’ EUR) (15)

111

110

204

239

261

127

400

460

270

–3 195

– 838

Profitt u Telf Kumulati (f’miljuni ta’ EUR)

111

221

425

664

925

1 052

1 452

1 912

2 182

–1 013

–1 851

Pagamenti ta’ dividendi lis-sidien tas-settur pubbliku (f’miljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

36

44

72

96

105

0

0

Pagamenti ta’ dividendi kumulati lis-sidien tas-settur pubbliku (f’miljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

36

80

153

248

354

354

354

Injezzjoni ta’ kapital ġdid mis-sidien (f’miljuni ta’ EUR) skont il-GAAP lokali

 

 

 

 

 

 

[300-600]

0

0

[700-1 400 ]

3 000

Injezzjoni ta’ kapital kumulat mis-sidien tas-settur pubbliku (f’miljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

 

 

[300-600]

[300-600]

[300-600]

[1 000 -2 000 ]

[4 000 -5 000 ]

Irpar mir-riskju - garanzija (f’biljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Obbligazzjonijiet garantiti (f’biljuni ta’ EUR), magħmula minn

 

 

162

166

152

144

161

88

78

75

73

Gewährträgerhaftung (f’biljuni ta’ EUR)

 

 

162

166

152

144

161

88

78

65

56

Garanziji mis-SoFFin (f’biljuni ta’ EUR)

 

 

0

0

0

0

0

0

0

10

17

(27)

Istorikament, HSH ġiet ikklassifikata fil-kategorija AA mit-tliet aġenziji ewlenija ta’ klassifikazzjoni (16). Il-klassifikazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil irriflettiet il-garanziji illimitati mill-Istat mogħtija mis-sidien tas-settur pubbliku ta’ HSH. Is-suppożizzjoni li s-sidien tas-settur pubbliku se jibqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom fil-ġejjieni hija fattur sinifikanti għall-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ HSH, billi din tinkludi żieda (17) ta’ 7 livelli fil-klassifikazzjoni ta’ Fitch. Abbażi tal-fatturi ta’ appoġġ, Moody’s assenjat żieda ta’ 7 livelli b’kollox, fejn livell minnhom ġie assenjat għall-appoġġ mogħti mis-sidien tas-settur pubbliku (appoġġ reġjonali).

(28)

Il-klassifikazzjoni awtonoma C (għal Moody’s il-“Bank Financial Strength Rating”, jew “BFSR”) (18) irriflettiet l-opinjoni tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni li kienet li HSH kellha saħħa finanzjarja adatta bi franchise ta’ kummerċ limitat iżda li fl-istess ħin kien ta’ valur. Skont il-metodoloġija tal-BFSR ta’ Moody’s, il-banek li jiġu kklassifikati fil-kategorija C juru jew li għandhom prinċipji fundamentali finanzjarji aċċettabbli f’ambjent previdibbli u stabbli jew inkella li għandhom prinċipji fundamentali finanzjarji tajba f’ambjent operattiv inqas previdibbli u inqas stabbli.

(29)

F’Lulju tal-2004, Fitch bdiet tikklassifika l-obbligazzjonijiet mhux garantiti ta’ HSH fil-kategorija A, filwaqt li żammet il-klassifikazzjoni awtonoma tagħha fil-kategorija C. Sussegwentement, Moody’s u S&P ħarġu bil-klassifikazzjonijiet tagħhom għall-obbligazzjonijiet mhux garantiti f’Lulju tal-2005. Sa ma bdiet il-kriżi fl-2008, il-klassifikazzjonijiet ta’ HSH baqgħu stabbli.

(30)

Minn Ottubru 2008 ‘l hawn, wieħed jista’ josserva żewġ xejriet fil-klassifikazzjonijiet ta’ HSH. L-ewwel xejra bdiet f’Ottubru tal-2008, fejn Fitch u Moody’s niżżlu l-klassifikazzjonijiet awtonomi ta’ HSH għal kategorija aktar baxxa ta’ D u għall-kategorija ogħla ta’ E (il-kategorija E hija l-iktar kategorija baxxa possibbli fil-klassifikazzjoni tal-BFSR ta’ Moody’s) (19). Bħala raġunijiet għat-tnaqqis fil-klassifikazzjoni, l-aġenziji semmew (a) ir-riskju sinifikanti li ġej mill-bażi ċiklika tal-assi ta’ HSH u b’mod partikolari mill-assi fil-qasam tat-trasport bil-baħar; (b) l-aċċess limitat ta’ HSH għall-kapital minkejja li din kienet tmexxi attività kummerċjali ta’ self li kienet tirrikjedi kapital kbir; u (c) il-profittabbiltà dgħajfa u baxxa ta’ HSH meta mqabbla mal-livelli ta’ qabel il-kriżi minħabba li kien hemm inqas dħul mill-assi, minħabba livelli relattivament ogħla ta’ proviżjonament għar-riskji fis-settur tal-finanzi bbażat fuq l-assi u minħabba ż-żieda konsiderevoli fl-ispejjeż ta’ finanzjament meta mqabbla ma’ dawk li kien hemm qabel il-kriżi. Barra minn dan, l-aġenziji qajmu tħassib fundamentali dwar il-profil kummerċjali ta’ HSH. Minħabba li HSH, m’għandhiex xi aċċess sinifikanti għal klijenti individwali, il-bank se jkompli jserraħ fuq is-swieq fil-livell tal-operaturi fejn se jkun diffiċli għalih li jassigura l-fondi. Il-konformità ma’ rekwiżiti regolatorji aktar stretti fir-rigward tal-kapitalizzazzjoni, tar-riżervi ta’ likwidità u tad-diskrepanzi fil-finanzjament ikunu jikkostitwixxu sfida għall-banek li huma purament fil-livell tal-operaturi bħalma hija HSH.

(31)

It-tieni xejra bdiet f’Mejju tal-2009, meta S&P niżżlet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ HSH għal BBB+, segwita minn Moody’s u Fitch li f’Mejju u f’Lulju 2010 niżżlu l-klassifikazzjoni ta’ HSH għal A3/A-. Sabiex jiġġustifikaw din id-degradazzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni rrimarkaw li l-appoġġ kontinwu mingħand is-sidien tas-settur pubbliku kien limitat minħabba (a) ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u (b) ir-restrizzjonijiet baġitarji tagħhom. Il-miżuri estensivi ta’ appoġġ li ġew implimentati fil-passat kienu ta’ piż kbir fuq is-saħħa finanzjarja tas-sidien tas-settur pubbliku, tant illi ma jkunux daqstant imħajra joffru appoġġ ulterjuri. Aspett importanti fl-ivvalutar tad-disponibbiltà tas-sidien tas-settur pubbliku li joffru miżuri ulterjuri ta’ appoġġ, kien l-ammont kbir ta’ dejn li jgawdi mill-klawżola ta’ anterjorità (20), u li mbagħad baqa’ fuq il-karta tal-bilanċ ta’ HSH.

L-avvenimenti li wasslu għall-miżuri ta’ salvataġġ

(32)

Sa mill-2007, minħabba l-kriżi finanzjarja, il-valur tal-portafoll tal-kreditu strutturat (CIP) (21) ta’ HSH, li kien ta’ USD 30 biljun, ġie aġġustat b’tali mod li tnaqqas b’EUR 1,3 biljun. L-effett tal-kriżi li nfirex fuq l-ekonomija reali affettwa negattivament il-portafoll tradizzjonali ta’ self u kellu impatt serju fuq il-kwalità tal-pretensjonijiet ta’ HSH relatati mal-finanzjament tal-proġetti tagħha fl-oqsma tat-trasport bil-baħar, tal-proprjetà immobbli u tal-enerġija rinnovabbli. It-tnaqqis ulterjuri ta’ EUR 1,6 biljun mill-valur tas-CIP u l-provvedimenti għal telf mis-self ta’ EUR 1,9 biljun fil-portafoll ta’ self ikkontribwixxew ħafna għar-riżultat negattiv ta’ EUR 3,2 biljun fl-2008.

(33)

Il-falliment ta’ Lehman Brothers f’Settembru 2008 intensifika wkoll id-diffikultajiet ta’ rifinanzjament ta’ HSH, u b’hekk hija applikat għall-garanziji ta’ likwidità li ammontaw għal EUR 30 biljun mas-Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung (il-Fond Ġermaniż għall-Istabbilizzar tas-Swieq Finanzjarji, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “SoFFin”).

(34)

Fid-29 ta’ April 2009, il-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (ir-Regolatur Bankarju Ġermaniż, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “BaFin”) informa lil HSH li, fid-dawl tas-sitwazzjoni regolatorja attwali tagħha, BaFin qies li HSH sabitha diffiċli tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji tal-kapital. BaFin ħabbar li jekk is-sidien ta’ HSH ma kinux se jsaħħu l-bażi tal-kapital tagħha, hu kien se jsejjaħ għal moratorju skont il-paragrafu 47 tal-Att Bankarju Ġermaniż.

(35)

Fis-6 ta’ Mejju 2009, S&P niżżlet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ HSH b’żewġ livelli minn A għal BBB + bi prospetti negattivi.

3.   IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

(36)

F’Mejju u f’Ġunju 2009, HSH ingħatat żewġ tipi ta’ għajnuniet mingħand Schleswig-Holstein u mingħand Hamburg: ir-rikapitalizzazzjoni li kienet tammonta għal EUR 3 biljun u l-miżura ta’ garanzija fuq it-tieni telf li kienet tammonta għal EUR 10 biljun (l-“irpar mir-riskju”). Barra minn hekk, HSH ingħatat l-għajnuna mingħand SoFFin f’forma ta’ garanziji ta’ likwidità li fl-aħħar kienu jammontaw għal EUR 17-il biljun (minn issa ‘l quddiem imsejħa “garanziji ta’ likwidità”).

3.1.   IR-RIKAPITALIZZAZZJONI

(37)

Ir-rikapitalizzazzjoni kienet tikkonsisti fi skambju ta’ injezzjoni ta’ flus li b’kollox kienu jammontaw għal EUR 3 biljun tal-kapital prinċipali tal-Grad 1, ma’ ishma ordinarji li jġorru d-dritt tal-vot. L-ishma nħarġu minn HSH u ġew sottoskritti kompletament minn HSH Finanzfonds AöR. Din tal-aħħar hija istituzzjoni tal-liġi pubblika li ġiet stabbilita minn Hamburg u Schleswig-Holstein. Hija tinsab fil-pussess tagħhom u dawn jikkontrollawha b’ishma ndaqs.

(38)

HSH Finanzfonds AöR akkwistat il-mezzi finanzjarji meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni billi ħarġet xi bonds fis-swieq kapitali. L-obbligazzjonijiet li rriżultaw mill-ħruġ ta’ bonds huma ggarantiti bl-istess mod minn Hamburg u minn Schleswig-Holstein bħala debituri parzjali u permezz tal-garanziji fil-konfront tad-detenturi ta’ bonds. Il-bonds maħruġa minn HSH Finanzfonds AöR iservu biss għall-finanzjament tar-rikapitalizzazzjoni ta’ HSH. HSH Finanzfonds AöR topera esklużivament bħala mutur ta’ Hamburg u Schleswig-Holstein u m’għandha l-ebda skop ieħor ħlief li tipprovdi r-rikapitalizzazzjoni u l-irpar mir-riskju.

(39)

Il-prezz għall-ħruġ tal-ishma l-ġodda, ibbażat fuq il-valwazzjoni ta’ HSH mwettqa minn PricewaterhouseCoopers (“PwC”), laħaq valur fil-medda ta’ bejn iż-EUR [> 2] biljun u t-EUR [< 3] biljun (EUR [> 19] sa EUR [< 28] kull sehem). Il-valur medju ta’ HSH abbażi ta’ din il-valwazzjoni huwa ta’ EUR [2-3] biljun (EUR [19-28] kull sehem). Il-valwazzjoni ġiet stabbilita qabel ma HSH niżlet fil-klassifikazzjoni fis-6 ta’ Mejju 2009. L-impatt li kellu t-tnaqqis fil-valur ta’ HSH ma ġiex ikkunsidrat fil-valwazzjoni, iżda ġie meqjus matul id-diskussjonijiet dwar l-ipprezzar. Il-valwazzjoni ġiet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li fl-2013 se jkun hemm progress u li HSH se terġa’ titla’ għall-kategorija A tal-klassifikazzjoni, fejn kienet tinsab qabel.

(40)

Hamburg u Schleswig-Holstein xtaqu jilħqu remunerazzjoni annwali ta’ 10 % għat-EUR 3 biljun akkwistati f’forma ta’ kapital ġdid injettat (EUR 300 miljun fis-sena). Minħabba li l-pjan ta’ direzzjoni tal-kummerċ ta’ HSH ma pprevediex biżżejjed profitti għall-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2012 biex jitħallas dividend ta’ 10 % fuq l-ishma ordinarji kollha, il-prezz tal-ħruġ tal-ishma ordinarji l-ġodda niżel bl-ammont ta’ pagament ta’ dividendi skontat b’10 %, għall-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2012. Il-valur attwali tal-ħlas ta’ dividendi ta’ 10 % għall-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2012 jammonta għal EUR [650-800] miljun (EUR [3-6] kull sehem). Il-prezz tal-ishma l-ġodda huwa ffissat għal EUR 19 kull sehem (EUR [19-28] neqsin EUR [3-6]). HSH Finanzfonds AöR akkwistat 157 894 737 ishma ordinarji ġodda.

(41)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u Flowers ma ħadux sehem fir-rikapitalizzazzjoni. Konsegwentement, wara ir-rikapitalizzazzjoni, il-parteċipazzjonijiet azzjonarji tagħhom li kienu ta’ 13,20 %, 1,62 % u 25,67 % niżlu għal 4,73 %, 0,58 % u 9,19 % rispettivament, u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji konġunti diretti u indiretti ta’ Hamburg u ta’ Schleswig-Holstein (inklużi l-ishma miżmuma permezz ta’ HSH Finanzfonds AöR) li kienu ta’ 59,51 % żdiedu għal 85,49 %.

3.2.   L-IRPAR MIR-RISKJU

(42)

L-irpar mir-riskju ġie adottat fl-istess żmien mar-rikapitalizzazzjoni f’Ġunju tal-2009. Dan ukoll ġie pprovdut direttament minn HSH Finanzfonds AöR. La l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u lanqas Flowers ma ħadu sehem f’din il-miżura. L-irpar mir-riskju huwa magħmul minn garanzija fuq it-tieni telf li tammonta għal EUR 10 biljun, li tkopri lil HSH minn telf imġarrab sa ċertu data speċifika f’Marzu 2009, minn fuq portafoll ta’ madwar EUR 172 biljun (valur ta’ EUR 187 biljun skopertura f’każ ta’ inadempjenza). Is-segment tal-ewwel telf ta’ EUR 3,2 biljun għandu jiġi kopert minn HSH. Is-segment tat-tieni telf ta’ mhux aktar minn EUR 10 biljun għandu jiġi kopert minn HSH Finanzfonds AöR. It-telf li l-ammont tiegħu jmur lil hinn minn EUR 13,2 biljun (meta jingħaddu s-segmenti tal-ewwel u tat-tieni telf flimkien) għandu jiġi kopert minn HSH. Il-valur ta’ trasferiment tal-portafoll protett huwa ta’ [madwar EUR 168] biljun (il-valur totali tal-assi [madwar EUR 172] biljun nieqes EUR 3,2 biljun).

(43)

Fil-prinċipju, HSH tista’ tikkanċella l-garanzija fi kwalunkwe ħin, iżda sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-kanċellazzjoni se tkun limitata għal total ta’ EUR [2-5] biljun u sa mhux aktar minn EUR [1-4] biljun fis-sena. Fid-9 ta’ Marzu 2011, HSH ikkanċellat biljun Euro mill-garanzija. Fit-18 ta’ Ġunju u mill-ġdid fis-6 ta’ Settembru 2011, HSH ikkanċellat biljun Euro ieħor mill-garanzija, u għaldaqstant naqqset il-garanzija li kien għad fadal għal EUR 7 biljun. BaFin ġie infurmat dwar dawn il-kanċellazzjonijiet. BaFin għamilha ċara li ma kienx se joġġezzjona.

Il-kompożizzjoni tal-portafoll protett

(44)

L-assi danneġġati bħalma huma t-titoli abbażi ta’ assi (“ABS”) jirrappreżentaw madwar [3-6] % tal-portafoll ta’ madwar EUR [172] biljun kopert mill-irpar mir-riskju. Il-biċċa l-kbira tal-assi protetti jikkonsistu f’self mill-klijenti - l-attività ewlenija ta’ HSH. Il-portafoll protett huwa ddenominat f’diversi muniti inklużi l-EUR, l-USD u l-GBP.

Tabella 2

Id-dejta diżaggregata tal-assi protetti li jammontaw għal madwar EUR [172] biljun

Il-kategorija tal-assi

L-assi fuq il-karta tal-bilanċ

(f’biljuni ta’ EUR)

Il-% mill-portafoll

Self għall-klijent

[madwar 115]

(…)

Titoli ta’ introjtu fiss

[madwar 30]

(…)

Selfiet garantiti negozjabbli (22)

[madwar 15]

(…)

Titoli abbażi ta’ assi

[madwar 10]

(…)

Garanziji fuq il-pagamenti

[madwar 5]

(…)

Total

[madwar 172]

100,0

Il-valwazzjoni tal-assi protetti

(45)

Qabel ma ġie implimentat l-irpar mir-riskju, HSH ma qabbditx lill-esperti esterni biex iwettqu valwazzjoni tal-portafoll kollu - fil-fatt saret biss il-valwazzjoni tal-portafoll tal-ABS u ta’ parti mill-portafoll tas-CIP minn Blackrock u minn Cambridge Place. Fuq talba tal-Kummissjoni, HSH wettqet valwazzjoni tal-portafoll protett bejn Novembru 2009 u Jannar 2010, ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar xenarju ta’ kriżi kbira. Il-valwazzjoni tmexxiet f’kooperazzjoni mal-esperti tal-Kummissjoni. Is-suppożizzjonijiet tal-valwazzjoni kienu konformi max-xenarji ta’ kriżi kbira applikati mill-Kummissjoni f’każijiet oħrajn. Il-valwazzjoni ġiet ibbażata fuq analiżi profonda ta’ kampjun ta’ 40 tranżazzjoni b’valur kunċettwali ta’ biljun Euro, jiġifieri 0,6 % min-nefqa totali, u ta’ valwazzjoni tas-segment ta’ parti kbira rappreżentattiva tal-portafoll li saret permezz tas-sistema CDOROM (23) ta’ Moody’s. Is-suppożizzjonijiet sottostanti ġew diskussi mal-esperti tal-Kummissjoni. HSH ġiet mgħejuna mill-espert estern tagħha Morgan Stanley, li kkonferma l-eżattezza teknika tal-kalkulazzjonijiet. L-effett ta’ sulliev tal-kapital li kellu l-irpar mir-riskju fil-mument tal-implimentazzjoni tiegħu ġie kkalkulat li kien jammonta għal [madwar EUR 3,5] biljun. L-eżattezza tal-metodu u tal-kalkulazzjonijiet sottostanti użati biex jiġi ddeterminat l-effett ta’ sulliev tal-kapital ġiet ikkonfermata minn BaFin fi Frar tal-2010.

Ir-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju

(46)

Skont il-kuntratt dwar l-allokazzjoni ta’ garanzija konkluż bejn HSH Finanzfonds AöR u HSH fit-2 ta’ Ġunju 2009, HSH Finanzfonds AöR se tirċievi primjum li jammonta għal 400 punt ta’ bażi fis-sena fuq l-ammont nominali tal-garanzija (EUR 10 biljun) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “primjum bażiku”) għall-għoti tal-garanzija fuq it-tieni telf. Il-prelevamenti u l-kanċellazzjonijiet inaqqsu l-ammont li fuqu titħallas ir-remunerazzjoni ta’ 400 punt ta’ bażi. It-Tabella 3 ta’ hawn isfel tindika l-ammont totali tal-pagament kumulattiv fi tliet xenarji differenti: (a) Xenarju 1: Il-każ bażi ta’ HSH, li jassumi li l-garanzija mhux se tiġi prelevata u li se tkun ikkanċellata kollha kemm hi minn HSH sal-aħħar tas-sena 2015; (b) Xenarju 2: ix-xenarju intermedjarju, li jassumi li se jkun hemm prelevament ta’ EUR 5 biljun mill-garanzija; u (c) Xenarju 3: il-każ sottostanti tal-valwazzjoni tal-assi, li jassumi li l-garanzija se tiġi prelevata kollha kemm hi sal-[2015-2020] (ma ssir l-ebda kanċellazzjoni).

Tabella 3

Ir-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju f’xenarji differenti skont il-proposti tal-Ġermanja

(F’miljuni ta’ EUR)

 

Xenarju 1

(Prelevament ta’ EUR 0 mill-garanzija)

Xenarju 2

(Prelevament ta’ EUR 5 biljun mill-garanzija)

Xenarju 3

(Prelevament ta’ EUR 10 biljun mill-garanzija)

Primjum bażiku (400 punt ta’ bażi fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija)

[> 1,5]

[> 2,5]

[> 4]

(47)

Matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-pagamenti tal-primjum bażiku jkunu jirrappreżentaw bejn EUR [100-150] miljun u EUR 405 miljun fis-sena, skont l-ammonti li jiġu prelevati mill-garanzija, kif deskritti fit-Tabella 4 ta’ hawn isfel.

Tabella 4

Il-pagament tal-primjum bażiku previst (400 punt ta’ bażi) minn HSH għal HSH Finanzfonds AöR f’miljuni ta’ EUR, matul il-perjodu ta’ ristrutturar

(F’miljuni ta’ EUR)

 

2009 valur reali

2010 valur reali

2011

2012

2013

2014

Xenarju 1 (prelevament ta’ EUR 0)

– 300

– 405

– [300- 350]

– [200-250]

– [150-200]

– [100-150]

Xenarju 2 (prelevament ta’ EUR 5 biljun)

– 300

– 405

– [300- 350]

– [200-250]

– [180-230]

– [150-200]

Xenarju 3 (prelevament ta’ EUR 10 biljun)

– 300

– 405

– [300-400]

– [300-400]

– [300-400]

– [300-400]

3.3.   IL-GARANZIJI TA’ LIKWIDITÀ

(48)

Barra minn hekk, HSH kienet applikat għal garanziji ta’ likwidità SoFFin li jkopru ħruġ ġdid ta’ dejn ta’ mhux aktar minn EUR 30 biljun. SoFFin approvat il-ħruġ tal-ewwel segment ta’ EUR 10 biljun fil-bidu ta’ Diċembru 2008. Il-garanziji ġew approvati fil-qafas tal-iskema Ġermaniża ta’ salvataġġ (24). L-EUR 20 biljun li kien għad fadal kellhom jiġu attivati wara s-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar. It-tieni segment ta’ EUR 20 biljun ġie attivat wara li fis-7 ta’ Marzu 2009 HSH issottomettiet il-pjan ta’ ristrutturar lil SoFFin. Sat-30 ta’ Settembru 2009, ġew prelevati total ta’ EUR 17-il biljun. Sa mill-1 ta’ Jannar 2010, SoFFin naqqset il-limitu tal-garanzija minn EUR 30 biljun għal EUR 17 miljun. Il-limitu ma reġax ġie estiż.

4.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

4.1.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR INIZJALI U R-REVIŻJONI SUSSEGWENTI TAL-PREVIŻJONIJIET FINANZJARJI

(49)

Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali li ġie sottomess fl-1 ta’ Settembru 2009 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-pjan ta’ ristrutturar inizjali”), ġie deskritt fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura (mill-paragrafu 23 sal-paragrafu 28). F’sottomissjonijiet sussegwenti fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2009 u Ġunju 2011, ingħatat informazzjoni addizzjonali dwar il-mudell ta’ ristrutturar li jinsab fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali. Il-verżjoni modifikata tal-pjan ta’ ristrutturar ġiet sottomessa fil-11 ta’ Lulju 2011 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-pjan ta’ ristrutturar modifikat”). Il-previżjonijiet finanzjarji fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali flimkien mal-aġġornamenti relatati jinsabu deskritti fil-qosor hawn isfel.

(50)

Għall-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2014, il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ppreveda tnaqqis ta’ [madwar 20 %] fl-introjtu mill-imgħax nett, jiġifieri minn madwar EUR [1,4] biljun għal madwar EUR [1,1] biljun. Fir-rigward ta’ elementi oħra tar-riżultati finanzjarji, HSH pprevediet li bejn l-2009 u l-2014, qabel ir-ristrutturar (u wara l-provvedimenti għal telf mis-self), se jkun hemm żieda ta’ aktar minn 200 % fl-introjtu nett għall-bank ewlieni (25), jiġifieri minn madwar EUR [350] miljun għal madwar EUR [1,1] biljun. Il-previżjoni tal-introjtu nett għal qabel ir-ristrutturar fl-2014, bl-ammont ta’ madwar EUR [1,1] biljun, kienet tinkludi effett pożittiv ta’ madwar EUR [100] miljun li jirriżulta mill-irkupru ta’ parti mill-provvedimenti għal telf mis-self. Kemm l-introjtu mill-miżati kif ukoll il-profitt mill-kummerċjalizzazzjoni kienu jirrappreżentaw [xi 20 %] il-wieħed mill-introjtu nett qabel l-ispiża tar-ristrutturar tal-bank ewlieni fl-2014. Fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat, il-previżjoni tal-introjtu nett għal qabel ir-ristrutturar fl-2014 ġiet riveduta biex l-introjtu ġie jammonta EUR [350-450] miljun, fejn [10-15] % minnhom jirrappreżentaw l-introjtu mill-miżati u l-profitt mill-kummerċjalizzazzjoni.

(51)

Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ppreveda tnaqqis fl-assi totali ta’ HSH, minn madwar EUR [175] biljun fl-2009 għal madwar EUR [150] biljun fl-2014. Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ppreveda żieda fl-assi tal-bank ewlieni, minn madwar EUR [100] biljun fl-2009 għal madwar EUR [110] biljun fl-2014. Il-pjan ta’ ristrutturar modifikat irreveda l-previżjonijiet tal-assi totali għal HSH u għall-bank ewlieni fl-2014, biex dawn ġew jammontaw EUR 120 biljun u EUR 82 biljun rispettivament.

(52)

Skont il-pjan ta’ ristrutturar inizjali, l-assi tas-segment tal-bank settorjali li jinkludi l-oqsma tat-trasport bil-baħar, tal-enerġija u tat-trasport kellhom jiżdiedu minn madwar EUR [30] biljun fl-2009 għal madwar EUR [35] biljun fl-2014, fejn EUR [20] biljun minnhom kellhom ikunu prinċipalment assi fil-qasam tat-trasport bil-baħar iffinanzjati f’USD. Fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat, il-previżjonijiet tal-assi tas-segment tal-bank settorjali u tal-assi fil-qasam tat-trasport bil-baħar fl-2014 ġew riveduti biex ġew jammontaw EUR [20-25] biljun u EUR 15-il biljun rispettivament. B’paragun mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali, il-pjan ta’ ristrutturar modifikat ma baqax jinkorpora l-linja kummerċjali tal-avjazzjoni.

(53)

Fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 previst kien ta’ madwar [10] % fl-2014 u fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat dan ġie rivedut għal [10-15] %.

(54)

Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali pprovda dejta diżaggregata għall-2014 bis-sorsi ta’ finanzjament previsti biex jiffinanzjaw parti mill-bilanċ bil-valur ta’ xi EUR [100] biljun (inklużi madwar EUR [25] biljun li kienu finanzjamenti mhux garantiti fil-livell tal-operaturi), filwaqt li ħalla diskrepanza fil-likwidità ta’ xi EUR [50] biljun kontra l-valur totali previst tal-assi ta’ madwar EUR [150] biljun. Fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat, ġiet imnaqqsa d-diskrepanza fil-likwidità bejn l-assi totali previsti u l-obbligazzjonijiet totali previsti u HSH ipprovdiet informazzjoni dwar is-sorsi ta’ finanzjament li għandhom jintużaw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ finanzjament li jirriżultaw mid-diskrepanza.

(55)

Is-suppożizzjonijiet ta’ tkabbir fis-setturi ewlenija tal-attività ta’ HSH hekk kif ġew ippreżentati fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali u s-suppożizzjonijiet hekk kif ġew aġġustati fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat jinsabu fit-tabella ta’ hawn isfel.

Tabella 5

Il-paragun bejn ir-rati ta’ tkabbir fis-settur tat-trasport bil-baħar u f’dak korporattiv

Settur

Pjan ta’ ristrutturar inizjali

(l-1 ta’ Settembru 2009)

Pjan ta’ ristrutturar modifikat

(il-11 ta’ Lulju 2011)

Rimarka dwar is-suppożizzjoni ta’ tkabbir fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat

Trasport bil-baħar

Rata ta’ tkabbir f’operazzjonijiet kummerċjali ġodda ta’ madwar [250] % bejn l-2010 (valur reali) u l-2014 (rata ta’ tkabbir annwali komposta ta’ xi [40] %)

Rata ta’ tkabbir f’operazzjonijiet kummerċjali ġodda ta’ [90-130] % bejn l-2010 (valur reali) u l-2014 (rata ta’ tkabbir annwali komposta ta’ xi […] %)

Ir-rata tat-tkabbir hija bbażata fuq volum assolut annwali li skont il-medja huwa ta’ EUR […] f’operazzjonijiet kummerċjali ġodda bejn l-2011 u l-2014. Dan joħloq paragun mal-volum totali tas-suq li skont il-medja huwa ta’ madwar EUR [25] biljun f’operazzjonijiet kummerċjali ġodda matul il-perjodu msemmi.

Korporattiv

Tkabbir fil-volum tas-self b’madwar [100] % bejn l-2010 (valur reali) u l-2014

Tkabbir fil-volum tas-self b’madwar […] % bejn l-2010 (valur reali) u l-2014

Dak it-tkabbir jikkorrespondi ma’ volum assolut ta’ operazzjonijiet kummerċjali ġodda ta’ EUR […] biljun fuq perjodu ta’ erba’ snin u joħloq paragun mal-assi totali f’dak is-settur li sal-31 ta’ Diċembru 2008 kienu jammontaw għal EUR 25,7 biljun.

4.2.   DESKRIZZJONI ĠENERALI TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR MODIFIKAT

(56)

Il-pjan ta’ ristrutturar modifikat ġie sottomess fil-11 ta’ Lulju 2011. Huwa jinkludi bidliet sostanzjali fil-mudell kummerċjali ta’ HSH. Xi karatteristiċi tal-mudell kummerċjali ġdid huma: riskju mnaqqas, punt fokali li jagħfas aktar fuq l-attivitajiet kummerċjali reġjonali u sostenibbiltà fuq il-lat tal-finanzjament kif ukoll fuq dak tas-self. Il-miżuri ta’ ristrutturar ippjanati u li diġà ġew inizjati jinkludu, minbarra l-iffukar fuq l-attivitajiet kummerċjali ewlenija u konsegwentement iċ-ċessjoni jew il-waqfien ta’ diversi attivitajiet u parteċipazzjonijiet kbar, l-adattament tan-netwerk tal-fergħa u l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-ispejjeż. Il-pjan ta’ ristrutturar modifikat jinkludi t-twaqqif ta’ Unità Interna tar-Ristrutturar fejn l-attivitajiet li ma jkunux se jitkomplew, jinġabru flimkien għall-finijiet kontabilistiċi u organizzattivi. Il-punti ewlenin tal-mudell kummerċjali ġdid huma:

(a)

orjentament ġdid li jiffoka fuq bank ewlieni vijabbli permezz ta’ tnaqqis sostanzjali ta’ assi, tisħiħ fin-negozju reġjonali (is-settur korporattiv fil-Ġermanja, in-negozju tal-proprjetà immobbli fil-Ġermanja u l-operazzjonijiet bankarji privati) u ż-żamma tal-kompetenzi ewlenin f’attivitajiet kummerċjali internazzjonali magħżula b’rabta reġjonali b’saħħitha (trasport bil-baħar u enerġija rinnovabbli, li jiffukaw fuq l-Ewropa);

(b)

l-iffukar esklużiv tal-kummerċ tas-suq kapitali fuq l-attivitajiet tat-teżor u fuq negozji relatati mal-klijenti, speċjalment fir-rwol ta’ fornitur ta’ prodotti lil unitajiet tan-negozju oħrajn (bejgħ reċiproku); ma tkompliex in-negozjar tal-proprjetà;

(c)

il-waqfien tal-attivitajiet li mhumiex konformi mal-iffukar strateġiku ġdid ta’ HSH, jiġifieri, il-kummerċ internazzjonali ta’ akkwist b’ingranaġġ (“Leverage Buy Out-LBO”), il-kummerċ barrani tal-proprjetà immobbli, il-finanzjament ibbażat fuq l-assi għall-inġenji tal-ajru u kummerċi oħra ta’ kreditu li m’għandhomx rabta ċara mal-kompetenza ewlenija;

(d)

iċ-ċessjoni tas-sussidjarji kollha li mhumiex konformi mal-iffukar strateġiku ġdid ta’ HSH; il-pjan ta’ ristrutturar modifikat jinvolvi ċ-ċessjoni ta’ [100-120] parteċipazzjoni b’kollox; HSH diġà naqqset l-għadd ta’ parteċipazzjonijiet b’25; huwa mistenni li l-bejgħ kollu jsir sa mhux aktar tard minn […];

(e)

separazzjoni ċara tal-attivitajiet kummerċjali li ma tkomplewx li għandhom jitnaqqsu jew jinbiegħu bħala parti mill-Unità Interna tar-Ristrutturar; l-Unità tar-Ristrutturar mhu se tinvolvi ruħha fl-ebda attività kummerċjali ġdida;

(f)

adattament sinifikanti tal-fergħat nazzjonali kif ukoll ta’ dawk internazzjonali. Il-waqfien naturali tal-attivitajiet mhux strateġiċi se jirriżulta fl-għeluq ta’ 15 mill-21 fergħa internazzjonali. Diġà ngħalqu il-fergħat jew l-uffiċċji tar-rappreżentanza f’Ħelsinki, f’Shanghai, f’Mumbaj, fi Stokkolma, f’Napli, f’Oslo, f’Riga, f’Talinn, f’Varsavja, f’San Francisco u f’Ħanoj. Sal-2012, għandhom jingħalqu l-fergħat jew l-uffiċċji tar-rappreżentanza f’Kopenħagen, f’Pariġi, f’Amsterdam u f’Moska. Wara l-perjodu ta’ ristrutturar, HSH se żżomm is-sitt fergħat jew uffiċċji tar-rappreżentanza li għandha f’Londra, f’Ħong Kong, fi New York, f’Singapor, fil-Lussemburgu u f’Ateni. Madankollu, l-ammont ta’ fergħat li għandha f’Londra, fil-Lussemburgu u fi New York se jitnaqqsu filwaqt li l-fergħa ta’ Ħong Kong se tinbidel f’uffiċċju tar-rappreżentanza.

(57)

Il-punt fokali reġjonali jinkludi b’mod partikolari l-attivitajiet kummerċjali korporattivi tat-Tramuntana tal-Ġermanja u l-operazzjonijiet bankarji privati, in-negozju tal-proprjetà immobbli u l-attivitajiet kummerċjali ta’ bank tat-tfaddil. Barra minn dan, HSH se tikkonċentra fuq oqsma partikolari ta’ finanzjament internazzjonali ta’ bastimenti kif ukoll fuq finanzjament tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li jiffukaw fuq l-Ewropa, u se tikkonċentra wkoll fuq ċerti investimenti fl-infrastruttura. HSH se tagħlaq l-uffiċċju tagħha f’Lübeck sal-aħħar tas-sena 2011.

(58)

B’mod ġenerali, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-bank ewlieni l-ġdid se jitnaqqas sostanzjalment, b’mod partikolari minħabba t-trasferimenti ta’ assi mill-bank ewlieni għall-Unità Interna tar-Ristrutturar. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri fil-31 ta’ Diċembru 2014, HSH (il-bank ewlieni) se jkollha total ta’ EUR 82 biljun fuq il-karta tal-bilanċ. Meta mqabbel mat-total ta’ EUR 208 biljun fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008, dan it-total jindika tnaqqis ta’ EUR 126 biljun, jiġifieri ta’ kważi 61 %.

(59)

Il-pjan ta’ ristrutturar modifikat huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ġenerali dwar l-evoluzzjoni tal-PDG tal-Ġermanja, taż-żona tal-euro, tal-Istati Uniti u ta’ dak globali, il-bidliet fir-rati tal-imgħax fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil, l-inflazzjoni taż-żona tal-euro u tal-Istati Uniti, il-prezzijiet taż-żejt u r-rata tal-kambju EUR/USD. Il-previżjonijiet għal kull waħda mill-unitajiet kummerċjali huma bbażati fuq is-suppożizzjonijiet dwar ir-rati tat-tkabbir tas-suq rilevanti, dwar il-volumi u l-marġnijiet ta’ produzzjoni ġdida għal kull settur kummerċjali u dwar il-kapaċità ta’ bejgħ reċiproku. Minħabba li skont ir-riżultati finanzjarji ġenerali ta’ HSH, l-unità tat-trasport bil-baħar hija importanti, HSH ipprovdiet suppożizzjonijiet speċifiċi għal dak is-settur dwar l-evoluzzjoni fis-suq tat-trasport bil-baħar. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-previżjonijiet dwar l-evoluzzjoni fid-daqs tas-suq f’termini ta’ attivitajiet kummerċjali globali ġodda (ammont aggregat għas-setturi tal-bastimenti tat-tagħbija, tal-bastimenti tal-merkanzija f’kontejners u tat-tankers), id-daqs tal-attivitajiet kummerċjali ġodda ta’ HSH u s-sehem fis-suq ta’ HSH.

Tabella 6

Is-suppożizzjonijiet dwar il-finanzjament ta’ bastimenti fil-perjodu ta’ bejn l-2011 u l-2014

 

Il-medja għall-perjodu 2005-2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Total tal-attivitajiet kummerċjali globali ġodda fil-qasam tat-trasport bil-baħar (f’biljuni ta’ EUR)

109,4

25,9

48,3

[10-15]

[15-25]

[25-35]

[40-50

Attivitajiet kummerċjali ġodda ta’ HSH (f’biljuni ta’ EUR)

6,7

0,2

1

[0,5-1,5]

[0,5-1,5]

[1-2]

[2-3]

Sehem fis-suq ta’ HSH (%)

6,1

0,8

2,1

Madwar [4]

Madwar [5]

Madwar [5]

Madwar [5]

(60)

HSH qed tissoponi li l-medja tar-rata tal-kambju EUR/USD se tkun ta’ [1,30-1,50]. Hija pprovdiet dejta ta’ sensittività dwar l-impatt li l-bidliet fis-suppożizzjonijiet għandhom fuq il-profitt u t-telf u fuq il-pożizzjoni tagħha ta’ likwidità netta, u b’mod partikolari analiżi ta’ sensittività għall-bidliet fir-rati tal-imgħax u għall-bidliet fir-rata tal-kambju EUR/USD. Mill-analiżi ta’ sensittività rriżulta li HSH mhux se ġġarrab telf li jkun ikbar minn dak li hija tkun tiflaħ tassorbi f’każ ta’ differenzi sinifikanti fis-suppożizzjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax u r-rata tal-kambju EUR/USD. Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ HSH mhux se tkun waħda negattiva jekk ir-rata tal-kambju EUR/USD tvarja konsiderevolment minn dik tas-suppożizzjoni tal-każ bażi.

(61)

HSH ipprovdiet ukoll l-iktar xenarju negattiv u ħażin possibbli għall-grupp ibbażat fuq is-suppożizzjonijiet ta’ suq inqas favorevoli. Il-previżjonijiet finanzjarji fl-iktar xenarju negattiv u ħażin possibbli jindikaw li l-istruttura tal-irpar mir-riskju tmewwet l-impatt tal-kriżi fuq is-solvenza ta’ HSH. F’każ li x-xenarju jkun wieħed negattiv, HSH tiddiferixxi l-kanċellazzjonijiet parzjali tal-garanzija u għaldaqstant tillimita l-assi mwieżna skont ir-riskju minħabba li jkun hemm ambjent ekonomiku negattiv. Fiż-żewġ xenarji, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 li jirriżulta, jibqa’ ta’ madwar 10 % matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

4.3.   ID-DESKRIZZJONI TAR-RISTRUTTURAR TA’ KULL UNITÀ KUMMERĊJALI TA’ HSH

Is-Settur Korporattiv

(62)

Minn EUR 26,3 biljun, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fis-settur korporattiv se jitnaqqas għal EUR [10-20] fl-2014. Matul dak il-perjodu, din l-unità se titnaqqas b’madwar [45-55] % b’kollox.

(63)

Fl-unità kummerċjali involuta fis-settur korporattiv, HSH se tipprovdi finanzjament lill-impriżi ta’ daqs medju l-aktar importanti, b’mod partikolari lil dawk li jinsabu fir-reġjun ewlieni tat-Tramuntana tal-Ġermanja.

(64)

HSH ġabet fi tmiemhom l-attivitajiet tagħha fil-finanzjament mill-ġdid ta’ kumpaniji tal-kiri, waqqfet il-kummerċ internazzjonali ta’ akkwist b’ingranaġġ (“LBO”) u mhux se tkompli bl-operazzjonijiet bankarji tagħha ma’ klijenti korporattivi fl-Asja u fl-Iskandinavja. L-unità kummerċjali involuta fis-settur korporattiv mhux se tipprovdi finanzjament ibbażat fuq l-assi għal inġenji tal-ajru u bastimenti. Madankollu, mhux se tiġi ristretta l-kapaċità ta’ HSH li tappoġġja attivitajiet kummerċjali reġjonali fir-reġjun ewlieni.

(65)

HSH se tiffoka primarjament fuq l-impriżi ta’ daqs medju l-aktar importanti fir-reġjun tat-Tramuntana tal-Ġermanja, kif ukoll fuq il-kumpaniji Ġermaniżi li jagħmlu parti minn industriji ewlenin partikolari. Hija se tibqa’ ffukata fuq attivitajiet kummerċjali li jrendu profitt kif ukoll fuq klijenti li għandhom affidabbiltà kreditizja u li jkunu jeħtieġu diversi prodotti. HSH se tagħmel minn kollox biex tikseb l-istatus ta’ bank “ippreferut” ma’ dawk il-klijenti.

(66)

Sabiex tappoġġja s-sitwazzjoni ta’ finanzjament, din l-unità kummerċjali se timmira dejjem aktar lejn l-akkwist ta’ depożiti u lejn l-użu ta’ strutturi ta’ finanzjament li jippermettu li jkun hemm sindakazzjonijiet, li huma eliġibbli għall-kollaterali mill-BĊE jew li jistgħu jiġu trażmessi lill-investituri.

Il-Proprjetà Immobbli

(67)

Minn EUR 30,5 biljun, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fil-proprjetà immobbli se jitnaqqas għal EUR [9 -18-il] biljun fl-2014. Dan ifisser li se jkun hemm tnaqqis ta’ [50-70] %.

(68)

HSH se toffri t-tipi kollha ta’ prodotti ta’ self u kwalunkwe prodotti bankarji oħra li huma rilevanti għall-kumpaniji tal-proprjetà immobbli. Il-bank se jiffoka fuq l-attivitajiet kummerċjali fit-Tramuntana tal-Ġermanja u fir-reġjuni metropolitani tal-Ġermanja. Se jiġu enfasizzati l-aktar is-soluzzjonijiet ta’ finanzjament għal […] u l-finanzjament ta’ proġetti li l-livell ta’ riskju tagħhom ikun raġonevoli. Fil-linja kummerċjali tal-proprjetà immobbli, HSH se tikkonċentra fuq il-finanzjament ta’ […]. Ċerti kategoriji speċjali ta’ proprjetà immobbli se jiġu ffinanzjati biss b’mod selettiv.

(69)

Mhux se jitkomplew l-attivitajiet f’pajjiżi oħrajn – inklużi l-attivitajiet kummerċjali internazzjonali fil-proprjetà immobbli, li jinvolvu l-għoti ta’ appoġġ lill-klijenti Ġermaniżi f’reġjuni metropolitani Ewropej. HSH mhux se tmexxi attivitajiet kummerċjali ġodda f’dawn l-oqsma, filwaqt li dawk eżistenti se jiskadu.

(70)

HSH se tiffoka prinċipalment fuq l-investituri fil-proprjetà immobbli professjonali li jikkonċentraw fuq klijenti eżistenti, fuq żviluppaturi u klijenti tal-proprjetà immobbli magħżula li l-pożizzjoni tagħhom fis-settur tal-proprjetà immobbli tkun sostenibbli u li jkollhom potenzjal sostanzjali ta’ bejgħ reċiproku u fuq klijenti b’rabta mat-Tramuntana tal-Ġermanja li jkunu jeħtieġu strutturi ta’ finanzjament kumplessi. HSH se tkompli tagħmel użu minn strutturi u prodotti li jnaqqsu l-ħtieġa ta’ finanzjament, bħal pereżempju dawk l-attivitajiet kummerċjali li jkunu eliġibbli għal bonds koperti, għal self li jitqies bħala ammessibbli mill-BĊE, jew għall-finanzjament u t-titoli pprovduti minn Kreditanstalt für Wiederaufbau (KfW).

Il-Banek tat-Tfaddil

(71)

Minn EUR 8,7 biljun, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fil-banek tat-tfaddil se jitnaqqas għal EUR [< 3] biljun fl-2014, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-attivitajiet ta’ finanzjament ġdid għall-banek tat-tfaddil.

(72)

Il-klijentela ta’ din l-unità kummerċjali hija magħmula l-ewwel, minn banek tat-tfaddil u minn klijenti tas-settur pubbliku li jinsabu fit-Tramuntana tal-Ġermanja u t-tieni, minn banek tat-tfaddil u minn klijenti tas-settur pubbliku barra mit-Tramuntana tal-Ġermanja (relazzjoni bankarja sekondarja).

(73)

HSH tipprovdi medda wiesgħa ta’ prodotti li jiffukaw fuq l-oqsma ewlenija tal-attivitajiet kummerċjali tal-banek tat-tfaddil. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-attivitajiet kummerċjali privati u dawk tal-klijenti korporattivi, l-attivitajiet kummerċjali tat-teżor, il-ġestjoni tat-titoli proprji u l-ġestjoni tal-portafoll tal-kreditu.

L-Operazzjonijiet Bankarji Privati

(74)

Minn EUR 1,7 biljun, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fl-operazzjonijiet bankarji privati se jitnaqqas għal EUR [0,5-1,5] biljun fl-2014.

(75)

HSH se tiffoka fuq il-fornitura ta’ servizzi lill-klijenti privati sinjuri fir-reġjun ewlieni tat-Tramuntana tal-Ġermanja. Barra minn hekk, hija se toffri servizzi ta’ operazzjonijiet bankarji privati f’fergħat ta’ distribuzzjoni suprareġjonali li jappartjenu lis-setturi l-oħra tas-suq. Il-medda tas-servizzi għandha tinkludi […].

(76)

HSH se tikkonċentra fuq li takkwista u tappoġġja klijenti privati kif ukoll fondazzjonijiet li huma sinjuri jew sinjuri ħafna. Bħala parti mill-bejgħ reċiproku, is-servizzi tal-operazzjonijiet bankarji privati se jingħataw ukoll lill-klijenti/persuni fiżiċi tal-unitajiet kummerċjali l-oħra tal-bank ewlieni.

It-Trasport bil-Baħar

(77)

Minn EUR 28,3 biljun, it-total fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fit-trasport bil-baħar, se jitnaqqas għal EUR 15-il biljun fl-2014, jiġifieri tnaqqis ta’ 46 %.

(78)

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, is-sehem fis-suq ta’ HSH b’rabta mal-attivitajiet kummerċjali l-ġodda fil-finanzjament globali ta’ bastimenti mhux se jkun jeċċedi t-[< 8] % fuq bażi annwali. Barra minn hekk, HSH se tiggarantixxi li sal-31 ta’ Diċembru 2014 hija mhux se tkun fost l-ewwel tliet fornituri ta’ finanzjamenti ta’ bastimenti bl-akbar volum annwali ta’ attivitajiet kummerċjali ġodda mad-dinja kollha, skont il-klassifikazzjonijiet tas-suq li jiġu stabbiliti fuq bażi annwali.

(79)

Il-portafoll ta’ HSH se jiġi diversifikat kemm f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ bastimenti u kemm f’dak li jirrigwarda l-pajjiżi. B’rabta mal-kategoriji tal-assi, se tibqa’ tinżamm l-enfażi fuq […] kif ukoll fuq diversi […]. Is-self ipotekarju konvenzjonali fuq perjodu ta’ żmien twil għal kostruzzjonijiet ġodda u l-finanzjament ta’ bastimenti użati se jkunu prodotti importanti. Barra minn hekk, HSH se topera b’mod selettiv bħala fornitur ta’ servizzi finanzjarji strutturati.

(80)

HSH se tnaqqas l-attivitajiet kummerċjali tagħha billi ma tkomplix tiffinanzja vapuri li jgħabbu/jniżżlu l-passiġġieri u bastimenti tal-kruċieri kif ukoll […].

(81)

HSH se tiffoka fuq kumpaniji involuti fit-trasport bil-baħar mifruxa mad-dinja kollha li huma ta’ daqs medju jew ikbar, fuq klijenti żgħar li jistgħu jrendulha profitt u fuq klijenti magħżula skont il-potenzjal ġenerali tad-dħul tagħhom u l-aspetti tar-riskju. Barra minn hekk, se titqies id-dispożizzjoni tal-klijenti fir-rigward tas-sindakazzjonijiet, kif ukoll l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sindakazzjoni (eż. it-trasparenza) u ta’ finanzjament mill-ġdid.

(82)

L-unità kummerċjali involuta fit-trasport bil-baħar se toffri prinċipalment il-finanzjament tat-tip “plain vanilla” (26) u sa ċertu limitu, il-finanzjament strutturat, u se taġixxi bħala Mandated Lead Arranger u Bookrunner.

It-Trasport/l-Avjazzjoni

(83)

L-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fit-trasport/l-avjazzjoni mhux se tibqa’ teżisti. Il-karta tal-bilanċ tal-2008 b’total ta’ EUR 11,7 biljun, se tinġieb fi tmiemha fl-Unità tar-Ristrutturar jew se tiġi assenjata lil unitajiet kummerċjali oħrajn. Fil-ġejjieni, HSH mhux se teżegwixxi finanzjamenti ġodda bbażati fuq l-assi ta’ inġenji tal-ajru. L-attivitajiet kummerċjali eżistenti korrespondenti se jinġiebu fi tmiemhom, se jinbiegħu jew se jiġu trasferiti lill-Unità tar-Ristrutturar bl-iskop li jkun hemm tnaqqis. Bħala parti mir-ristrutturar, HSH diġà reġgħet fasslet parzjalment l-unità kummerċjali u assenjat taqsimiet għas-setturi tal-linji ferrovjarji u tal-infrastruttura, li minn lat strateġiku, għadhom rilevanti għall-unità kummerċjali involuta fl-enerġija u fl-infrastruttura.

L-Enerġija u l-Infrastruttura

(84)

Minħabba l-allinjament mill-ġdid tal-unità kummerċjali involuta fl-enerġija u fl-infrastruttura matul il-proċess ta’ ristrutturar, it-total ta’ EUR 4,6 biljun fuq il-karta tal-bilanċ tal-2008 tal-unità kummerċjali tal-bank ewlieni involuta fl-enerġija u fl-infrastruttura, se jiġi miżjud għal EUR [5-10] biljun fl-2014. L-unità kummerċjali involuta fl-enerġija u fl-infrastruttura tinkludi kemm lis-settur tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll lis-setturi tal-infrastruttura u tal-linji ferrovjarji, li qabel kienu assenjati lill-unità kummerċjali involuta fit-trasport.

(85)

Fis-settur tal-enerġija, HSH se taġixxi bħala fornitur ta’ finanzjamenti għal proġetti fil-qasam tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx. Dawn jinkludu l-kategoriji ta’ assi bħalma huma l-enerġija mir-riħ (onshore u offshore), l-enerġija mix-xemx (sistemi fotovoltajċi u termali) u bħala attività kummerċjali sekondarja, in-netwerks relatati ma’ proġetti li jinvolvu l-enerġija mir-riħ u mix-xemx. L-Ewropa hija l-aktar reġjun li jinsab fil-mira ta’ dawn l-attivitajiet. Mhux se jitkomplew l-attivitajiet kummerċjali ta’ HSH relatati ma’ għejun konvenzjonali tal-enerġija u l-attivitajiet kummerċjali kollha tal-Amerika tat-Tramuntana li huma relatati mal-enerġija.

Mixxellanji

(86)

L-aġġustamenti fl-unitajiet kummerċjali, b’mod partikolari l-waqfien tal-unità kummerċjali involuta fl-avjazzjoni u t-tnaqqis fis-setturi tal-proprjetà immobbli internazzjonali u tat-trasport bil-baħar, se jwasslu awtomatikament għal tnaqqis fis-settur tal-“mixxellanji”.

(87)

Is-settur tal-“mixxellanji” jinkludi – apparti ċ-ċentru korporattiv – l-attivatijiet kummerċjali marbuta mas-swieq kapitali, fejn HSH tieħu ħsieb il-ġestjoni tat-teżor tagħhom u fejn hija sservi ta’ fornitur ta’ prodotti għall-unitajiet kummerċjali.

(88)

HSH se tkompli dejjem ittejjeb l-istabbiltà u l-kwalità tal-finanzjamenti tagħha. Mill-aħħar tas-sena 2012, hija se tibda tiżgura li n-Net Stable Funding Ratio (NSFR) u l-Liquidity Coverage Ratio (LCR) (27) tagħha […]. Il-parti tal-attivitajiet kummerċjali tal-bank ewlieni li jsiru f’USD u li huma ffinanzjati mill-ġdid permezz ta’ finanzjament li fil-biċċa l-kbira tiegħu jsir f’USD (u mhux permezz ta’ swaps), se tiżdied għal mill-inqas […] % sal-aħħar tal-2012 u għal mill-inqas […] % sal-aħħar tal-2014.

(89)

HSH se tnaqqas b’mod konsistenti l-attivitajiet kummerċjali marbuta mas-suq kapitali li jkollhom potenzjal ta’ riskju kbir u diġà naqqset il-katalgu tagħha tal-prodotti b’mod sinifikanti. Diġà ma tkompliex in-negozjar tal-proprjetà.

4.4.   ID-DESKRIZZJONI TAL-IPPJANAR FINANZJARJU FIL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR MODIFIKAT

(90)

HSH ippreżentat pjan ta’ direzzjoni tal-kummerċ iddettaljat għall-perjodu ta’ bejn l-2011 u l-2014 li jinkludi l-kalkulazzjonijiet u l-karta tal-bilanċ tal-profitti u tat-telf, u l-indikaturi tal-profittabbiltà u tal-produzzjoni diżaggregati skont kull unità kummerċjali u kkonsolidati għall-grupp ta’ HSH. Barra minn hekk, HSH ipprovdiet analiżi ta’ sensittività fl-għamla tal-iktar xenarju negattiv u ħażin possibbli għall-grupp. Skont il-previżjonijiet tal-profitti u tat-telf, il-grupp ta’ HSH se jsofri minn telf addizzjonali ta’ madwar EUR [100-200] miljun fl-2011 filwaqt li fl-2014 se jżid il-profitti tiegħu b’mod kontinwu għal madwar EUR [400-500] miljun wara t-taxxa. Fl-2011, ir-redditu fuq l-ekwità se jkun negattiv u fl-2014 se jiżdied għal madwar [7-8] %. Fil-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2014, il-proporzjon tal-Grad 1 se jkun ta’ madwar [13-16] %. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-previżjonijiet finanzjarji fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat jinkludu pagament ta’ darba fl-2011 li jammonta għal EUR 500 miljun li ġie mnaqqas mill-introjtu nett qabel it-taxxa. Huwa previst li l-assi totali se jonqsu minn EUR 208 biljun fl-2008 għal EUR 120 biljun fl-2014.

(91)

It-tabelli li ġejjin jindikaw l-aktar ċifri importanti tal-pjan ta’ ristrutturar modifikat għal HSH u għall-bank ewlieni.

Tabella 7

L-ippjanar finanzjarju ta’ HSH bejn l-2011 u l-2014

 

2008 valur reali

2009 valur reali

2010 valur reali

pjan għall-2011

pjan għall-2012

pjan għall-2013

pjan għall-2014

Introjtu totali (f’miljuni ta’ EUR)

157

2 876

1 603

[1 300 -1 800 ]

[1 300 -1 800 ]

[1 300 -1 800 ]

[1 300 -1 800 ]

Introjtu nett qabel l-ispejjeż tar-ristrutturar (f’miljuni ta’ EUR)

(2 796 )

(718)

545

[500-1 000 ]

[500-1 000 ]

[500-1 000 ]

[500-1 000 ]

Introjtu nett qabel it-taxxa (f’miljuni ta’ EUR)

(2 968 )

(1 325 )

17

[– 200-300]

[0-500]

[100-600]

[200-700]

Introjtu nett (f’miljuni ta’ EUR)

(3 195 )

(902)

48

[– 400-100]

[0-500]

[0-500]

[0-500]

Il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-introjtu (Cost Income Ratio - CIR) (%)

573

29

54

[45-55]

[45-55]

[45-55]

[40-50]

Redditu fuq l-ekwità wara t-taxxa (%)

< 0

< 0

< 0

[– 5-+ 5]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

Assi totali (f’biljuni ta’ EUR)

208

175

151

[130-150]

[125-145]

[120-140]

[115-135]

Tabella 8

L-ippjanar finanzjarju tal-bank ewlieni bejn l-2011 u l-2014

 

2008 valur reali

2009 valur reali

2010 valur reali

pjan għall-2011

pjan għall-2012

pjan għall-2013

pjan għall-2014

Introjtu totali (f’miljuni ta’ EUR)

1 582

1 756

1 103

[750-1 250 ]

[750-1 250 ]

[750-1 250 ]

[750-1 250 ]

Introjtu nett qabel ir-ristrutturar (f’miljuni ta’ EUR)

418

354

574

[300-600]

[300-600]

[300-600]

[300-600]

Introjtu nett qabel it-taxxa (f’miljuni ta’ EUR)

295

18

318

[200-500]

[200-500]

[200-500]

[200-500]

Proporzjon bejn l-ispejjeż u l-introjtu (Cost Income Ratio -CIR) (%)

39

32

52

[40-60]

[40-60]

[40-60]

[40-60]

Assi tas-segment (f’biljuni ta’ EUR)

113

97

88

[60-90]

[60-90]

[60-90]

82

(92)

It-tabelli li ġejjin jindikaw il-pjan ta’ finanzjament ta’ HSH fir-rigward tal-istrateġija ta’ finanzjament ġenerali u fir-rigward tal-istrateġija ta’ finanzjament f’USD.

Tabella 9

Il-pjan ta’ finanzjament ta’ HSH għal perjodu ta’ bejn l-2010 u l-2014

(f’biljuni ta’ EUR)

Volumi għal kull mezz ta’ finanzjament

2010 valur reali

2011

2012

2013

2014

Bonds koperti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds garantiti mill-Istat għal perjodu ta’ żmien twil

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bonds privileġġjati mhux garantiti għal perjodu ta’ żmien twil

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Finanzjament fil-livell tal-operaturi għal perjodu ta’ żmien qasir

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Finanzjament ieħor fil-livell tal-operaturi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Depożiti kummerċjali u dawk tal-klijenti individwali (sal-2010)/Depożiti residwi (bilanċi permanenti medji mill-2011)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Banek għall-iżvilupp u self kummerċjali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kapitali ibridi (Grad 1 u Grad 2)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Total

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Derivattivi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi totali - (obbligazzjonijiet totali + derivattivi) li għandhom jiġu ffinanzjati minn finanzjament garantit għal perjodu ta’ żmien qasir, minn eċċessi ta’ depożiti u ta’ ekwità

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(93)

Minn EUR 44 biljun fl-aħħar tas-sena 2010, il-bonds garantiti mill-Istat għal perjodu ta’ żmien twil se jonqsu għal EUR [13-18]-il biljun fl-aħħar tas-sena 2014. Fl-istess ħin, l-assi totali ta’ HSH se jonqsu b’EUR [25-35] biljun. Id-differenza bejn l-assi totali u l-obbligazzjonijiet totali (aġġustati minħabba l-effett tad-derivattivi) tirrappreżenta diskrepanza fil-pjan ta’ finanzjament li għandha tiġi koperta minn finanzjament mhux garantit jew garantit għal perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll minn eċċess ta’ depożiti u ta’ ekwità. L-ippjanar ta’ HSH fir-rigward tad-depożiti jirreferi għal parti waħda biss mid-depożiti totali, u dan jikkunsidrahom bħala depożiti residwi stabbli (bilanċi permanenti medji - Bodensatz), għalkemm huwa mistenni li l-volum reali tad-depożiti jkun ogħla u jkun ikopri parti mid-diskrepanza fil-finanzjament. Minkejja li parti mid-diskrepanza fil-finanzjament bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet iffinanzjati tista’ tiġi koperta mill-finanzjament fil-livell tal-operaturi għal perjodu ta’ żmien qasir, id-dipendenza ta’ HSH fuq dan it-tip ta’ finanzjament tonqos għal kollox matul il-perjodu ta’ ristrutturar. F’dak li jirrigwarda l-istrateġija ta’ finanzjament f’EUR, HSH se sserraħ relattivament aktar fuq il-bonds koperti.

Tabella 10

L-istrateġija ta’ finanzjament f’USD għall-perjodu ta’ bejn l-2010 u l-2014

(f’biljuni ta’ USD)

Volumi

2010 valur reali

2011

2012

2013

2014

Finanzjament iddenominat f’USD

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Finanzjament f’USD permezz tas-swaps

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi totali f’USD

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Assi totali f’USD - Trasport bil-baħar

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(94)

Filwaqt li fl-2010 HSH iffinanzjat 75 % mill-assi tagħha f’USD permezz ta’ swaps ta’ bejn il-muniti, id-dipendenza tagħha fuq is-swaps se tonqos għal […] % mill-assi totali f’USD (inklużi l-assi fl-Unità tar-Ristrutturar). HSH se tikseb livell ta’ dipendenza relattivament limitata fuq il-finanzjament permezz ta’ swaps, billi tnaqqas l-assi ddenominati f’USD u għaldaqstant tnaqqas l-ammonti assoluti ta’ finanzjamenti f’USD.

(95)

Matul is-sena 2010, il-banek tat-tfaddil ipprovdew lil HSH b’finanzjament mhux garantit għal perjodu ta’ żmien twil ta’ EUR [2,5-3,5] biljun u b’finanzjament garantit għal perjodu ta’ żmien twil ta’ EUR [200-500] miljun. L-ammont totali ta’ EUR [2,7-4] biljun joħloq paragun mal-finanzjament totali ta’ EUR [150-250] miljun ipprovdut minn Landesbanks oħra u mal-EUR [1-2] biljun ipprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra (dawk privati u pubbliċi minbarra l-banek tat-tfaddil u l-Landesbanks).

(96)

Il-pjan ta’ ristrutturar modifikat jindika żieda fil-pożizzjonijiet u fil-proporzjonijiet tal-kapital ta’ HSH matul il-perjodu ta’ ristrutturar, u jipprevedi proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ [10-13] % għall-aħħar tas-sena 2014. Fuq talba tal-Kummissjoni, HSH inkludiet żieda ta’ EUR 500 miljun fil-kapital f’ishma għall-2013 fil-previżjonijiet finanzjarji tagħha.

Tabella 11

Il-pożizzjoni tal-kapital ta’ HSH għall-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2015

 

2009 valur reali

2010 valur reali

2011

2012

2013

2014

2015

Assi mwieżna skont ir-riskju wara l-garanzija (f’biljuni ta’ EUR)

71

41

[40-60]

[40-60]

[45-65]

[50-70]

[50-70]

Ammont pendenti tal-garanzija (f’biljuni ta’ EUR)

10

10

7,0

[< 7,0]

[< 7,0]

[< 5,0]

[< 5,0]

Evoluzzjoni tal-kapital (f’biljuni ta’ EUR)

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità komuni - Kapital tal-Grad 1 (f’biljuni ta’ EUR)

5,080

4,433

[4 000 -6 000 ]

[4 500 -6 500 ]

[5 000 -7 000 ]

[5 500 -7 500 ]

[6 000 -8 000

Kapital tal-Grad 1 (f’biljuni ta’ EUR)

7,491

6,274

[5 000 -7 000 ]

[5 500 -7 500 ]

[6 000 -8 000 ]

[6 500 -8 500 ]

[7 000 -9 000 ]

Kapital totali (f’biljuni ta’ EUR)

11,523

9,400

[8 000 -12 000 ]

[8 000 -12 000 ]

[8 000 -12 000 ]

[8 000 -12 000 ]

[8 000 -12 000 ]

Proporzjonijiet tal-kapital

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità komuni/Assi mwieżna skont ir-riskju (RWA) (%)

7,1

10,7

[> 7,0]

[> 8,0]

[> 9,0]

[> 10,0]

[> 10,0]

Kapital tal-Grad 1/RWA (%)

10,5

15,2

[> 10,0]

[> 10,0]

[> 10,0]

[> 10,0]

[> 10,0]

4.5.   L-IMPENJI TAL-ĠERMANJA

(97)

Il-Ġermanja ggarantiet li HSH se timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar modifikat u ssottomettiet l-impenji stabbiliti fl-Annessi I u III ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.

4.6.   IL-MONITORAĠĠ

(98)

Il-Ġermanja ggarantiet li se jkun hemm fiduċjarju ta’ monitoraġġ li jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti dettaljati ta’ kull tliet xhur. Ir-rapporti b’mod partikolari se jkun fihom informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tal-miżura tal-assi indeboliti (f’konformità mal-Anness V ta’ mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità, minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti” (28)), u dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar modifikat (f’konformità mal-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali, minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar” (29)).

5.   IR-RAĠUNIJIET ABBAŻI TA’ LIEMA NGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FIR-RIGWARD TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA GĦAL HSH

(99)

Fit-30 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali bil-għan li tivverifika jekk l-irpar mir-riskju kienx konformi mal-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti li jirrigwardaw id-definizzjoni tal-assi eliġibbli, il-valwazzjoni (inkluża l-metodoloġija tal-valwazzjoni), ir-remunerazzjoni u l-ġestjoni tal-assi indeboliti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni riedet tinvestiga l-kundizzjonijiet tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-miżuri li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni.

(100)

Fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-assi koperti mill-irpar mir-riskju, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha (il-paragrafu 40 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura) dwar jekk dawn l-assi kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, billi frazzjoni żgħira tal-portafoll protett biss kienet taqa’ direttament taħt id-definizzjoni tal-assi indeboliti msemmija fil-Komunikazzjoni.

(101)

Fir-rigward tat-trasparenza u tad-divulgazzjoni, fil-paragrafu 42 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li HSH kienet ipprovdiet rapporti ta’ valwazzjoni li saru minn esperti indipendenti u li kienu jkopru frazzjoni residwa biss mill-portafoll protett, jiġifieri proporzjon kbir tat-titoli tal-kreditu strutturati. Barra minn hekk, dak iż-żmien il-Ġermanja ma kienet ipprovdiet l-ebda approvazzjoni tal-proċess tal-valwazzjoni u r-riżultati minn BaFin.

(102)

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi, fil-paragrafu 44 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk l-arranġamenti ppjanati ta’ HSH kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, billi l-assi kollha kellhom jibqgħu mniżżla fuq il-karta tal-bilanċ ta’ HSH.

(103)

Fir-rigward tal-valwazzjoni, fil-paragrafu 46 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li l-valwazzjoni tal-portafoll tal-kreditu strutturat biss twettqet minn esperti indipendenti, u li f’dak iż-żmien, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni biżżejjed biex issir valutazzjoni tal-valur ekonomiku reali tal-portafoll protett kollu. Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika s-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni li ntużaw għall-assi protetti.

(104)

Fir-rigward tar-remunerazzjoni, fil-paragrafu 49 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar l-adegwatezza tal-kondiviżjoni tal-piżijiet, billi l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti titlob li HSH tikkontribwixxi għat-telf jew għall-kopertura mir-riskju f’forma ta’ klawżoli tal-ewwel telf (ġeneralment minimu ta’ 10 %). Barra minn hekk, fil-paragrafu 51 et seq. tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar kemm il-miżata ta’ 400 punt ta’ bażi tirremunera b’mod adegwat ir-riskju meħud mis-sidien tas-settur pubbliku.

(105)

Fir-rigward tar-ritorn għall-vijabbiltà, fil-paragrafu 59 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk HSH tkunx tista’ tirkupra l-vijabbiltà tagħha fuq tul ta’ żmien. Fid-dawl tad-dipendenza qawwija ta’ HSH fuq il-finanzjament fil-livell tal-operaturi, il-Kummissjoni kellha d-dubji dwar kemm l-istrateġija ta’ finanzjament ippreżentata kienet se tkun waħda sostenibbli biex tkompli għaddejja fuq bażi awtonoma kemm għal perjodu ta’ żmien medju kif ukoll għal tul ta’ żmien, ladarba l-garanziji pubbliċi kienu se jinġiebu fi tmiemhom.

(106)

Fil-paragrafi 60 u 61 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni staqsiet dwar is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali fir-rigward tar-rati tat-tkabbir u tal-marġnijiet tal-assi. Il-Kummissjoni b’mod partikolari kellha d-dubji dwar iż-żieda fil-marġnijiet fis-settur tal-operazzjonijiet bankarji privati u dwar is-suppożizzjonijiet ta’ tkabbir fis-settur tat-trasport bil-baħar u f’dak tat-trasport, fejn HSH diġà kellha ishma proporzjonalment għolja fis-suq.

(107)

Fil-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-pjan ta’ HSH li tkompli għaddejja bl-attivitajiet tagħha marbuta mas-suq kapitali internazzjonali fuq livell sinifikanti filwaqt li fl-istess ħin tiddikjara li kellha l-intenzjoni li ddawwar il-punt fokali tal-mudell kummerċjali tagħha fuq l-attivitajiet reġjonali. Fil-paragrafu 63 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet ix-xettiċiżmu tagħha dwar kemm kien realistiku li wieħed jassumi li fl-2013 HSH terġa’ tikseb il-pożizzjoni preċedenti tagħha fil-kategorija A tal-klassifikazzjoni.

(108)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, il-Kummissjoni ddikjarat li fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali ma saru l-ebda proposti estensivi. Il-firxa tal-kontribuzzjoni proprja fil-forma ta’ ċessjoni baqgħet vaga. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-azzjonisti minoritarji, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-valwazzjoni ta’ HSH u konsegwentament dwar il-prezz tal-ishma li nħarġu ġodda. Fil-paragrafi 10 u 32 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u Flowers li ma kinux ipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni, setgħux jibbenefikaw mill-injezzjoni ta’ kapital billi jkollhom ammont eċċessivament għoli ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’HSH.

6.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(109)

Fis-17 ta’ Diċembru 2009, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti konġunti tas-sidien tas-settur pubbliku u ta’ HSH dwar id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura.

6.1.   IL-KUMMENTI DWAR L-IRPAR MIR-RISKJU

Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti mhijiex applikabbli

(110)

Il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-valutazzjoni legali tal-irpar mir-riskju li wettqet il-Kummissjoni kienet żbaljata, minħabba li ġiet ibbażata fuq l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, li skont il-Ġermanja, ma kinitx applikabbli għal dan il-każ partikolari.

(111)

Il-Ġermanja ma qablitx mal-opinjoni tal-Kummissjoni fuq li kellha tiġi applikata l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti u mal-fatt li l-Kummissjoni kienet obbligata tapplika l-liġijiet u l-linji gwida li kienu fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, irrispettivament mill-mument li fih ġew imfassla jew notifikati l-miżuri ta’ għajnuna (30). Skont il-Ġermanja, dik il-fehma tkun korretta biss kieku l-miżura vvalutata kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni legali jew tal-Komunikazzjoni relevanti, li hawnhekk ma kienx il-każ. Il-Ġermanja kompliet tgħid li l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti ma setgħetx titqies li tkopri kull tip ta’ miżura ta’ appoġġ għall-assi indeboliti. Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għandha titqies bħala istruzzjoni amministrattiva biss, li ġiet imfassla esklużivament biex tiżgura l-konsistenza tal-prassi amministrattiva u li hija vinkolanti għall-Kummissjoni biss. Il-kompatibbiltà tal-irpar mir-riskju mas-suq intern għandha tiġi vvalutata direttament skont it-TFUE. Skont il-Ġermanja, il-fatt li l-objettiv tal-garanzija fuq it-tieni telf u l-kompożizzjoni tal-portafoll protett ma kinux koperti mit-termini tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, iservi ta’ prova li l-Komunikazzjoni ma kinitx applikabbli fil-każ ta’ HSH.

L-element ta’ għajnuna

(112)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti wasslet biex intuża qafas ta’ valutazzjoni żbaljat, li ma ħadimx favur HSH fir-rigward tal-element ta’ għajnuna, tal-valur tal-portafoll, tar-remunerazzjoni tal-miżura u tal-firxa tar-ristrutturar.

(113)

Il-Ġermanja għamlet referenza għall-paragrafu 38 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, fejn il-Kummissjoni semmiet id-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom waqt il-valutazzjoni tal-valur fis-suq tal-portafoll, li prinċipalment kien jikkonsisti minn self lil klijenti korporattivi. Il-Ġermanja kkunsidrat dawn id-diffikultajiet bħala prova li l-garanzija fuq it-tieni telf m’għandhiex tiġi vvalutata skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Hija rrimarkat li, permezz tal-estrapolazzjoni, il-Kummissjoni waslet għal ammont ta’ għajnuna li kien daqs il-valur nominali tal-garanzija. Il-Ġermanja kompliet tgħid li riżultat bħal dan kien jipprova li l-metodu magħżul ma setax ma jkunx ħażin, billi l-Kummissjoni stmat li l-element ta’ għajnuna ta’ garanzija kien l-istess bħall-element ta’ għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni, minkejja l-fatt li dawn iż-żewġ miżuri kienu differenti fin-natura tagħhom. Filwaqt li r-rikapitalizzazzjoni kienet injezzjoni ta’ kapital fuq bażi permanenti, il-garanzija kienet biss miżura regolatorja ta’ stabbiltà limitata sa meta jimmaturaw l-assi koperti.

(114)

Il-Ġermanja rrimarkat li l-istima tal-element ta’ għajnuna abbażi tal-valur fis-suq uriet li l-Kummissjoni ma fehmitx in-natura tal-irpar mir-riskju, billi dan ma kienx ikopri l-fluttwazzjonijiet tas-suq. Il-Ġermanja qieset li l-Kummissjoni għandha tiddetermina l-element ta’ għajnuna tal-garanzija fuq it-tieni telf skont ir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat u b’mod partikolari skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar il-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (31) (minn issa ‘l quddiem “l-Avviż dwar il-Garanziji”). Skont il-Ġermanja, sa fejn kien rikonoxxut li r-remunerazzjoni għall-irpar mir-riskju kienet ibbażata fuq is-suq, l-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-Garanziji se tirriżulta f’element ta’ għajnuna marġinali.

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti

(115)

Anke jekk wieħed jassumi li l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti kienet neċessarja, il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-Kummissjoni applikatha b’mod żbaljat fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna u tar-remunerazzjoni, tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u tal-ġestjoni tal-assi mill-Unità tar-Ristrutturar. L-element ta’ għajnuna inkluża fil-garanzija fuq it-tieni telf ma kienx korrett minħabba li kienu saru suppożizzjonijiet mhux korretti fir-rigward tal-valur ta’ trasferiment u tal-valur fis-suq tal-portafoll. Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-effett ta’ sulliev tal-kapital, il-Ġermanja rrimarkat li l-istima tal-effett ta’ sulliev tal-kapital fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura kienet ibbażata fuq dejta antika. Skont id-dejta li ġiet sottomessa aktar reċentement, l-effett ta’ sulliev tal-kapital għandu jkun ħafna inqas. Il-valutazzjoni preliminari tal-kondiviżjoni tal-piżijiet li saret mill-Kummissjoni ma kinitx korretta u kienet wisq limitata, billi l-Kummissjoni għamlet biss referenza għas-segment tal-ewwel telf tal-garanzija, li kien konsiderevolment inqas mill-10 % tal-portafoll protett meħtieġa mill-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kondiviżjoni tal-piżijiet u s-segment tal-ewwel telf li tista’ tiġi kkalkulata b’numri assoluti. Barra minn hekk, HSH kellha ġġarrab it-telf kollu li kien jeċċedi s-segment tat-tieni telf. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi, ma kinux japplikaw il-prinċipji tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għall-irpar mir-riskju u ma jkunx raġonevoli li ssir ġestjoni separata tal-assi protetti kollha. Għandu mnejn li HSH toħloq unità tar-ristrutturar u tiżgura li bejn il-bank ewlieni u din l-unità tar-ristrutturar ikun hemm diviżjoni kontabilistika u organizzattiva ċara li tinżamm sal-livell tal-bord tad-diretturi.

Il-valwazzjoni tal-portafoll

(116)

Il-Ġermanja ma qablitx mal-valwazzjoni tal-assi msemmija fil-paragrafu 47 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura. Fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-portafoll protett kien fih is-self tal-klijenti, li kien diffiċli jingħatalu valur f’valwazzjoni bbażata fuq il-flussi tal-flus. Il-metodi ta’ valwazzjoni li użaw tnaqqis b’rata fissa bil-għan li jirriproduċu l-inċertezzi li jkun hemm fis-suq u li tfasslu għall-valwazzjoni ta’ assi “kumplessi”, ma kinux adattati għall-valwazzjoni tal-portafoll protett fil-każ preżenti. Filwaqt li l-esperti esterni vvalutaw il-portafoll tal-kreditu strutturat (CIP) permezz ta’ metodu ta’ valwazzjoni bbażat fuq il-fluss tal-flus, l-assi fil-portafoll tal-kreditu li kien ħafna ikbar ġew ivvalutati permezz tal-applikazzjoni ta’ analiżi standard tal-kreditu f’konformità mar-regoli regolatorji. L-aktar punt importanti għal din it-tip ta’ analiżi kien l-affidabbiltà kreditizja ta’ min jissellef.

Ir-remunerazzjoni tal-garanzija

(117)

Il-Ġermanja qalet li ma kienx xieraq li jiġu applikati l-metodi ta’ kalkulazzjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti (kif deskritti fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura) għall-garanzija fuq it-tieni telf, u kkonkludiet li għandu jiġi applikat l-Avviż dwar il-Garanziji sabiex tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni. F’diversi laqgħat, telekonferenzi u forom oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn Jannar u Awwissu tal-2010, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni li turi li l-irkupru sħiħ ta’ […] ikun jostakola l-kapaċità ta’ HSH biex tirkupra l-vijabbiltà.

6.2.   IL-KUMMENTI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI

(118)

Il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-valutazzjoni tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li twettqet mill-Kummissjoni kienet inkorretta f’dak li għandu x’jaqsam mal-valwazzjoni ta’ HSH u mal-valutazzjoni legali tal-benefiċċji possibbli għall-azzjonisti minoritarji li ma pparteċipawx fir-rikapitalizzazzjoni.

(119)

Id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-valwazzjoni ta’ HSH kienu bbażati fuq fatti inkorretti. Il-fatt li ma ġiex ikkunsidrat it-tnaqqis fil-klassifikazzjoni ta’ HSH minn S&P fil-valwazzjoni mmexxija minn PwC ma kienx ta’ importanza, u kien hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li fl-2013 HSH tista’ tirritorna fil-kategorija A tal-klassifikazzjoni.

(120)

Fir-rigward tal-prezz tal-ħruġ tal-ishma l-ġodda, l-iskonti fil-medda ta’ bejn it-30 % u s-60 % kienu dawk li jintużaw is-soltu għall-banek elenkati. Il-valwazzjoni ta’ HSH kienet bażi adattata għall-ipprezzar tal-ishma li nħarġu ġodda u l-azzjonisti “l-antiki” ta’ HSH ma bbenefikawx mill-miżuri ta’ għajnuna billi żammew sehem għoli wisq f’HSH.

6.3.   IL-KUMMENTI DWAR L-IRPAR MIR-RISKJU U R-RIKAPITALIZZAZZJONI FID-DAWL TAL-GARANZIJA ILLIMITATA MILL-ISTAT MOGĦTIJA MIS-SIDIEN TAS-SETTUR PUBBLIKU (GEWÄHRTRÄGERHAFTUNG)

(121)

Il-Ġermanja qalet illi li kieku ma kienx hemm miżuri ta’ salvataġġ, HSH kienet tfalli u s-sidien tas-settur pubbliku kienu jkunu responsabbli għal telf ħafna akbar taħt il-garanzija illimitata mill-Istat (Gewährträgerhaftung). Ġie stmat li l-pretensjonijiet possibbli taħt il-Gewährträgerhaftung kienu jammontaw għal madwar EUR 30 biljun jew aktar. Il-Ġermanja rrimarkat li, li kieku investitur privat sab ruħu fis-sitwazzjoni tas-sidien tas-settur pubbliku, dan kien jieħu l-istess miżuri ta’ salvataġġ sabiex jevita milli jġarrab telf kbir.

(122)

Il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-miżuri ta’ salvataġġ kienu jissodisfaw il-kriterji tal-“Private Investor Test” u għaldaqstant ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-kriterji tal-“Private Investor Test” jiġu sodisfatti jekk ikun jista’ jiġi affermat b’mod raġonevoli li l-kumpanija tkun se tirritorna għall-vijabbiltà u li l-ispejjeż tal-likwidazzjoni tal-kumpanija jkunu ogħla mill-miżuri ta’ kapital (32). Skont il-Ġermanja, il-pjan ta’ ristrutturar inizjali li ġie sottomess fl-1 ta’ Settembru 2009, kien prova suffiċjenti tal-kapaċità ta’ HSH li tirritorna għall-vijabbiltà. Fir-rigward tal-istima tal-ispejjeż tal-likwidazzjoni, il-Ġermanja ddikjarat li għandha ssir distinzjoni bejn l-obbligi tas-sidien tas-settur pubbliku bħala s-sidien ta’ HSH u bejn l-obbligi tagħhom bħala entitajiet pubbliċi. L-obbligi tagħhom bħala entitajiet pubbliċi (il-benefiċċju tal-qgħad, il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali) ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni meta ġew stmati l-ispejjeż tal-likwidazzjoni. L-obbligi tagħhom bħala s-sidien ta’ HSH biss ġew magħduda u inklużi fl-ispejjeż tal-likwidazzjoni. Il-Ġermanja kkwotat is-sentenza ta’ Linde (33) fl-argumentazzjoni tagħha fejn qalet li, l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mill-għajnuna mill-Istat li kienet diġà ngħatat kif xieraq, kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta sar il-“Private Investor Test”. Il-Gewährträgerhaftung ġiet approvata mill-Kummissjoni u għaldaqstant kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet koperti mill-Gewährträgerhaftung kienu jinsabu fost l-obbligi tal-Länder fil-pożizzjoni tagħhom bħala sidien ta’ HSH, mhux bħala entitajiet pubbliċi. Fin-natura tagħha, il-Gewährträgerhaftung kienet komparabbli ma’ “ittra ta’ garanzija”(Patronatserklärung). Għaldaqstant, l-obbligazzjonijiet tas-sidien tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Gewährträgerhaftung u li jammontaw għal mill-inqas EUR 30 biljun, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu stmati l-ispejjeż tal-likwidazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja kkonkludiet li l-ispejjeż tal-likwidazzjoni jkunu ħafna ogħla mill-miżuri ta’ kapital li ngħataw lil HSH mis-sidien tas-settur pubbliku. Għaldaqstant, ġew rispettati l-kundizzjonijiet tal-“Private Investor Test” u l-miżuri ta’ salvataġġ ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

6.4.   IL-KUMMENTI DWAR IL-VIJABBILTÀ TA’ HSH

(123)

Minkejja li, hekk kif ġie espress fil-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, għall-bidu l-Ġermanja qieset li l-valutazzjoni preliminari tal-mudell kummerċjali ta’ HSH li għamlet il-Kummissjoni kienet negattiva żżejjed, sussegwentement hija aġġornat il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ta’ HSH bil-għan li ttaffi t-tħassib tal-Kummissjoni.

6.5.   IL-KUMMENTI DWAR IL-KONTRIBUZZJONI PROPRJA U L-MIŻURI TA’ KUMPENS

(124)

Il-Ġermanja qalet li l-miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, li kienu jikkonsistu mir-remunerazzjoni tal-miżuri, ir-rilaxx ta’ riżervi tal-kapital, il-bejgħ tas-sussidjarji u t-tnaqqis fl-ispejjeż, kienu jammontaw għal EUR 5,9 biljun u kellhom ikunu suffiċjenti.

(125)

Barra minn hekk, filwaqt li fil-bidu l-Ġermanja kkunsidrat li l-miżuri ta’ kumpens proposti, li kienu jikkonsistu mit-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, il-waqfien ta’ portafolli ta’ kummerċ li jrendu profitt, l-għeluq ta’ 12 (34) mill-21 ċentru internazzjonali u l-bejgħ ta’ sussidjarji mdaqqsa (REAG u DAL (35)), kienu suffiċjenti, aktar tard hija biddlet fehmitha fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat.

7.   IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI

(126)

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll xi kummenti mingħand il-partijiet terzi interessati. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil issottomettew il-kummenti tagħhom fit-30 ta’ Novembru u fil-11 ta’ Diċembru 2009 u Flowers issottmettiethom fis-17 ta’ Diċembru 2009.

7.1.   IL-KUMMENTI MINGĦAND SGVSH U SVB

(127)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil ma qablux mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni li huma bbenefikaw b’mod disproporzjonat mir-rikapitalizzazzjoni li l-azzjonisti tas-settur pubbliku taw lil HSH, minħabba li huma qiesu li l-prezz tal-ishma għall-ishma li nħarġu ġodda kien pjuttost baxx.

(128)

Id-diviżjoni tal-proċedimenti fil-każ ta’ HSH, fejn il-miżuri ta’ għajnuna jiġu awtorizzati f’sett ta’ proċedimenti minnhom u l-ħruġ ta’ għajnuna indiretta lill-azzjonisti minoritarji jiġi ttrattat f’sett ieħor, tkun tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (36) (“ir-Regolament Proċedurali”). Il-miżura ta’ għajnuna ma tistax tkun kompatibbli mas-suq intern fir-rigward ta’ HSH u fl-istess ħin tkun inkompatibbli fir-rigward tas-sidien ta’ HSH. Deċiżjoni negattiva dwar ir-rikapitalizzazzjoni fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u ta’ Flowers tkun tbiddel ir-rikapitalizzazzjoni f’għajnuna inkompatibbli. Skont l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tal-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji fil-kuntest ġenerali tal-valutazzjoni tal-kondiviżjoni tal-piżijiet b’rabta mar-rikapitalizzazzjoni.

(129)

Fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni li ma kienx hemm biżżejjed dilwizzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji minoritarji, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil ma rawx mod kif din setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fl-opinjoni tagħhom, dilwizzjoni tkun l-effett sekondarju ta’ rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma ġewx sodisfatti, sa fejn u sakemm l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil ma kinux jikkostitwixxu impriża skont it-tifsira li hemm stabbilita fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. SGVSH u SVB ma kienu joperaw fl-ebda suq; huma kellhom parteċipazzjonijiet azzjonarji biss f’isem il-membri tagħhom (il-banek tat-tfaddil pubbliċi f’Hamburg u fi Schleswig-Holstein). Il-vantaġġ għall-banek tat-tfaddil seta’ jidher biss miż-żieda fil-valur tal-ishma ta’ HSH, li kien inerenti għall-injezzjonijiet kollha tal-kapital. Barra minn hekk, il-vantaġġ allegat ma ngħatax mir-riżorsi tal-Istat. Il-livell tad-dilwizzjoni kien jiddependi fuq l-għadd tal-ishma u fuq il-prezz tal-ishma. Il-prezz ma ġiex deċiż mill-Istat, iżda mill-azzjonisti matul il-laqgħa tagħhom. Dik id-deċiżjoni ma kinitx imputabbli lill-Istat u, f’konformità mas-sentenza Stardust Marine (37), ma setgħetx titqies bħala għajnuna. Fi kwalunkwe avveniment, il-vantaġġ allegat ma kellu l-ebda impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-banek tat-tfaddil fis-swieq fejn kienu qed joperaw. Għaldaqstant, il-vantaġġ allegat la kien ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni u lanqas ma affettwa l-kummerċ ta’ bejn l-Istati Membri.

(130)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil indikaw ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx investigat l-effetti sekondarji f’każijiet oħra ta’ rikapitalizzazzjoni. Lanqas il-qrati tal-Unjoni ma kienu approvaw approċċ bħal dan fis-sentenza WestLB (38). Barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil osservaw li l-Kummissjoni ma kinitx investigat l-effetti sekondarji f’każijiet oħra fejn il-prezz tal-ħruġ tal-ishma l-ġodda kien jidher li kien eżaġeratament għoli (39) u kkonkludew li investigazzjoni tal-ħruġ biss, bħal fil-każijiet ta’ HSH u ta’ BayernLB, tkun tirrappreżenta ksur tal-prinċipju tat-trattament indaqs.

(131)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil komplew jispjegaw li l-azzjonisti f’kumpanija pubblika ta’ responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaft) kellhom opzjoni fuq l-ishma l-ġodda. Madankollu, din kienet opzjoni, mhux obbligu ta’ xiri. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil qiesu li l-prezz tal-ishma għall-ishma l-ġodda kien adattat, iżda għal raġunijiet finanzjarji, ma rnexxielhomx jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni.

(132)

Barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil qalu li fl-2008 huma kkontribwew b’mod sinifikanti għall-miżuri ta’ kapital li kienu jiffavorixxu lil HSH. F’Lulju tal-2008, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil biddlu parteċipazzjoni silenzjuża bl-ammont ta’ EUR 685 miljun f’ekwità ta’ EUR 125 miljun u f’riżervi tal-kapital ta’ EUR 560 miljun. F’Lulju tal-2008, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil flimkien ma’ Flowers issottoskrivew kontribuzzjoni ta’ kapital silenzjuż f’forma ta’ obbligazzjoni konvertibbli (strument ibridu) bl-ammont ta’ EUR 962 miljun (li minnhom ittieħdu EUR 660,5 miljun mill-banek tat-tfaddil). Fl-aħħar tas-sena 2008, HSH irrilaxxat riżervi tal-kapital li kienu jammontaw għal EUR 3,1 biljun bil-għan li jikkumpensaw għat-telf fuq il-karta tal-bilanċ u biex jiġi evitat l-assorbiment tat-telf tal-istrumenti ibridi. F’dak il-kuntest, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil tilfu l-parti tagħhom ta’ EUR 560 miljun fir-riżervi tal-kapital. Il-kontribuzzjoni ta’ kapital silenzjuż f’forma ta’ obbligazzjoni konvertibbli assorbiet it-telf. Kupun fuq dak l-istrument ma tħallasx. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil kienu ilhom ma jirċievu dividendi mill-2008.

(133)

F’Mejju tal-2009, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil xtaqu jbiegħu l-ishma tagħhom. Madankollu, minħabba l-“ftehim ta’ imblukkar” li ġie konkluż mas-sidien tas-settur pubbliku fil-25 ta’ Marzu 2003, dan il-bejgħ ma setax isir. Il-partijiet għall-ftehim ta’ imblukkar ikkommettew lilhom infushom li jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom b’mod li jippermetti lis-sidien tas-settur pubbliku u lill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil iżommu d-drittijiet tal-vot tal-maġġoranza u ma jbiegħux ċerti perċentwali tal-ishma tagħhom. Il-ftehim ta’ imblukkar ma setax jintemm qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.

(134)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil irrimarkaw li matul ir-rikapitalizzazzjoni, il-parteċipazzjonijiet azzjonarji tagħhom li kienu ta’ 13,2 % u 1,62 % niżlu konsiderevolment għal 4,7 % u 0,6 % rispettivament. B’85,5 % tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji diretti u indiretti, is-sidien tas-settur pubbliku kellhom il-kontroll konġunt fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi kollha ta’ HSH. Fil-fehma ta’ investitur privat, il-kontroll konġunt ifisser, tnaqqis addizzjonali tal-valur tal-ishma miżmuma mill-azzjonisti minoritarji.

(135)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil irrimarkaw li l-valwazzjoni ta’ HSH li twettqet minn PwC, ġiet ikkummissjonata minn HSH u mhux mill-azzjonisti minoritarji. PwC mexxiet il-valwazzjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ valwazzjoni rikonoxxuti. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil qalu li PwC kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-valuri speċifiċi u primjum ta’ riskju mmodifikat, illi kieku kienu jipprovdu valur ta’ EUR 30 għal kull sehem. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil ikkonkludew li l-parteċipazzjonijiet tagħhom niżlu b’mod eċċessiv u stmaw li t-telf li ġarrbu kien ta’ madwar EUR 200 miljun.

7.2.   IL-KUMMENTI TA’ FLOWERS

(136)

Flowers ippreżentat argumenti simili ta’ dawk ippreżentati mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil. Barra minn hekk, hija qalet li kienet diġà għamlet kontribuzzjoni konsiderevoli hija stess għar-ristrutturar ta’ HSH. B’mod partikolari, hija rrimarkat li l-miżuri ta’ kapital li kienu jiffavorixxu lil HSH meħuda f’Lulju tal-2008 kellhom rabta mill-qrib mal-injezzjoni tal-kapital f’Mejju tal-2009. F’Lulju tal-2008, Flowers kienet daħħlet EUR 300 miljun fi flus kontanti. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta’ kapital silenzjuż f’forma ta’ obbligazzjoni konvertibbli li tammonta għal EUR 962 miljun, Flowers kienet issottoskriviet total ta’ EUR 301,5 miljun. Il-kontribuzzjoni ta’ kapital silenzjuż f’forma ta’ obbligazzjoni konvertibbli kienet ipparteċipat fit-telf; l-ebda kupun ma kien tħallas. Il-parti li pprovdew l-investituri għal dawk il-miżuri ta’ kapital kienet tammonta għal 48 %, u għaldaqstant kienet teċċedi b’mod konsiderevoli l-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha ta’ dak iż-żmien li kienet tammonta għal 25,67 %.

(137)

Flowers ma qablitx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fil-paragrafi 65 u 73 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, fir-rigward ta’ kontribuzzjoni proprja insuffiċjenti min-naħa tagħha u tan-nuqqas ta’ miżuri ġenwini għall-kondiviżjoni tal-piżijiet. Fl-2009, Flowers ipprovdiet parteċipazzjoni ta’ EUR 794 miljun waqt ir-rilaxx minn HSH tar-riżervi tal-kapital li kienu jammontaw għal EUR 3,1 biljun. Hija għamlet referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Commerzbank (40), u qalet li fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat il-bejgħ tas-sussidjarji u ta’ assi oħra bħala kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u l-projbizzjoni ta’ kupuni u tal-ħlas tad-dividendi bħala kondiviżjoni tal-piżijiet. L-investituri qiesu li l-miżuri ta’ kapital mogħtija fl-2008 għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

(138)

L-investituri sostnew li t-telf tal-minoranza tagħhom li timblokka, ikkawżat mid-dilwizzjoni, għandu wkoll jitqies bħala kontribuzzjoni proprja. Minkejja d-dilwizzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom għal 9,19 %, huma xorta jkunu responsabbli taħt il-Gewährträgerhaftung, f’konformità mal-perċentwal tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom ta’ qabel ir-rikapitalizzazzjoni, li kien jammonta għal 26,85 %. L-investituri argumentaw ukoll dwar id-dubji tal-Kummissjoni rigward il-valwazzjoni ta’ HSH u l-prezz eċċessiv tal-ishma. Huma sostnew li għadd ta’ aspetti li jistgħu jkabbru l-valur tal-ishma ma ngħatawx biżżejjed piż.

(139)

Minħabba li, kif irrimarkaw l-investituri, il-liġi Ġermaniża ma tipprovdix għall-possibbiltà li l-ishma jiġu ttrasferiti, ma jkunx possibbli li jintalab rimborż tal-għajnuna indiretta mogħtija lill-azzjonisti minoritarji. Skont l-investituri, ma jkunx possibbli li tinħoloq diviżjoni fil-proċedimenti li għaddejjin bħalissa, billi miżura ta’ għajnuna waħda biss ingħatat favur HSH.

8.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PAJJIŻI TERZI

(140)

Il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar l-argumenti ppreżentati mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u Flowers. Il-Ġermanja baqgħet issostni li l-valwazzjoni ta’ HSH kienet adattata u li l-azzjonisti minoritarji ma kienu bbenefikaw mill-ebda għajnuna indiretta mill-Istat. Barra minn dan, hekk kif kien mistenni minn HSH u mis-swieq, il-Ġermanja qablet mad-diviżjoni fil-proċedimenti jekk din tkun tippermetti li l-każ jiġi konkluż malajr. Il-Ġermanja kellha dubji dwar jekk rikapitalizzazzjoni kinitx att legali omoġenju u jekk kellhiex tiġi vvalutata f’deċiżjoni waħda. Il-Ġermanja għamlet referenza għall-każistika tal-qrati tal-Unjoni u affermat li jkun legalment possibbli li tinħoloq diviżjoni fil-proċedimenti u li valutazzjonijiet legali diverġenti ta’ miżura ta’ għajnuna waħda b’rabta ma’ benefiċjarji differenti, jiġifieri HSH u l-azzjonisti minoritarji, ma jikkompromettux il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna li tiffavorixxi lil HSH. Il-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna b’rabta ma’ HSH tista’ tiġi garantita permezz ta’ sensiela ta’ miżuri fil-pjan ta’ ristrutturar, filwaqt li kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-azzjonisti minoritarji permezz ta’ prezz tal-ħruġ eċċessivament għoli jkollu jiġi ttrattat u kkoreġut b’mod ieħor. Il-Ġermanja ma qablitx mal-opinjoni ta’ Flowers dwar li l-liġi Ġermaniża ma tipprovdix għall-possibbiltà li l-ishma jiġu ttrasferiti, u li għaldaqstant ma jkunx possibbli li jintalab rimborż tal-għajnuna indiretta mogħtija lill-azzjonisti minoritarji. Il-Ġermanja affermat li l-liġi Ġermaniża tippermetti li jsir trasferiment bħal dan, u li anke li kieku ma kinitx tippermettih, il-Ġermanja ma kinitx tkun tista’ tikkwota nuqqas ta’ mezzi ta’ infurzar biex tiġġustifika n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors.

9.   IL-VALUTAZZJONI

9.1.   L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(141)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(142)

Sabiex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, din tirrikjedi li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet segwenti: a) trid tkun iffinanzjata minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat; b) trid tkun toffri vantaġġ li, wisq probabbli, jiffavorixxi lil ċerti impriżi jew lil ċerti produtturi; c) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u d) il-miżura trid twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u jrid ikollha l-potenzjal li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jiġu sodisfatti minn qabel, sabiex miżura tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tibqa’ tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet huma sodisfatti.

(143)

L-ewwel nett, il-miżuri ngħataw minn HSH Finanzfonds AöR. Din hija istituzzjoni rregolata mil-liġi pubblika Ġermaniża u li twaqqfet mis-sidien tas-settur pubbliku. Hija tinsab fil-pussess tagħhom u dawn jikkontrollawha b’ishma ndaqs. Il-ħolqien ta’ din l-istituzzjoni ssejjes fuq il-Ftehim bejn l-Istati li ġie ffirmat mil-Länder ta’ Hamburg u ta’ Schleswig-Holstein (41) fit-3 ta’ April 2009 f’Kiel u fil-5 ta’ April 2009 f’Hamburg. L-għan ta’ HSH Finanzfonds AöR huwa li tagħti l-appoġġ tagħha lil HSH f’isem is-sidien tas-settur pubbliku. Sabiex tissodisfa l-kompitu tagħha, HSH Finanzfonds AöR ingħatat is-setgħa li toħroġ garanziji ta’ massimu ta’ EUR 10 biljun, bil-għan li takkwista l-ishma ta’ HSH u ġġib self għal dawn l-akkwisti. Skont il-paragrafu 3 tal-Ftehim bejn l-Istati, is-sidien tas-settur pubbliku huma responsabbli mill-obbligazzjonijiet ta’ HSH Finanzfonds AöR. Għaldaqstant, jidher biċ-ċar li l-miżuri huma ffinanzjati mill-Istat.

(144)

It-tieni nett, l-irpar mir-riskju u r-rikapitalizzazzjoni ġew stabbiliti biex tiġi evitata l-insolvenza ta’ HSH (42) u konsegwentement biex jgħinuha tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet kummerċjali tagħha. Għalhekk, huma jikkostitwixxu vantaġġi ekonomiċi fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(145)

It-tielet nett, il-miżuri kollha għandhom fil-mira tagħhom lil HSH, u għaldaqstant huma selettivi.

(146)

Fl-aħħar nett, sabiex jikkwalifikaw bħala għajnuna, il-miżuri inkwistjoni jridu jwasslu għal distorsjoni jew jheddu li jwasslu għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u jrid ikollhom il-potenzjal li jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawk l-effetti jistgħu jiġu evalwati abbażi tal-ammont tal-għajnuna, il-karatteristiċi tal-miżura ta’ għajnuna u l-benefiċjarju tal-għajnuna (43). Il-miżuri ta’ għajnuna ppermettew li HSH tevita li tidħol fl-insolvenza u li tibqa’ attiva f’għadd ta’ swieq. HSH hija bank attiv internazzjonalment, li jikkompeti ma’ banek oħra fil-Ġermanja u f’pajjiżi oħra. Barra minn hekk, HSH hija bank ta’ importanza sistematika għas-settur bankarju tal-Ġermanja (44), u hija kompetitur kbir fis-suq tal-finanzjamenti ta’ bastimenti u tal-avjazzjoni (HSH hija l-akbar fornitur dinji ta’ finanzjamenti ta’ bastimenti u għandha sehem sinifikanti fis-suq tal-finanzjamenti tal-avjazzjoni). Fl-aħħar nett, hija tirċievi għajnuna relattivament kbira ta’ (ara hawn isfel): b’mod partikolari l-irpar mir-riskju jkopri madwar 75 % mill-karta tal-bilanċ tagħha. Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effett tal-miżura, il-pożizzjoni ta’ HSH fis-settur bankarju u b’mod partikolari fil-finanzjament fis-settur tat-trasport bil-baħar, u l-ammont ta’ għajnuna mogħtija, il-vantaġġ li ngħata lil HSH, wisq probabbli, affettwa l-iskambji kummerċjali ta’ bejn l-Istati Membri.

(147)

Minkejja l-kummenti tal-Ġermanja u tal-partijiet terzi, il-valutazzjoni baqgħet l-istess. Il-kummenti tal-Ġermanja dwar in-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri li jiffavorixxu lil HSH, huma kontradittorji. Min-naħa l-waħda, il-Ġermanja tgħid li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-irpar mir-riskju skont l-Avviż dwar il-Garanziji u mhux skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, u b’hekk ikun jidher li wieħed qed jassumi li l-irpar mir-riskju jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Min-naħa l-oħra, hekk kif ġie spjegat fil-qosor fit-Taqsima 6,3 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja tgħid li investitur privat fil-pożizzjoni tas-sidien tas-settur pubbliku, fid-dawl tal-garanzija illimitata mill-Istat (Gewährträgerhaftung) li ġie stmat li tkopri pretensjonijiet ta’ mill-inqas EUR 30 biljun, ukoll kien jirrikorri għall-miżuri ta’ salvataġġ inkwistjoni favur HSH biex jevitalha li ġġarrab telf kbir. Abbażi ta’ dan, il-Ġermanja ssostni li l-kriterji tal-“Private Investor Test” ġew sodisfatti, u li għalhekk il-miżuri inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

(148)

Il-Ġermanja interpretat ħażin il-każistika li fuqha bbażat l-argumenti tagħha. F’dan il-każ partikolari, il-Ġermanja tgħid li miżura ta’ għajnuna mill-Istat (garanzija illimitata mill-Istat, Gewährträgerhaftung) għandha tiġi trattata bħala spiża tal-likwidazzjoni sabiex il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat l-oħrajn (ir-rikapitalizzazzjoni u l-irpar mir-riskju) jiġu ddikjarati bħala li huma konformi mal-prinċipju tal-investitur privat. Fil-Każ Linde l-partijiet ikkonkludew, f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, tranżazzjoni li kienet tinvolvi sussidju, bil-għan li jiġi kkanċellat kuntratt ta’ provvista li kien ġie konkluż preċedentement, ukoll f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, minħabba li l-eżekuzzjoni tiegħu sussegwentament kienet irriżultat f’telf annwali sinifikanti. Il-Qorti Ġenerali ddikjarat li “[l-] arranġament komprensiv jirrappreżenta tranżazzjoni kummerċjali normali li matulha [t-Treuhandanstalt] u LWG ġabu ruħhom ta’ operaturi razzjonali f’ekonomija tas-suq. Jidher biċ-ċar li kienu prinċipalment immotivati minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali u li ma qiesu l-ebda objettivi ta’ politika ekonomiċi jew soċjali” (45). Dik is-sitwazzjoni ma tistax titqabbel mal-każ inkwistjoni, billi fil-Każ Linde ż-żewġ tranżazzjonijiet ġew konklużi f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li hawnhekk l-ebda tranżazzjoni ma ġiet konkluża f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(149)

Il-Gewährträgerhaftung hija definita bħala obbligazzjoni diretta, ibbażata fuq statut jew ordinanzi, min-naħa ta’ awtorità reġjonali jew ta’ assoċjazzjoni tal-liġi pubblika, fir-rigward tal-kredituri ta’ istituzzjoni tal-kreditu tal-liġi pubblika, li tkopri l-obbligi kollha ta’ din l-istituzzjoni. Għaldaqstant, il-Gewährträgerhaftung tobbliga lill-garanti (il-“Gewährträger”) jintervjeni fil-każijiet ta’ insolvenza jew ta’ likwidazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu. Din tiġġustifika l-pretensjonijiet diretti tal-kredituri tal-istituzzjoni tal-kreditu kontra l-garanti, li madankollu jistgħu jintalbu biss f’każ li l-assi tal-istituzzjoni tal-kreditu ma jkunux ikopru suffiċjentement il-pretensjonijiet tal-kredituri. Il-Gewährträgerhaftung m’għandhiex limitu ta’ żmien u mhijiex marbuta ma’ xi ammont partikolari. Barra minn hekk, l-istituzzjoni tal-kreditu ma tħallas l-ebda remunerazzjoni għall-garanzija (46). Fil-qosor, il-Gewährträgerhaftung tikkostitwixxi obbligazzjoni sussidjarja ta’ entità korporattiva pubblika (muniċipalità jew Land) li mhijiex remunerata u li hija illimitata, għal dawk il-pretensjonijiet tal-kredituri li jkunu kontra xi istituzzjoni pubblika (bank pubbliku), prevista f’każ li dik l-istituzzjoni tkun ġiet insolventi. Investitur privat fis-sitwazzjoni tas-sidien tas-settur pubbliku ma jkunx jagħti lil bank garanzija illimitata u mhux remunerata li tkopri l-bilanċ kollu ta’ dak il-bank, bħalma għamlu s-sidien tas-settur pubbliku permezz tal-Gewährträgerhaftung.

(150)

Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset il-Gewährträgerhaftung bħala għajnuna mill-Istat. Hija obbligat lil Ġermanja tabolixxi l-Gewährträgerhaftung.

(151)

Il-Gewährträgerhaftung hija msejsa fuq il-liġi pubblika. Fil-kuntest ta’ din il-garanzija, is-sidien tas-settur pubbliku jitqiesu bħala entitajiet pubbliċi u mhux bħala sidien privati. F’konformità mal-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (47) u mal-każistika (48), l-ispejjeż tal-likwidazzjoni jkopru biss l-obbligazzjonijiet li setgħu tħallsu minn investitur privat. Hekk kif indikat fil-paragrafu (149), investitur privat ma jkunx jagħti lil bank garanziji illimitati u mhux remunerati li jkopru l-bilanċ kollu ta’ dak il-bank. Għaldaqstant, is-sentenza fil-każ Linde, ftit li xejn hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-każ attwali, minħabba li fil-kuntest tal-Gewährträgerhaftung, l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż tal-likwidazzjoni.

Kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna

(152)

L-element ta’ għajnuna fir-rikapitalizzazzjoni għandu jkun il-valur nominali ta’ dik ir-rikapitalizzazzjoni, minħabba li l-ebda investitur privat ma jkun jipprovdi fondi bħal dawn lil kumpanija li tkun tinsab fid-diffikultà. Kif stabbilit fil-paragrafi 27 u 28 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ, in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-azzjonisti minoritarji fir-rikapitalizzazzjoni u l-qsim sproporzjonat tal-piż ikkawżat mill-miżuri ta’ salvataġġ bejn is-sidien tas-settur pubbliku, jindikaw li r-rikapitalizzazzjoni ġiet motivata mill-objettivi tal-politika pubblika, u mhux mill-kunsiderazzjonijiet tal-investitur privat. F’konformità mal-każistika tagħha (49), il-Kummissjoni tikkonferma fehmitha li l-element ta’ għajnuna fir-rikapitalizzazzjoni jammonta għal EUR 3 biljun.

(153)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonfermat li l-element ta’ għajnuna fl-irpar mir-riskju jammonta għal EUR 10 biljun. Minkejja l-argumenti li ġabet il-Ġermanja, il-Kummissjoni tibqa’ konvinta li l-miżura trid tiġi evalwata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar it-trattament tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. L-assi indeboliti jikkorrespondu ma’ dawk il-kategoriji tal-assi li l-banek aktarx li jagħmlu telf minn fuqhom. Il-Kummissjoni tqis li l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti trid tkopri kwalunkwe tip ta’ miżura ta’ appoġġ li tikkonċerna l-assi indeboliti u li tipprovdi salvataġġ effettiv tal-assi għall-istituzzjoni riċeventi. Dan għaliex il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tiddefinixxi s-salvataġġ tal-assi bħala kwalunkwe miżura li permezz tagħha bank jista’ jevita li jagħmel aġġustamenti severi li jnaqqsu mill-valur ta’ ċerti kategoriji ta’ assi (50). L-irpar mir-riskju għal HSH jaqa’ f’dik il-kategorija ta’ miżuri.

(154)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Ġermanja f’li l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti mhijiex applikabbli u f’li l-ammont tal-għajnuna inkluża fil-garanzija fuq it-tieni telf għandu jkun stabbilit skont ir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat u partikolarment skont l-Avviż dwar il-Garanziji. L-Avviż dwar il-Garanziji japplika għall-miżuri ta’ għajnuna li tfasslu biex jipprovdu likwidità lil banek (51). L-irpar mir-riskju għandu skop ieħor. Huwa tfassal biex jiġi implimentat fuq in-naħa tal-assi bil-għan li jillibera kemm jista’ jkun kapital, sabiex il-bank ikun jista’ jtejjeb il-proporzjon tiegħu tal-kapital.

(155)

Fir-rigward tal-oġġezzjoni ratione temporis tal-Ġermanja, il-Kummissjoni tirrimarka li hija għandha tapplika l-liġi u l-linji gwida li jkunu fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni, irrispettivament miż-żmien li fih tfasslu jew ġew notifikati l-miżuri tal-għajnuna (52). Din hija regola ġenerali, u kwalunkwe eċċezzjoni għaliha għandha tissemma b’mod ċar fl-att legali li jkun altrimenti applikabbli. Il-qrati tal-Unjoni kkonfermaw li miżura notifikata għandha tiġi evalwata skont ir-regoli li jkunu applikabbli fid-data tad-deċiżjoni (53). Għal din ir-raġuni, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, il-Kummissjoni applikat il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għal miżuri li ġew notifikati qabel il-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni (54).

(156)

Skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, l-ammont ta’ għajnuna f’miżura ta’ salvataġġ tal-assi jikkorrespondi mad-differenza bejn il-valur tat-trasferiment tal-assi u l-prezz tagħhom fis-suq. Il-valur tat-trasferiment tal-portafoll protett jammonta għal madwar EUR [168] biljun, li jikkorrespondi mal-valur nominali tal-portafoll li jammonta għal madwar EUR [172] biljun nieqes l-ewwel telf ta’ EUR 3,2 biljun (is-segment tal-ewwel telf).

(157)

Minħabba d-daqs sinifikanti tal-portafoll protett u l-kompożizzjoni tiegħu ([60-80] % tal-assi koperti jikkostitwixxu self lil klijenti), huwa diffiċli li wieħed jikkwantifika l-valur tiegħu fis-suq. Jekk ma jkunx hemm suq, il-valur fis-suq ta’ ċerti assi effettivament jista’ jkun żero (55). Fi kwalunkwe każ, il-valur fis-suq tal-portafoll protett huwa ħafna iktar baxx mill-valur ekonomiku reali tiegħu (REV) (56), u dan jirrifletti l-valur ekonomiku sottostanti tal-assi fuq perjodu ta’ żmien twil. Minħabba li l-ammont ta’ għajnuna inkluża fil-garanzija ma jistax jeċċedi l-valur nominali tagħha (EUR 10 biljun), m’hemmx bżonn li jiġi ddeterminat il-valur eżatt. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-element ta’ għajnuna inkluż fl-irpar mir-riskju jammonta għal EUR 10 biljun.

(158)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrimarka li l-garanziji ta’ likwidità mogħtija minn Soffin, li jammontaw għal EUR 17-il biljun, jikkostitwixxu għajnuna li ngħatat taħt l-iskema Ġermaniża.

(159)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-element ta’ għajnuna fl-irpar mir-riskju u fir-rikapitalizzazzjoni jammonta għal EUR 13-il biljun. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-element ta’ għajnuna fil-garanziji ta’ likwidità jammonta għal massimu ta’ EUR 17-il biljun.

9.2.   IL-KOMPATIBBILTÀ MAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

9.2.1.   L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 107(3)(B) TAT-TFUE

(160)

F’konformità mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba biex “tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Fl-approvazzjoni tagħha tal-iskema Ġermaniża ta’ salvataġġ tal-banek (57), il-Kummissjoni għarfet li l-ekonomija Ġermaniża tinsab mhedda minn taħwid serju u li l-appoġġ tal-banek min-naħa tal-Istat huwa mod adattat kif jiġi rrimedjat dak it-taħwid. Minkejja li l-ekonomija ilha tirkupra bil-mod il-mod sa mill-bidu tal-2010, il-Kummissjoni xorta waħda tqis li r-rekwiżiti li jippermettu li tingħata l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE huma sodisfatti, minħabba li reġgħet qed titfaċċa t-tensjoni fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat dik il-fehma billi f’Diċembru tal-2010 adottat Komunikazzjoni li testendi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (58) sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(161)

Il-kollass ta’ bank bħal HSH jista’ jħalli impatt dirett fuq is-swieq finanzjarji u għaldaqstant jaffettwa l-ekonomija kollha ta’ xi Stat Membru. Minħabba l-fraġilità attwali tas-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni qed tkompli ssejjes il-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju fuq l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

9.2.2.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-IRPAR MIR-RISKJU MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ASSI INDEBOLITI

(162)

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Għall-kuntrarju għal dik li tisħaq il-Ġermanja, il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti ma sserviex biss biex tiżgura prassi amministrattiva konsistenti (59). Pjuttost tistabbilixxi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li għandhom jiġu applikati għall-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi. Billi tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, permezz tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-kriterji ta’ kompatibbiltà li għandhom jiġu applikati għal miżuri bħal dawn. L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għandha tiżgura konsistenza bejn il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi adottati mill-Istati Membri u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-għajnuna mill-Istat. Il-Paragrafu 18 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jiddikjara li l-Komunikazzjoni timmira li tistabbilixxi prinċipji u kondizzjonijiet ikkoordinati biex tiżgura l-effikaċja tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi fis-suq intern safejn hu possibbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-objettiv fuq perjodu ta’ żmien twil li jirrigwarda r-ritorn għal kondizzjonijiet normali fis-suq. B’hekk l-objettivi tal-Komunikazzjoni huma iktar wesgħin milli mistqarr mill-Ġermanja, u mhumiex limitati għall-prassi amministrattiva. Sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi t’hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tapplika l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għall-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi.

(163)

B’hekk il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni biex tivvaluta l-miżura direttament skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, kif suġġerit mill-Ġermanja.

(164)

Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tistipula sett ta’ kondizzjonijiet li l-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi jridu jkunu konformi magħhom, sabiex ikunu kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) TFUE. L-eżaminazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom hi mwettqa bl-użu ta’ numru ta’ kriterji inklużi l-eliġibbiltà tal-assi, il-ġestjoni tal-assi, il-valwazzjoni tal-portafoll protett, l-identifikazzjoni xierqa tal-problema u t-trasparenza u d-divulgazzjoni totali ex ante, l-allinjament tal-miżura ma’ objettivi ta’ politika pubblika, l-adegwatezza tar-remunerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-valutazzjoni obbligatorja ta’ pjan ta’ ristrutturar mill-Kummissjoni.

9.2.2.1.   L-assi eliġibbli

(165)

Il-paragrafi 33 et seq. tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jeħtieġu l-identifikazzjoni tal-assi eliġibbli u l-organizzazzjoni tagħhom f’kategoriji ta’ assi (ordni simultanja azzjonarja). Gwida dettaljata fuq id-definizzjonijiet ta’ dawk il-kategoriji hija pprovduta fl-Anness III għall-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Il-varjetà ta’ assi koperti mill-irpar mir-riskju tmur lil hinn mis-sistema ta’ ordni simultanja azzjonarja koperta mill-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Madankollu, il-paragrafu 35 tal-Komunikazzjoni jippermetti għal flessibbiltà addizzjonali fl-identifikazzjoni tal-assi eliġibbli. Huwa jippermetti lil banek jiġu meħlusa minn assi indeboliti li mhumiex koperti mill-paragrafu 33 mingħajr ġustifikazzjoni speċifika, u dan jiġri biss għal massimu ta’ 10-20 % tal-assi kollha ta’ bank partikolari. Madankollu, minħabba li l-irpar mir-riskju jkopri [madwar 75] % tal-karta tal-bilanċ ta’ HSH, il-paragrafu 35 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti ma jipprovdix soluzzjoni sodisfaċenti f’ dan il-każ.

(166)

Madankollu, skont il-paragrafu 32 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, li jistipula l-prinċipji ta’ gwida fuq l-eliġibbiltà ta’ assi, għandu jiġi adottat approċċ pragmatiku għall-valutazzjoni tan-natura tal-assi involuti f’miżura ta’ assi indeboliti. Il-Kummissjoni tinnota li l-firxa ta’ kategoriji ta’ assi affettwati mill-kriżi finanzjarja saret iktar wiesgħa maż-żmien minħabba r-riperkussjonijiet. B’mod partikolari, it-titoli relatati mat-trasport bil-baħar, mat-trasport bl-ajru u mal-proprjetà immobbli b’mod ġenerali jiffaċċjaw swieq illikwidi jew huma suġġetti għal aġġustamenti severi li jnaqqsu mill-valur. Is-salvataġġ tal-assi għal assi bħal dawn jista’ jkun ta’ għajnuna fil-ksib tal-objettivi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, l-aktar għaż-żieda fit-trasparenza u għal kontribut għall-istabbiltà finanzjarja, anke jekk ma jidħlux fil-kategoriji tal-assi li inizjalment ikkawżaw il-kriżi finanzjarja. B’hekk, f’każijiet preċedenti, il-Kummissjoni aċċettat miżuri ta’ salvataġġ tal-assi għal dawn l-assi (60). Il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tagħmel l-istess fil-każ attwali.

(167)

Fl-aħħar, il-paragrafu 36 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jippermetti għal kriterji aktar estensivi ta’ eliġibbiltà jekk il-miżura hija kumpensata b’ristrutturar fil-fond. Aktar ma jkun kbir il-proporzjon irrappreżentat mill-assi garantiti fil-portafoll ta’ bank, iktar irid ikun fil-fond ir-ristrutturar li jkollu jagħmel il-bank. Fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar l-eliġibbiltà ta’ assi minħabba li l-pjan inizjali ta’ ristrutturar li ngħatalha dak iż-żmien ma kienx suffiċjentement estensiv biex jikkumpensa b’mod adegwat għall-applikazzjoni flessibbli tal-kriterji ta’ eliġibbiltà. HSH issottomettiet il-pjan modifikat ta’ ristrutturar fil-11 ta’ Lulju 2011. Il-miżuri modifikati ta’ ristrutturar jinkludu tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ madwar 61 %, ċessjoni ta’ […] ishma u l-għeluq ta’ 15 mill-21 ċentru internazzjonali. Dawn jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-profondità tar-ristrutturar tikkumpensa għall-applikazzjoni flessibbli tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-assi. Konsegwentement, ittaffew id-dubji tal-Kummissjoni rigward l-eliġibbiltà tal-assi.

9.2.2.2.   Il-ġestjoni tal-assi

(168)

Fil-paragrafu 45 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-kompatibbiltà tal-garanzija fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi fuq il-bażi li ma kienx hemm evidenza ta’ separazzjoni ċara, funzjonali u organizzattiva bejn HSH u l-assi protetti minħabba li l-assi kollha jkunu jibqgħu fil-karta tal-bilanċ ta’ HSH; b’mod partikolari dan kien japplika għall-maniġment, għall-persunal u għall-klijenti.

(169)

Il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni addizzjonali, billi spjegat li HSH kienet stabbilixxiet Unità tar-Ristrutturar li kienet bank għall-istralċ intern b’ġestjoni separata. HSH introduċiet rappurtar ibbażat fuq segmenti, li kien jinkludi l-ġestjoni separata tal-Unità tar-Ristrutturar, sabiex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejn il-bank ewlieni u l-Unità tar-Ristrutturar. Il-Kummissjoni taqbel mal-kummenti tal-Ġermanja fuq il-ġestjoni tal-assi, miġbura fil-qosor fil-paragrafu (115) ta’ din id-Deċiżjoni, u taċċetta l-bidliet introdotti minn HSH fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi. Konsegwentement, l-irpar mir-riskju huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi.

9.2.2.3.   Il-valwazzjoni tal-portafoll protett

(170)

Fil-Paragrafu 45 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni qajmet dubji anke dwar il-valwazzjoni tal-portafoll protett, minħabba li porzjon żgħir biss tal-portafoll kien ġie vvalutat minn esperti indipendenti, u HSH ma kinetx ipprovdiet biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tal-valur ekonomiku reali tal-portafoll kollu. Qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, HSH kienet ħatret żewġ esperti indipendenti, Blackrock u Cambridge Place. Huma vvalutaw biss frazzjoni żgħira tal-portafoll protett, prinċipalment it-titoli abbażi ta’ assi (ABS) u partijiet mill-portafoll tal-kreditu strutturat.

(171)

Il-Kummissjoni m’għandhiex l-istess opinjoni bħall-Ġermanja, kif imniżżel fil-paragrafu (116) ta’ hawn fuq dwar li huwa diffiċli biex jiġi vvalutat self għal klijenti minħabba n-numru ta’ suppożizzjonijiet involuti fi projezzjonijiet dwar flussi tal-flus (bħal dawk ta’ delinkwenzi fil-futur, probabbiltajiet ta’ inadempjenza, iż-żmien għal inadempjenza u rkupru, u r-rati ta’ mgħax kemm fir-rigward tar-rata bla riskju u tal-primjum ta’ riskju). Għalkemm il-valwazzjoni hija aktar kumplessa fil-każ ta’ self b’maturitajiet estendibbli, li hu tipikament il-każ meta jsir self għat-trasport bil-baħar u self għal proprjetà immobbli li t-tnejn jiffurmaw proporzjon kbir tal-portafoll protett, il-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni turi li l-valwazzjonijiet ta’ portafolli bbażati fuq il-flussi tal-flus, inklużi assi simili, diġà ġew imwettqa (61). Barra minn hekk, il-Ġermanja naqset milli turi li valwazzjoni bbażata fuq projezzjonijiet dwar flussi tal-flus tkun tirriżulta f’eżitu materjalment differenti.

(172)

Il-valwazzjoni għandha ssegwi metodoloġija ġenerali stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Fuq talba tal-Kummissjoni, HSH u l-espert estern tagħha Morgan Stanley wettqu valwazzjoni sħiħa tal-portafoll b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ esperti tal-Kummissjoni. Is-suppożizzjonijiet sottostanti applikati minn HSH fil-valwazzjoni kienu konformi max-xenarji ta’ tensjoni qawwija applikati mill-Kummissjoni f’każijiet oħra. B’hekk ġiet applikata metodoloġija konsistenti.

(173)

Ir-riżultat tal-valwazzjoni kien li t-telf mistenni jkun jeċċedi konsiderevolment s-segment tal-ewwel telf ta’ EUR 3,2 biljun u jeżawrixxi s-segment tat-tieni telf ta’ EUR 10 biljun. Il-valwazzjoni tal-portafoll uriet li l-valur ekonomiku reali […], jinsab fil-madwar ta’ EUR [155-170] biljun (madwar EUR [172] biljun nieqes EUR 3,2 biljun nieqes EUR [2,5-10] biljun).

(174)

Il-valwazzjoni kienet immexxija skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti u għalhekk il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha, espressi fil-paragrafu 45 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, ittaffew.

9.2.2.4.   It-trasparenza u d-divulgazzjoni totali ex ante

(175)

Fil-paragrafu 42 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura l-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura fir-rigward tat-trasparenza u d-divulgazzjoni, sa fejn il-Ġermanja ma kinetx ipprovdiet valwazzjoni sħiħa tal-assi tal-portafoll protett imwettqa minn espert rikonoxxut indipendenti.

(176)

Skont il-paragrafu 20 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jirrikjedu min-naħa tal-banek eliġibbli, trasparenza u divulgazzjoni totali ta’ indebolimenti tal-assi li ser jiġu koperti mill-miżuri ta’ salvataġġ, fuq il-bażi ta’ valwazzjoni xierqa, iċċertifikata minn esperti indipendenti rikonoxxuti u vvalidata mill-awtorità rilevanti ta’ sorveljanza. L-informazzjoni dwar l-assi indeboliti għandha tiġi pprovduta bl-ammont ta’ dettall issuġġerit fil-punt II u fit-Tabella 2 tal-Anness III ta’ mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti.

(177)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura ‘l hawn, il-Kummissjoni ngħatat informazzjoni ddettaljata dwar il-portafoll protett u l-assi. Il-valwazzjoni tiddetermina li l-valur ekonomiku reali tal-portafoll huwa ta’ madwar EUR [155-170] biljun. L-effett ta’ sulliev kapitali tal-irpar mir-riskju kien ikkalkulat għal madwar EUR [3,5] biljun. Morgan Stanley uffiċjalment iffirma u vvalida l-valwazzjoni, filwaqt li inkluda s-suppożizzjonijiet sottostanti u l-metodoloġija applikata. L-effett ta’ sulliev kapitali tal-miżura kien ikkonfermat minn BaFin fi Frar tal-2010. L-effett ta’ sulliev kapitali ikkalkulat fuq il-valwazzjoni tal-assi huwa differenti mill-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fil-paragrafi 51 et seq. tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura. Il-Kummissjoni taċċetta r-riżultat tal-valwazzjoni u l-effett ta’ sulliev kapitali kkalkulat li tressaq mill-Ġermanja. Fid-dawl tal-eżitu tal-investigazzjoni, il-kummenti li għamlet il-Ġermanja fuq l-effett ta’ sulliev kapitali m’għandhomx għalfejn ikomplu jiġu indirizzati.

(178)

Ittaffew id-dubji tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza adegwata u d-divulgazzjoni ex ante.

9.2.2.5.   L-allinjament mal-objettivi tal-politika pubblika

(179)

It-Taqsima 5.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tirrikjedi li l-inċentivi għal banek sabiex dawn jipparteċipaw fil-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi indeboliti, jiġu allinjati mal-objettivi tal-politika pubblika, permezz ta’ (a) massimu ta’ sitt xhur għall-perjodu tar-reġistrazzjoni, (b) mekkaniżmi li jiżguraw il-parteċipazzjoni mill-banek li l-aktar għandhom bżonn il-miżura ta’ salvataġġ tal-assi u (c) restrizzjonijiet xierqa fuq l-imġieba biex, fost ħwejjeġ oħra, jillimitaw l-impatt fuq il-kompetizzjoni.

(180)

Il-garanzija kienet speċifikament maħsuba għal HSH u adattata għas-sitwazzjoni partikolari tagħha fid-dawl tal-importanza sistemika tagħha għall-ekonomija tas-sidien fis-settur pubbliku. Fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar modifikat, HSH se tkun suġġetta għal numru ta’ impenji b’rabta mal-imġieba, partikolarment relatati mal-ħlas ta’ kupuni u dividendi, mal-governanza korporattiva, mar-remunerazzjoni u mal-preżenza tas-suq f’setturi speċifiċi bħat-trasport bil-baħar.

(181)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-irpar mir-riskju għal HSH huwa kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti fir-rigward tal-allinjament mal-objettivi tal-politika pubblika.

9.2.2.6.   Ir-remunerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet

(182)

Fil-paragrafu 49 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-adegwatezza tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. Skont il-paragrafu 24 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, HSH għandha tintalab li tikkontribwixxi għall-kopertura tat-telf jew tar-riskju permezz tal-klawżola tal-ewwel telf (tipikament b’minimu ta’ 10 %). Kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet tista’ tiġi żgurata wkoll minn remunerazzjoni ogħla jew minn kumpens ex post. Barra minn hekk, fil-paragrafi 51 et seq. tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm il-miżata ta’ 400 punt ta’ bażi (bps) kienet isservi ta’ remunerazzjoni xierqa għar-riskju meħud mis-sidien tas-settur pubbliku.

(183)

Il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jiddikjara li għal kull miżura tal-assi indeboliti għandha tiġi garantita remunerazzjoni adegwata għall-Istat. Sabiex remunerazzjoni għal miżura tal-assi indeboliti titqies adegwata, trid tkun tirremunera l-effetti tal-miżura fuq il-kapital regolatorju. Għalhekk l-effett ta’ sulliev kapitali għandu jkun adegwatament remunerat.

(184)

Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-effett ta’ sulliev kapitali, fid-Deċiżjoni tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta’ Landesbank Baden-Württemberg (62), il-Kummissjoni stabbilixxiet biex remunerazzjoni għall-effett ta’ sulliev kapitali tkun adegwata, trid tkun 6,25 % tal-ammont ta’ sulliev kapitali miksub permezz tal-miżura (63). L-effett ta’ solliev kapitali għall-irpar tar-riskju kien stabbilit li jkun ta’ madwar EUR [3,5] biljun, għalhekk għandu jkun hemm remunerazzjoni annwali ta’ madwar EUR 220 miljun (li tikkorrespondi għal madwar [220] punt ta’ bażi tal-valur nominali tal-garanzija) fejn HSH tibbenefika mill-ammont sħiħ tal-garanzija. Mal-kanċellazzjoni (parzjali) tal-garanzija, ir-remunerazzjoni minima tas-solliev kapitali għandha titnaqqas proporzjonalment għal madwar 220 punt ta’ bażi tal-valur nominali pendenti tal-garanzija.

(185)

Kif spjegat fil-paragrafu (46), HSH ipproponiet li tħallas miżata ta’ garanzija ta’ 400 punt ta’ bażi għall-irpar mir-riskju. Għalhekk, skont x’ikun ix-xenarju, HSH se tħallas EUR [> 1,5] biljun (l-ebda prelevament mill-garanzija), EUR [> 2,5] biljun (prelevament ta’ EUR 5 biljun) jew EUR [> 4] biljun (prelevament ta’ EUR 10 biljun).

(186)

Rigward l-adegwatezza tar-remunerazzjoni minima tas-sulliev kapitali ta’ [madwar 220] punt ta’ bażi kull sena fuq EUR 10 biljun (jew — f’każ ta’ kanċellazzjonijiet parzjali — fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija (64)), l-ammont assolut tar-remunerazzjoni tas-sulliev kapitali jkun imnaqqas jekk il-garanzija hija parzjalment kkanċellata. Għalkemm huwa probabbli li l-effett ta’ sulliev kapitali mhux se jonqos b’mod direttament proporzjonali għall-ammont tal-irpar mir-riskju, il-Kummissjoni tqis li, matul iż-żmien tal-irpar mir-riskju, huwa jippermetti li ssir approssimazzjoni raġonevoli għall-fini tal-kalkolu tar-remunerazzjoni minima meħtieġa għas-sulliev kapitali. Konsegwentement, il-Kummissjoni tkun tqis li remunerazzjoni ta’ [madwar 220] punt ta’ bażi kull sena fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija, tkun adegwata.

(187)

Peress li [madwar 220] punt ta’ bażi fuq l-ammont tal-garanzija pendenti huwa approssimazzjoni aċċettabbli għal 6,25 % fuq l-ammont ta’ sulliev kapitali, il-Kummissjoni hija sodisfatta li 6,25 % fis-sena fuq l-effett ta’ sulliev kapitali dejjem se tingħata lil HSH Finanzfonds AöR. Ir-remunerazzjoni ta’ sulliev kapitali għalhekk tista’ tiġi kkunsidrata bħala li hi konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti.

(188)

Barra minn hekk, skont il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-valur tat-trasferiment għax-xiri tal-assi jew għall-garanzija tal-assi għandu jkun ibbażat fuq il-valur ekonomiku reali tal-assi.

(189)

Skont valwazzjoni tal-Kummissjoni tal-irpar mir-riskju, il-valur garantit ta’ madwar EUR [168] biljun kien għoli wisq (ogħla mill-valur ekonomiku reali) u s-segment tal-ewwel telf kien baxx wisq, meta tfasslet il-miżura tal-garanzija. Id-differenza bejn il-valur garantit u l-valur ekonomiku reali hija ta’ EUR [2,5-10] biljun. B’konsegwenza ta’ hekk, għandu jkun hemm “korrezzjoni” tal-valur garantit u żieda fis-segment tal-ewwel telf. Il-Ġermanja pprovdiet evidenza li juru li ma kienx possibbli għal HSH li tħallas lura EUR [2,5-10] biljun, u ma taċċettax tali irkupru. Madankollu, għalkemm HSH ma tistax iżżid is-segment tal-ewwel telf b’EUR [2,5-10] biljun sabiex tkopri t-telf mistenni, id-differenza tista’, skont il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, tiġi wkoll irkuprata fi stadju aktar tard, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu tal-irkupru assoċjat ma’ miżuri ta’ ristrutturar estensivi.

(190)

Mekkaniżmu tal-irkupru jista’ jiġi attwat permezz tal-primjum bażiku ta’ 400 punt ta’ bażi mħallas lill-Istat. Jista’ jieħu l-forma ta’ dik il-parti tal-ħlas li teċċedi r-remunerazzjoni tal-effett ta’ sulliev kapitali ta’ madwar [220] punt ta’ bażi. Barra minn hekk, dak l-ammont ikun jiddependi wkoll fuq il-prelevamenti mill-garanzija, minħabba li l-primjum bażiku jista’ jinbidel, hekk kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

Tabella 12

Il-ħlas tal-irkupru permezz tal-primjum bażiku u rekwiżit addizzjonali għall-irkupru

(F’miljuni ta’ EUR)

 

Xenarju 1

(Prelevament ta’ EUR 0 mill-garanzija)

Xenarju 2

(Prelevament ta’ EUR 5 biljun mill-garanzija)

Xenarju 3

(Prelevament ta’ EUR 10 biljun mill-garanzija)

Primjum bażiku (400 punt ta’ bażi fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija)

[> 1,5]

[> 2,5]

[> 4]

Li minnhom, remunerazzjoni ta’ sulliev kapitali ([madwar 220] punt ta’ bażi fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija)

[700-900]

[1 200 -1 600 ]

[1 800 -2 500 ]

Irkupru inkluż fil-primjum bażiku

[500-800]

[1 000 -1 400 ]

[1 500 -2 000 ]

Irkupru ulterjuri meħtieġ

(…)

(…)

(…)

(191)

Ir-remunerazzjoni tkun tirriżulta f’irkupru mhux suffiċjenti permezz tal-primjum bażiku. B’hekk, biex jinkiseb irkupru sħiħ, id-differenza bejn il-valur ekonomiku reali u l-prezz tat-trasferiment mhux koperta mill-primjum bażiku ta’ 400 punt ta’ bażi għad trid titħallas lill-Istat minn HSH. Skont x’ikun ix-xenarju, dik id-differenza tvarja minn EUR […] biljun għal EUR […] biljun.

(192)

Billi l-Ġermanja u HSH qed jirrifjutaw li jżidu l-ħlas f’dak ir-rigward, il-miżura ta’ għajnuna ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(193)

Il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ ristrutturar modifikat juri li huwa impossibbli li jintalab ħlas ta’ irkupru addizzjonali ta’ bejn EUR […] biljun u EUR […] biljun mingħajr ma jkun ta’ theddida għall-vijabbiltà ta’ HSH, minħabba li, skont il-projezzjonijiet fil-paragrafu (91) ta’ hawn fuq, irkupru sħiħ jużalha l-profitti li tkun għamlet matul u wara l-perjodu tar-ristrutturar kollu.

(194)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna tista’ tiġi żgurata jekk tidħol fis-seħħ sistema ta’ remunerazzjoni li tippermetti korrezzjoni f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti u mill-prassi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-irkupru r-remunerazzjonijiet. Il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti fil-fatt jispeċifika li tista’ tiġi aċċettabbli għall-valur tat-trasferiment (valur garantit) tal-assi li jaqbżu il-valur ekonomiku reali tagħhom jekk hemm ristrutturar estensiv u jekk il-kondizzjonijiet introdotti jippermettu l-irkupru ta’ din l-għajnuna addizzjonali fi stadju iktar tard. Fil-qosor, il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jħalli lok għall-aċċettazzjoni parzjali tal-irkupri jekk ikunu kkumpensati kif jixraq permezz tar-ristrutturar.

(195)

Fil-każ attwali l-Kummissjoni tqis li jista’ jinkiseb irkupru addizzjonali parzjali jekk jiġu implimentati diversi miżuri flimkien.

(196)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li, sal-limitu massimu possibbli (u mingħajr ma jiddgħajjef ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta’ HSH), il-ħlas ta’ kwalunkwe irkupru addizzjonali għandu jsir minnufih u mhux differit aktar milli meħtieġ. Għalhekk, hija investigat l-possibbiltà ta’ ħlas bil-quddiem. Kif spjegat fil-paragrafu (90), il-Kummissjoni talbet lil HSH biex tinkludi fil-projezzjonijiet finanzjarji, ħlas ta’ ammont f’daqqa ta’ darba li jammonta għal EUR 500 miljun fl-2011. Il-projezzjonijiet finanzjarji fil-paragrafu (91) ta’ hawn fuq juru li HSH tista’ tħallas ħlas ta’ darba li jammonta għal EUR 500 miljun lill-Istat. Ħlas bħal dan juża l-profitti kollha mistennija ta’ HSH u huwa mistenni li jwassal għal telf nett ta’ EUR [150200] miljun għall-2011. Madankollu, dak it-telf jista’ jiġi assorbit fis-snin sussegwenti u mhux se jwaqqaf lil HSH milli tistabbilixxi rekord ta’ profitti konsistenti (rappreżentattiv tal-profitabbiltà tal-attivitajiet kummerċjali tagħha) għas-snin kollha li jifdal fil-perjodu ta’ ristrutturar. Tali rekord ser ikun neċessarju biex jintwera r-ritorn ta’ HSH għall-vijabbiltà fit-tul u fl-aħħar mill-aħħar biex isir titjib fl-abbiltà tagħha li tattira l-investituri. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tikkunsidra li EUR 500 miljun huma l-akbar kontribuzzjoni bil-quddiem possibbli lejn irkupru parzjali addizzjonali li tista’ tiflaħ għalih HSH.

(197)

Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-ammont irkuprat b’mod antiċipat irid jitħallas lura lill-Istat fi flus. Minħabba s-sitwazzjoni tal-kapital ta’ HSH, li sal-lum ma kienx suffiċjenti biex ikopri t-telf mill-attivitajiet ta’ investiment tagħha jew biex jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi kapitali tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-ħlas ta’ ammont f’daqqa ta’ EUR 500 miljun jista’ jsir f’ishma pjuttost milli fi flus. Il-pożizzjoni tal-kapital ta’ HSH teħtieġ li tiġi msaħħa, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li hija se tkompli topera u tiffoka fuq il-linji kummerċjali li juru volatilità u proċikliċità qawwija, bħall-finanzjament ta’ bastimenti, kif spjegat fid-dettall hawn taħt (ara l-paragrafi (223) sa (226)).

(198)

Minbarra l-ħlas bil-quddiem ta’ darba deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li HSH kapaċi tħallas ukoll l-ammonti ta’ irkupru addizzjonali fuq bażi kontinwa. Tista’ tinkiseb korrezzjoni ulterjuri fil-prezz tat-trasferiment permezz ta’ primjum addizzjonali mħallas tul il-perjodu tar-ristrutturar, li jikkumplimenta l-primjum bażiku. Abbażi tal-projezzjonijiet finanzjarji fil-paragrafu (91), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-valur ta’ primjum addizzjonali bħal dan jista’ jiġi stabbilit anke sa 385 punt ta’ bażi mingħajr ma jipperikola r-ritorn ta’ HSH għall-vijabbiltà. Primjum addizzjonali ta’ 385 punt ta’ bażi ma jkunx jaqbeż il-ħlasijiet tal-primjum bażiku ta’ 400 punt ta’ bażi stabbilit fit-Tabella 4 ta’ hawn fuq tul il-perjodu tar-ristrutturar (65). Il-ħlasijiet tal-primjum addizzjonali jistgħu biss ikunu ikbar mill-profitt nett ta’ HSH mistenni għall-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2014, fix-xenarju li jinvolvi l-prelevament ta’ EUR 10 biljun (ara l-paragrafu (90) hawn fuq). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li HSH diġà kkanċellat EUR 3 biljun tal-garanzija, u dan jimplika li jista’ jiġi eskluż it-tielet xenarju stabbilit fit-Tabella 4 ta’ hawn fuq (il-prelevament tat-total tal-EUR 10 biljun tal-garanzija).

(199)

Kieku kellu jitħallas aktar minn dan il-primjum addizzjonali l-kapaċità ta’ HSH li tikseb proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ 10 %, kienet tkun ipperikolata. Għar-raġunijiet stipulati fil-paragrafi (223) sa (226) u kif spjegat f’aktar dettall fil-paragrafi (229) sa (232) ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ksib ta’ livell ta’ kapitalizzazzjoni suffiċjenti biex jitmewtu l-varjazzjonijiet fl-eżekuzzjoni finanzjarja ta’ HSH li jirriżultaw minn tibdil fiċ-ċiklu ekonomiku, huwa kruċjali sabiex ma jiġix kompromess ir-ritorn tagħha għall-vijabbiltà. Tali tmewwit jitqies bħala proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ 10 %. Għalhekk kieku l-primjum addizzjonali jikkomprometti dak il-proporzjon, il-ħlas tiegħu għandu jkun differit sal-punt meħtieġ biex ma tkunx kompromessal-vijabbiltà ta’ HSH.

(200)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li jkun possibbli għal HSH li tħallas aktar matul is-snin li ġejjin mingħajr ma tiġi mxekkla l-abbiltà tagħha li terġa’ lura għall-vijabbiltà.

(201)

Abbażi tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tal-irpar mir-riskju mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-Kummissjoni tirrikjedi mekkaniżmu alternattiv ta’ remunerazzjoni li jbiddel il-ftehim għall-provvista ta’ garanzija konkluż fit-2 ta’ Ġunju 2009 kif ġej. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-primjum bażiku attwali, previst fil-ftehim għall-provvista ta’ garanzija, bl-ammont ta’ 400 punt ta’ bażi kull sena fuq l-ammont nominali tal-garanzija pendenti. Dak il-primjum bażiku għandu jibqa’ l-istess, apparti f’każ li kwalunkwe prelevament taħt il-garanzija ma jibqax inaqqas l-ammont nominali tal-garanzija għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-primjum. Dan jevita li jiġu pprovduti inċentivi għall-prelevament mill-garanzija. Barra minn hekk, il-primjum bażiku għandu jkun issupplimentat bi primjum addizzjonali li jammonta għal 385 punt ta’ bażi u bil-ħlas ta’ ammont f’daqqa ta’ EUR 500 miljun f’ ishma ordinarji (“ħlas ta’ ammont f’daqqa” jew “ħlas ta’ ammont f’daqqa f’ishma”). Sabiex jiġu implimentati dawn il-kundizzjonijiet il-kuntratt tal-garanzija inizjali jeħtieġ li jiġi emendat kif stabbilit fil-paragrafi (201) sa (208).

(202)

L-ewwel, jeħtieġ li jiġi inkluż il-primjum addizzjonali. Il-bażi għall-ikkalkolar tal-primjum addizzjonali għandu jkun simili għall-bażi għall-ikkalkolar tal-primjum bażiku, jiġifieri l-ammont nominali tal-garanzija mnaqqas b’kanċellazzjonijiet parzjali mhux permezz ta’ prelevamenti. Madankollu, il-bażi għall-primjum addizzjonali għandha tiddependi fuq il-punt sa fejn HSH fl-aħħar mill-aħħar tikkanċella l-garanzija irrispettivament miż-żmien li fih isiru tali kanċellazzjonijiet. Għalhekk, il-profitabbiltà ta’ HSH ma tkunx affettwata ħlief meta hi tagħmel użu mill-garanzija. Għalhekk, mal-kanċellazzjoni parzjali, il-porzjon tal-primjums addizzjonali kollha mħallsa li jikkorrispondi għall-ammont tal-garanzija kkanċellata għandu jiġu mħallas lura lil HSH. Sabiex jintlaħaq dak l-effett, waqt li ż-żewġ primjums iridu jiġu kkalkolati fuq l-ammont tal-garanzija deċiż kuntrattwalment, wara t-tnaqqis b’kanċellazzjonijiet mhux permezz ta’ prelevamenti, il-primjum bażiku għandu jitħallas fuq bażi annwali fuq l-ammont tal-garanzija pendenti, iżda l-primjum addizzjonali għandu jitwarrab f’kont ta’ riżerva. Il-primjum addizzjonali jitħallas lil HSH Finanzfonds AöR biss jekk il-garanzija tiġi prelevata. Min-naħa l-oħra, mal-kanċellazzjoni parzjali tal-garanzija, il-primjum addizzjonali imwarrab fil-kont ta’ riżerva li jikkorrispondi għall-ammont ikkanċellat għandu jitħallas lura lil HSH.

(203)

Sabiex jiġi żgurat li l-kanċellazzjonijiet mhumiex imwettqa għad-dannu tal-vijabbiltà, il-kanċellazzjonijiet parzjali tal-garanzija għandhom jitwettqu biss sakemm ma jwasslux biex il-proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ HSH jinżel taħt it-[8,5-id-9,5] % fil-31 ta’ Diċembru 2011, id-[9-l-10] % fil-31 ta’ Diċembru 2012, id-[9,5-l-10,5] % fil-31 ta’ Diċembru 2013 jew l-[10-11] % fil-31 ta’ Diċembru 2014. Barra minn hekk, kanċellazzjoni parzjali tista’ ma sseħħx jekk, minkejja li jintlaħqu l-proporzjonijiet fiż-żmien tal-kanċellazzjoni parzjali, dan ma jkunx aktar il-każ fis-snin ta’ wara, abbażi ta’ estimi konservattivi.

(204)

Il-primjum addizzjonali għandu jiġi kkalkolat retroattivament mill-31 ta’ Marzu 2009 u fuq bażi pro rata għal partijiet ta’ snin finanzjarji. Il-primjum addizzjonali għandu jitħallas flimkien mal-primjum bażiku sakemm il-proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ HSH ikun ta’ mill-inqas 10 % (il-“proporzjon minimu ta’ ekwità komuni”).

(205)

Sabiex jiġi żgurat li l-vijabbiltà ta’ HSH ma tkunx mhedda mill-pagamenti tal-primjum addizzjonali, il-mekkaniżmu ta’ rkupru għandu jinkludi garanzija għad-debitu (Besserungsschein). Il-garanzija għad-debitu għandu jkollha maturità sal-31 ta’ Diċembru [2030-2040]. Jekk il-proporzjon ta’ ekwità komuni jkollu jaqa’ taħt il-proporzjoni minimu ta’ ekwità komuni tal-primjum addizzjonali, il-ħlas ikun pospost għal aktar tard u jkun trasformat f’garanzija ta’ debitu. Jekk il-proporzjon ta’ ekwità komuni jiżdied ‘il fuq mill-mira, il-garanzija tad-debitur titħallas lura sal-limitu ta’ dik il-mira. Dak il-mekkaniżmu jagħti lil HSH il-flessibbiltà meħtieġa iżda fl-istess ħin jiżgura li l-irkupru se jitħallas fi żmien sussegwenti ladarba ikun hemm sitwazzjoni fejn hija tkun tiflaħ tħallas.

(206)

L-intitolament differit għall-primjum addizzjonali għandu jkun eżerċitat kompletament kif kien oriġinarjament għat-tul tal-garanzija tad-debitur. Il-primjum addizzjonali jista’ jitħallas sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru [2015-2025]. Fi kwalunkwe każ, il-primjum bażiku u l-primjum addizzjonali għandhom jitħallsu l-aktar tard sakemm is-somma ta’ kanċellazzjonijiet u prelevamenti parzjali fuq il-garanzija tilħaq l-EUR 10 biljun.

(207)

It-tieni, HSH Finanzfonds AöR u HSH għandhom ikunu meħtieġa jemendaw il-ftehim inizjali għall-provvista ta’ garanzija b’tali mod illi dan jiġġustifika t-talba għal ħlas ta’ ammont f’daqqa li jammonta għal EUR 500 miljun, li saret minn HSH Finanzfonds AöR fir-rigward ta’ HSH. Sabiex tipprevjeni milli jkun hemm aktar tnaqqis tal-proporzjon tal-kapital proprju ta’ HSH, dik it-talba għandha titħallas minn HSH f’ishma ordinarji permezz ta’ żieda fil-kapital. Il-prezz tal-ħruġ għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur ta’ HSH fil-ġurnata tad-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar dik iż-żieda fil-kapital, u l-valur nett tat-talba għal ħlas ta’ ammont f’daqqa. HSH għandha toħorġ ishma li jikkorrispondu għall-ammont nett tat-talba, iddestinati direttament għal HSH Finanzfonds AöR (u għalhekk indirettament lis-sidien tas-settur pubbliku).

(208)

Iż-żieda fil-kapital tista’ sseħħ jew permezz ta’ kontribuzzjoni ordinarja in natura, mingħajr dritt ta’ għażla għall-azzjonisti minoritarji, jew permezz ta’ żieda fil-kapital imħallat permezz ta’ kontribuzzjoni in natura u fi flus, bi dritt ta’ għażla għall-azzjonisti kollha minbarra HSH Finanzfonds AöR rigward il-porzjon tal-flus. Hija r-responsabbiltà ta’ HSH Finanzfonds AöR u ta’ HSH li jagħżlu l-forma taż-żieda fil-kapital li se tiżgura implimentazzjoni aktar mgħaġġla u d-dħul fir-reġistru kummerċjali.

(209)

Jekk il-ftehim għall-provvista ta’ garanzija huwa emendat, l-ammont assolut tal-primjum addizzjonali għandu jvarja billi jkun bbażat fuq l-ammonti tat-telf li fil-fatt ikunu koperti minn HSH Finanzfonds AöR (jiġifieri aktar ma jkun kbir l-ammont tat-telf assorbit minn HSH Finanzfonds AöR, aktar ikun kbir l-ammont tal-irkupru). Fil-qosor, il-ħlasijiet kumulattivi ta’ rkupru li jirriżultaw miż-żewġ kondizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni u deskritti hawn fuq huma rrappreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt għat-tliet xenarji ppreżentati fil-paragrafu (46).

Tabella 13

Il-ħlas ta’ rkupru permezz tal-primjum bażiku, il-ħlas ta’ ammont f’daqqa u l-primjum addizzjonali

(F’miljuni ta’ EUR)

 

Xenarju 1

(prelevament ta’ EUR 0 mill-garanzija)

Xenarju 2

(prelevament ta’ EUR 5 biljun mill-garanzija)

Xenarju 3

(prelevament ta’ EUR 10 biljun mill-garanzija)

Primjum bażiku (400 punt ta’ bażi fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija)

[> 1,5]

[> 2,5]

[> 4]

Li minnhom, remunerazzjoni ta’ sulliev kapitali ([madwar 220] punt ta’ bażi fuq l-ammont nominali pendenti tal-garanzija)

[700-900]

[1 200 -1 600 ]

[1 800 -2 500 ]

Irkupru fil-primjum bażiku

[500-800]

[1 000 -1 400 ]

[1 500 -2 000 ]

Primjum addizzjonali (385 punt ta’ bażi fuq l-aħħar ammont prelevat mill-garanzija)

0

[1 500 -2 500 ]

[3 500 -4 500 ]

Ħlas ta’ ammont f’daqqa f’ishma

500

500

500

Irkupru totali mħallas

[1 000 -1 300 ]

[3 000 -4 400 ]

[5 500 -7 000 ]

Irkupru ulterjuri meħtieġ

(…)

(…)

(…)

(210)

Il-Kummissjoni tagħraf li, minkejja l-kondizzjonijiet addizzjonali imposti, fix-xenarji kollha stabbiliti fit-Tabella 13, il-mekkaniżmu tar-remunerazzjoni xorta se jirriżulta biss f’irkupru parzjali tad-diskrepanza ta’ EUR [2,5-10] biljun, bejn il-valur ekonomiku reali u l-valur garantit (EUR […] biljun fix-xenarju 1, EUR […] biljun fix-xenarju 2 u EUR […] biljun fix-xenarju 3).

(211)

Madankollu, il-Kummissjoni qabblet il-miżura tal-irpar mir-riskju (inklużi l-kondizzjonijiet addizzjonali dwar ir-remunerazzjoni) ma’ miżuri ta’ assi indeboliti approvati fir-rigward ta’ banek oħra. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tipprovdi xi flessibbiltà għall-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ assi indeboliti fejn ma tistax titħallas remunerazzjoni adegwata, jekk il-miżura tkun akkumpanjata minn ristrutturar fil-fond u/jew minn mekkaniżmi ta’ rkupru. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-prassi tagħha għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tvarja minn miżuri li għalihom ġie ipprovdut irkupru sħiħ (bħal ING (66) jew LBBW (67)) għal miżuri oħrajn li għalihom ma tħallas l-ebda rkupru imma li għalihom sar ristrutturar estensiv ħafna (bħal Parex (68)).

(212)

L-irpar mir-riskju jippermetti għal irkupru parzjali u huwa kkombinat ma’ ristrutturar estensiv. Għalhekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti u jaqa’ fi ħdan il-limiti esterni tal-firxa osservata fil-prassi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu tar-remunerazzjoni tal-garanzija ta’ HSH jipprovdi rkupru parzjali fix-xenarji possibbli kollha. Partikolarment, jekk l-ammont sħiħ tal-garanzija kellu jiġi prelevat (bħal fix-xenarju 3), dak l-irkupru parzjali jkun jammonta għal […] % tal-irkupru meħtieġ. Fl-istess ħin, kif muri fil-paragrafi (266) sa (270) ta’ hawn taħt, ir-ristrutturar ta’ HSH se jwassal għal tnaqqis ta’ 61 % fil-karta tal-bilanċ tagħha. Meta meqjus flimkien mad-daqs tar-ristrutturazzjoni preżenti, l-irkupru parzjali huwa konformi mal-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Għalhekk il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri tal-assi indeboliti jistgħu jiġu kkunsidrati kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet deskritti hawn fuq u deskritti aktar fid-dettall fl-Anness II.

9.2.2.7.   Konklużjoni

(213)

Fuq il-bażi ta’dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kummenti mogħtija mill-Istat Membru u mill-partijiet terzi ma taffewx id-dubji tagħha dwar l-irpar mir-riskju. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-irpar mir-riskju mhuwiex konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti fir-rigward tal-punti eżaminati fit-Taqsima 9.2.2 ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, il-kompatibbiltà tista’ tinkiseb skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.

9.2.3.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR IMMODIFIKAT MAS-SUQ INTERN

9.2.3.1.   L-ammont ta’ ristrutturar meħtieġ

(214)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fejn il-miżuri huma nnotifikati lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2010 jew qabel. B’hekk il-pjan ta’ ristrutturar modifikat ta’ HSH se jkun ivvalutat fuq dik il-bażi. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja jrid:

(i)

iwassal għar-ritorn tal-istituzzjoni għall-vijabbiltà fit-tul;

(ii)

jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (kondiviżjoni tal-piżijiet);

(iii)

ikun fih miżuri suffiċjenti li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni.

(215)

Skont il-prassi tagħha matul il-kriżi finanzjarja, meta jiġu vvalutati r-rekwiżiti tar-ristrutturar, il-Kummissjoni mhux se żżid l-ammont tal-garanziji ta’ likwidità mal-ammont ta’ għajnuna.

9.2.3.2.   Ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul

(216)

Id-deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura qajmet dubji dwar l-abbiltà ta’ HSH li tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tagħha. Dawk id-dubji kienu kkonfermati permezz ta’ analiżi profonda ta’ vijabbiltà mwettqa wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura.

(217)

Fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, tliet oqsma ewlenin ġew identifikati bħala dgħufijiet kbar li x’aktarx jipperikolaw il-vijabbiltà fit-tul ta’ HSH li ma kinux ġew indirizzati b’mod xieraq fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar: (a) id-dipendenza ta’ HSH fuq il-finanzjament fil-livell tal-operaturi, (b) id-dipendenza tagħha fuq l-attivitajiet volatili u ċikliċi u (c) id-daqs kbir tal-attivitajiet tagħha fis-suq tal-kapital relatati mal-attivitajiet bankarji tagħha. Barra minn hekk, id-dubji tqajmu rigward is-sostenibbiltà tar-rati tat-tkabbir u suppożizzjonijiet oħra użati fil-pjan tar-ristrutturar.

Finanzjamenti

(218)

Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-finanzjamenti ta’ HSH, l-analiżi mwettqa enfasizzat il-kwistjonijiet li ġejjin: (a) struttura dgħajfa ta’ finanzjament b’sorsi limitati għal finanzjamenti stabbli fit-tul, partikolarment minħabba li l-bonds garantiti mill-Istat li jgawdu mill-klawżola ta’ anterjorità, gradwalment jersqu lejn il-maturità u jridu jiġu ffinanzjati mill-ġdid, (b) dipendenza qawwija fuq banek tat-tfaddil bħala sors ta’ f inanzjament privileġġjat, u (c) nuqqas ta’ finanzjament iddenominat f’USD.

(219)

Id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura (69) enfasizzat il-ħtieġa għal HSH biex tiffinanzja mill-ġdid finanzjament fil-livell tal-operaturi ta’ EUR [60-110] biljun li jasal għall-maturità sal-2014, u stħarrġet dwar l-abbiltà tagħha biex tagħmel dan. Il-Kummissjoni kienet identifikat diskrepanza ta’ madwar EUR [15-30] biljun li HSH ma kinetx ippjanat u allokat sorsi speċifiċi ta’ finanzjament għaliha. Kif deskritt fil-paragrafu (54) ta’ hawn fuq, il-pjan ta’ finanzjament ta’ HSH wera diskrepanza ta’ EUR 48 biljun, li tista’ tiġi aġġustata abbażi ta’ suppożizzjonijiet dwar l-ekwità u d-derivattivi f’konformità mal-livelli storiċi għal madwar EUR [15-30] biljun ta’ ħtiġijiet ta’ finanzjament skoperti. Madankollu, it-tnaqqis addizzjonali ta’ EUR 34 biljun mill-karta tal-bilanċ fil-livell tal-grupp għal ammont tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 120 biljun sa tmiem l-2014 (meta mqabbla mal-EUR 150 biljun fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar) se jnaqqas il-ħtiġijiet ta’ finanzjament fil-livell tal-operaturi, u se jtaffi l-pressjoni fuq is-sitwazzjoni tal-finanzjament ta’ HSH. Se titnaqqas id-diskrepanza fil-fondi li għalihom ma ġew identifikati l-ebda sorsi speċifiċi minn HSH. Barra minn hekk, HSH uriet li s-suppożizzjonijiet tagħha fuq il-livell projettat ta’ depożiti (il-bilanċi medji permanenti, Bodensatz) huma konservattivi meta mqabbla mal-livelli attwali u storiċi tal-finanzjament minn dak is-sors. B’hekk il-Kummissjoni tikkunsidra li EUR [15-25] biljun ta’ ħtiġijiet ta’ finanzjament li mhumiex koperti mis-sorsi ta’ finanzjament allokati, jistgħu jiġu koperti permezz tal-ekwità, ta’ eċċess ta’ depożiti u ta’ finanzjamenti għal żmien qasir (finanzjamenti garantiti jew mhux garantiti) mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq l-ispejjeż ta’ finanzjament ta’ HSH. Għalhekk HSH mhux se jkollha ssib sorsi ġodda ta’ finanzjament, u ser tkun tista’ sserraħ fuq sorsi attwali identifikati għall-ħtiġijiet kollha ta’ finanzjament tagħha sal-2014.

(220)

Rigward id-dipendenza fuq il-banek tat-tfaddil bħala sors privileġġjat ta’ finanzjament (kif deskritt fil-paragrafu (95) ta’ hawn fuq), il-Kummissjoni tinnota li t-tnaqqis tal-profil ta’ riskju ta’ HSH se jnaqqas ukoll l-importanza tagħhom meta mqabbla ma’ sorsi oħrajn. It-tnaqqis addizzjonali mill-karta tal-bilanċ li hemm fil-pjan ta’ ristruttuar modifikat (EUR 30 biljun ta’ tnaqqis addizzjonali mqabbel mal-pjan inizjali ta’ ristrutturar, ara l-paragrafu (50) ta’ hawn fuq) se jnaqqas b’mod konsiderevoli l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ġodda u d-diskrepanza fil-finanzjamenti. It-taħlita ta’ finanzjamenti projettata għall-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar (kif deskritt fit-Tabella 7 u fil-paragrafu (93)) tnaqqas id-dipendenza ta’ HSH fuq finanzjament għal perjodu ta’ żmien qasir mhux garantit u b’hekk tnaqqas l-esponiment tagħha għal kriżi ta’ likwidità. HSH se tiddependi aktar ukoll fuq bonds koperti għall-finanzjament tagħha f’termini relattivi, li fil-Ġermanja jikkonformaw mar-rekwiżiti stretti ta’ ħruġ u jistgħu jiġu meqjusa bħala sors ta’ finanzjament stabbli u relattivament irħis.

(221)

In-nuqqas ta’ finanzjamenti b’denominazzjoni USD min-naħa ta’ HSH, jikkostitwixxi dgħjufija ewlenija oħra fil-profil kummerċjali ta’ HSH. Fi tmiem l-2010 madwar [20-30] % tal-assi totali ta’ HSH kienu ddenominati f’dollari, u dawn kienu jammontaw għal USD [50-70] biljun, li minnhom USD [15-20] biljun (jew [20-25 %]) biss kienu ffinanzjati direttament f’USD. Dik id-diskrepanza hija koperta minn tranżazzjonijiet li jinvolvu swaps bejn il-valuti, li jinġarru fuq bażi kontinwa. Minħabba l-estensjoni permanenti tal-bażi tas-swap tal-kambju EUR/USD minn mindu faqqgħet il-kriżi finanzjarja, dik l-istrateġija ta’ finanzjament tiswa [20-30] punt ta’ bażi aktar meta mqabbla ma’ strateġija ta’ finanzjament bbażata fuq finanzjamenti b’denominazzjoni USD. Barra minn hekk, l-istrateġija ġġib magħha għadd ta’ riskji. Dawn jinkludu (a) spejjeż addizzjonali potenzjali li jirriżultaw minn diskrepanzi possibbli bejn il-flussi - kemm dawk attwali kif ukoll dawk mistennija - ta’ flus USD li ġejjin minn assi, (b) volatilità akbar tal-pożizzjoni tal-likwidità fuq żmien qasir, dovuta għall-obbligu ta’ kumpens għall-marġni relatata mal-pożizzjonijiet ta’ swaps (70), u (c) ż-żieda fl-esponiment għar-riskju tal-kontroparti minħabba l-fatt li s-swaps jiġu konklużi barra l-Borża u HSH iġġorr ir-riskju tal-kreditu sħiħ tal-kontroparti għal dawn it-tranżazzjonijiet. Madankollu, minħabba li t-tnaqqis tal-profil tar-riskju ta’ HSH iseħħ prinċipalment f’segmenti li jiġġeneraw assi b’denominazzjoni USD (jiġifieri l-finanzjamenti ta’ inġenji tal-ajru, tat-trasport bil-baħar u tal-proprjetà immobbli fuq bażi internazzjonali), hu jikkostitwixxi wkoll pass materjali ‘l quddiem lejn it-tnaqqis tal-ħtieġa ta’ finanzjamenti f’USD. Barra minn hekk, HSH impenjat ruħha biex iżżid is-sehem tal-attivitajiet kummerċjali tal-bank ewlieni f’USD li huwa ffinanzjat mill-ġdid permezz ta’ finanzjament b’denominazzjoni USD għal mill-inqas […] % sal-2014.

(222)

Bħala konklużjoni, il-miżuri proposti jindirizzaw it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni. Għandhom jiżguraw li HSH hija fit-triq it-tajba biex tiżviluppa taħlita ta’ finanzjamenti aktar sostenibbli u stabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-volumi, mal-maturitajiet, mal-prijorità, mas-sigurtà u mal-valuta. L-impenn biex sal-2012, u għaldaqstant qabel l-iskadenza imposta mill-Kumitat ta’ Basel dwar ir-Regolament Bankarju, jinkisbu proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett u proporzjon għal kopertura ta’ likwidità […],se jippermetti l-monitoraġġ tal-progress ta’ HSH f’dak il-qasam u għandu jikkontribwixxi biex ikomplu jittejbu l-kwalità u l-istabbiltà tal-finanzjamenti tagħha u għandu jwassal biex tinżamm biżżejjed likwidità eċċessiva għal sitwazzjonijiet ta’ tensjoni.

In-natura ċiklika u l-volatilità tas-segmenti ewlenin tal-attivitajiet kummerċjali

(223)

Id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura (71) ġabet fid-dubju kemm HSH tista’ tiżgura vijabbiltà fuq perjodu ta’ żmien twil billi tikkonċentra fuq l-espansjoni ta’ segmenti tal-attivitajiet kummerċjali li fin-natura tagħhom huma ċikliċi u volatili (72). L-analiżi fil-fond tal-vijabbilità saħħet dawk id-dubji, minħabba li żvelat proporzjon dejjem jikber tad-dħul nett mill-imgħax ta’ HSH jiġi ġġenerat minn attivitajiet volatili u ċikliċi (73). L-importanza relattiva tal-finanzjamenti ta’ bastimenti u ta’ inġenji tal-ajru ġiet meqjusa bħala partikolarment problematika. Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar modifikat iqis sew l-assi ta’ natura ċiklika filwaqt li jippreserva l-franchise ta’ HSH fil-qasam kummerċjali tat-trasport bil-baħar.

(224)

It-tnaqqis addizzjonali tal-assi ta’ mhux aktar minn EUR [30-35] biljun se jiġi kollu kemm hu mill-bank ewlieni (għal mira ta’ EUR 82 biljun fl-2014) u partikolarment mill-attivitajiet ċikliċi u volatili. HSH se twaqqaf l-attivitajiet tagħha ta’ finanzjament fis-settur tal-inġenji tal-ajru. L-assi eżistenti fil-qasam tal-finanzjament fis-settur tal-inġenji tal-ajru, li jammontaw għal EUR [3-8] biljun, se jiġu trasferiti għall-Unità tar-Ristrutturar u se jiġu likwidati sa tmiem l-[2011-2012]. HSH tikkommetti ruħha li ma tiġġenerax attivitajiet kummerċjali ġodda f’dak il-qasam. HSH ikkommettiet ruħha wkoll li tnaqqas l-assi kollha tagħha fil-bank ewlieni fid-diviżjoni tagħha tat-trasport bil-baħar għal EUR 15-il biljun sal-aħħar tal-2014. It-tnaqqis se jinkiseb permezz tat-trasferiment ta’ EUR [0,5-2] biljun addizzjonali fl-Unità tar-Ristrutturar sal-aħħar ta’ [2011-2012] u billi jiġu llimitati l-volumi ta’ attivitajiet kummerċjali ġodda. Dak l-ammont totali ta’ EUR 15-il biljun tal-assi ta’ finanzjament fis-setturi tat-trasport bil-baħar u tat-trasport bl-ajru joħloq paragun ma’ EUR [25-30] biljun fl-2008.

(225)

L-assi totali tad-diviżjoni tal-proprjetà immobbli se jitnaqqsu wkoll, għal EUR 13-il biljun minn tmiem l-2014, hekk kif se jitwaqqfu attivitajiet kummerċjali internazzjonali ġodda fil-proprjetà immobbli ta’ klijenti korporattivi Ġermaniżi u kif se jitnaqqsu attivitajiet kummerċjali oħrajn ġodda. L-attivitajiet tad-diviżjoni korporattiva se jitnaqqsu b’mod sinifikanti sal-2014 permezz ta’ volumi aktar baxxi ta’ attivitajiet kummerċjali ġodda.

(226)

Dak it-tnaqqis assolut se jkun akkumpanjat minn titjib fil-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju ta’ HSH. Partikolarment, HSH se tkun involuta fi proċess tat-tnaqqis ta’ riskji individwali, speċjalment fis-segment tat-trasport bil-baħar. Hija kkommettiet ruħha wkoll li tnaqqas ir-riskji uniċi l-kbar għal EUR […] miljun u li tillimita r-riskji uniċi l-ġodda għal massimu ta’ EUR […] miljun.

Il-volum tal-attivitajiet fis-suq tal-kapital

(227)

Fil-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni qajmet tħassib fir-rigward tal-volum tal-operazzjonijiet ta’ HSH fis-suq tal-kapital, li kienu meqjusa bħala disproporzjonalment kbar minkejja li ffukat mill-ġdid fuq attivitajiet reġjonali. Partikolarment, il-kummerċ fil-proprjetà immobbli kkontribwixxa għad-diffikultajiet li kellha HSH.

(228)

It-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ HSH se jwassal għal tnaqqis sostanzjali ħafna fl-operazzjonijiet fis-suq tal-kapital. Operazzjonijiet fis-suq tal-kapital se jitnaqqsu biex jilħqu EUR [25-35] biljun f’assi fil-bank ewlieni sal-2014. Dik iċ-ċifra toħloq paragun ma’ EUR 98,8 biljun fl-2008. Barra minn hekk, il-Ġermanja żgurat li HSH mhux se tinvolvi ruħha f’kummerċ fil-proprjetà immobbli. HSH se timpenja ruħha f’attivitajiet kummerċjali biss sal-punt li jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti, għall-kopertura tal-attivitajiet kummerċjali tal-klijenti, jew għal finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità fil-qasam tat-teżor u tal-karta tal-bilanċ (f’kull każ, sa limitu espress bħala valur massimu fir-riskju - VAR). Konsegwentement, dawk il-miżuri jindirizzaw it-tħassib li tqajjem fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura.

Il-kapitalizzazzjoni dgħajfa

(229)

L-istruttura dgħajfa tal-kapital ta’ HSH tikkostitwixxi ostaklu ieħor potenzjali għall-vijabbiltà tagħha fuq perjodu ta’ żmien twil. L-adegwatezza tal-kapitalizzazzjoni baxxa li fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar kienet mistennija għall-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar (il-proporzjon tal-Grad 1 ta’ [madwar [9] %) kienet dubjuża partikolarment fid-dawl ta’ (a) in-natura ċiklika u volatili tal-profil kummerċjali ta’ HSH, li ssejħet għal riżervita’ kapital addizzjonali li jassorbu ż-żieda rikorrenti ta’ telf korrelatat, (b) l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-kapital ta’ HSH (74) u (c) l-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda ta’ Basel III, li se jgħollu sostanzjalment il-livelli minimi l-ġodda tal-kapital meħtieġa mir-regolaturi (75). Wieħed jista’ jassumi wkoll li l-operaturi tas-suq, u partikolarment l-istituzzjonijiet li aktarx jipprovdu finanzjament fil-livell tal-operaturi mhux garantit, se jistennew proporzjonijiet ogħla tal-kapital.

(230)

It-tnaqqis ulterjuri fil-profil tar-riskju ta’ HSH, iż-żamma tal-qligħ u ż-żieda ta’ EUR 500 miljun fil-kapital fl-2013 se jtejbu materjalment il-kapitalizzazzjoni ta’ HSH. Fl-aħħar tal-2014 il-proporzjon tal-ekwità komuni huwa mistenni li se jkun iktar minn 10 % u l-proporzjon tal-Grad 1 huwa mistenni li se jkun iktar minn 12 %. Dawk iċ-ċifri joħolqu paragun mal-livelli ta’ [madwar 7] % u [madwar 9] % fil-pjan inizjali għall-istess proporzjonijiet. Huma aktar konformi mal-istandards tal-kapital emerġenti ġodda għal banek. Għalkemm parti minn dan it-titjib hija marbuta wkoll mat-tnaqqis li għadu sinifikanti tal-assi mgħobbijin bir-riskju maħluqa mill-irpar mir-riskju, il-pożizzjoni tal-kapital għandha titjieb xorta waħda. It-titjib irid jitpoġġa fil-kuntest tat-tnaqqis tal-profil tar-riskju fil-karta tal-bilanċ ta’ HSH, u b’mod partikolari tat-tnaqqis fil-proporzjon tal-assi ċikliċi ħafna.

(231)

Barra minn hekk, wieħed mir-rekwiżiti li għandu jiġi impost mill-Kummissjoni bħala kundizzjoni biex tinstab il-kompatibbiltà bejn ir-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju u l-irkupru tiegħu, huwa li HSH ma tistax tħassar l-irpar mir-riskju jekk dak it-tħassir ikun iwassal għal tnaqqis fil- proporzjon ta’ ekwità komuni b’tali mod li dan jispiċċa taħt il-livelli stabbiliti matul il-perjodu tar-ristrutturar, u partikolarment taħt l-10 % mill-31 ta’ Diċembru 2014 (ara l-paragrafu (203)). Din il-protezzjoni tiżgura li HSH hija kapaċi żżomm livelli xierqa ta’ kapitalizzazzjoni matul il-perjodu tar-ristrutturar anke f’każ ta’ sitwazzjoni ekonomika li tkun qed tiddeterjora. Il-mekkaniżmu għandu jgħin lil HSH biex tikseb mill-ġdid il-fiduċja fil-kontropartijiet tas-suq. Il-pjan ta’ HSH jipprevedi li hi se toħroġ b’mod sħiħ mill-garanzija sal-[2014-2016], u f’dak il-punt il-proporzjon ta’ ekwità komuni huwa mistenni li jkun [> 10]%.

(232)

Fl-aħħar, il-pożizzjoni kapitali ta’ HSH tittejjeb permezz tal-miżuri proposti sabiex tkun allinjata mal-istandards internazzjonali emerġenti l-ġodda. Il-proporzjonijiet tal-kapital imtejba u r-reżistenza miżjuda għas-sitwazzjonijiet ta’ tensjoni se jkollhom impatt pożittiv fuq l-ispejjeż ta’ finanzjament ta’ HSH f’nofs il-perjodu.

Is-suppożizzjonijiet ta’ ppjanar

(233)

Id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura (il-paragrafi 60 u 63) qajmet dubji fuq is-sostenibbiltà ta’ ċerti suppożizzjonijiet użati fl-ippjanar ta’ HSH. Dawk id-dubji relatati b’mod partikolari ma’ suppożizzjonijiet dwar (a) it-tkabbir tas-segmenti ewlenin tal-kummerċ; (b) it-tkabbir ta’ introjtu li ma joriġinax minn imgħaxijiet; (c) il-marġnijiet fuq is-segmenti ewlenin tal-kummerċ; u (d) l-evoluzzjoni tal-provvedimenti għal telf mis-self.

(234)

Il-Kummissjoni kkunsidrat is-suppożizzjonijiet tat-tkabbir, speċjalment fis-segmenti tat-trasport bil-baħar u tat-trasport u fis-segmenti korporattivi, bħala ottimisti wisq. Għalhekk, hija ddubitat mill-abbiltà ta’ HSH sabiex tikseb l-introjtu totali ppjanat. Il-pjan rivedut ta’ ristrutturar huwa, madankollu, ibbażat fuq suppożizzjonijiet ta’ tkabbir aktar raġonevoli għas-segmenti tat-trasport bil-baħar u għal dawk korporattivi (ara t-Tabella 5 ta’ hawn fuq). Barra minn hekk, ladarba HSH se tieqaf mill-kummerċ involut fil-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru, il-kwistjoni tat-tkabbir f’dak is-segment m’għadx għandha importanza sinifikanti. Kif muri fit-Tabelli 5 u 6, ir-rati tat-tkabbir użati għall-ippjanar tas-segmenti tat-trasport bil-baħar u ta’ dawk korporattivi, huma materjalment aktar baxxi minn dawk użati fil-pjan ta’ ristrutturar oriġinali tal-1 ta’ Settembru 2009. Barra minn hekk, huma jikkorrispondu għal volumi assoluti li huma kkunsidrati bħala li jistgħu jinkisbu b’mod aktar raġonevoli għal HSH f’dawk is-setturi fid-dawl tas-sehem tagħha fis-suq u tal-volum tas-suq kollu.

(235)

HSH irrivediet ukoll is-suppożizzjonijiet tagħha dwar it-tkabbir tal-introjtu tagħha li ma joriġinax minn imgħaxijiet. Fuq medja matul il-perjodu li jkopri mill-2010 sal-2014, l-introjtu li ma joriġinax minn imgħaxijiet huwa mistenni li jirrappreżenta madwar [7-12]% tal-introjtu nett mill-imgħaxijiet għall-bank ewlieni. Dik il-mira għandha tkun possibbli li tinkiseb fid-dawl tal-pjan ta’ HSH li ttejjeb il-bejgħ reċiproku ta’ prodotti bejn id-diviżjonijiet tas-swieq finanzjarji tagħha u l-unitajiet kummerċjali l-oħrajn.

(236)

Id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura poġġiet fid-dubju s-suppożizzjonijiet ta’ marġni użati fl-ippjanar oriġinali. Madankollu, il-marġnijiet kummerċjali l-ġodda fit-tmiem tal-2010 kienu fil-fatt akbar milli kien mistenni fil-bidu u s-suppożizzjonijiet ta’ ppjanar ġew adegwatament aġġustati biex jirriflettu dak il-fatt.

Konklużjoni ġenerali dwar il-vijabbiltà ta’ HSH għal perjodu ta’ żmien twil

(237)

Id-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura poġġiet fid-dubju l-abbiltà ta’ HSH li tkun tiflaħ għar-reċessjoni ekonomika li jmiss mingħajr ma tirrikorri għal darba oħra għall-għajnuna mill-Istat, u b’hekk iddubitat mill-vijabbiltà tagħha fuq perjodu ta’ żmien twil. Dak ix-xettiċiżmu kien ibbażat fuq id-dgħjufijiet segwenti: (a) struttura ta’ finanzjament fraġli, u b’mod partikolari diskrepanza kbira ta’ finanzjament imminenti u nuqqas kroniku ta’ finanzjament b’denominazzjoni USD, (b) iffukar fuq l-attivitajiet ċikliċi u volatili li aktarx joħolqu telf ikkombinat rikorrenti kbir, u (c) kapitalizzazzjoni baxxa wisq biex tkun kapaċi tassorbi telf bħal dan. Madankollu, il-miżuri addizzjonali proposti inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat jindirizzaw id-dubji tal-Kummissjoni. Il-pjan il-ġdid ġie mibni bl-użu ta’ suppożizzjonijiet aktar realistiċi u kredibbli u b’hekk jagħti jagħti opinjoni aktar affidabbli tal-vijabbiltà ta’ HSH. L-istampa li tirriżulta hija dik ta’ bank li sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar se jkun kapitalizzat b’mod adegwat, bi proporzjon iżgħar tal-operazzjonijiet tiegħu ffokati fuq is-segmenti ċikliċi ħafna u b’pożizzjoni tal-finanzjament stabbli, minkejja li għadha waħda ta’ sfida, iżda b’għodod ta’ monitoraġġ (il-proporzjon nett ta’ finanzjament stabbli u l-proporzjon ta’ finanzjament USD) li għandhom jgħinu biex tinżamm il-fokalizzazzjoni fuq it-titjib kontinwu fuq żmien medju. Fuq dik il-bażi, HSH issa għandu jkollha l-bażi kapitali u l-pożizzjoni ta’ finanzjament meħtieġa biex tkun tiflaħ għar-reċessjoni ekonomika mingħajr ma tirrikorri għall-għajnuna mill-Istat. Rigward il-profitabbiltà globali ta’ HSH, il-pjan ta’ ristrutturar modifikat juri li l-qligħ ta’ HSH fuq l-ekwità matul il-perjodu tar-ristrutturar jilħaq il-[5-10]% fl-2014 (76). Dik iċ-ċifra hija baxxa f’termini assoluti, iżda għandha tkun aktar stabbli bħala riżultat tal-profil ta’ HSH b’livell ta’ riskju ferm aktar baxx. Għalhekk dan għandu jitqies bħala titjib kbir meta mqabbel mal-livelli osservati fl-għaxar snin ta’ qabel il-kriżi.

9.2.3.3.   Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji

(238)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li, sabiex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni u biex jiġi pprevenut il-periklu morali, (a) l-ispejjeż tar-ristrutturar u (b) l-ammont tal-għajnuna għandhom ikunu limitati, u għandu jkun hemm kontribuzzjoni proprja sinifikanti. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddikjara wkoll li, sabiex l-għajnuna tinżamm limitata għall-minimu meħtieġ, il-banek għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar. L-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar m’għandhomx jiġġarbu biss mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fl-istituzzjoni. Dawn jinkludu l-azzjonisti u d-detenturi ta’ bonds subordinati.

9.2.3.3.1.   Il-kontribuzzjoni proprja, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ

(239)

Fil-paragrafu 65 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni nnotat li l-volum taċ-ċessjonijiet li kellhom iservu bħala kontribuzzjoni proprja tal-istituzzjoni kien vag. Il-Ġermanja ntrabtet li HSH se tbiegħ [100-120] sussidjarju sa tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. Minbarra hekk, HSH kienet diġà biegħet [30-40] minn dawk il-[100-120] sussidjarju u qed tistenna li ttemm il-bejgħ kollu sa mhux iktar tard mill-[…]. Id-dħul u l-profitti ġġenerati se jintużaw sabiex ikopru l-ispejjeż tar-ristrutturar. Il-parteċipazzjonijiet finanzjarji li għandhom jinbiegħu huma mniżżla fl-Anness III u jinkludu, fost l-oħrajn, HSH Real Estate AG, […], DekaBank u […], li huma l-akbar sussidjarji ta’ HSH.

(240)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ntrabtet li HSH mhux se tinvolvi ruħha fi kwalunkwe akkwist sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(241)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja stabbiliti fil-paragrafi (239) u (240) ma jiżgurawx li HSH, fiċ-ċirkostanzi finanzjarji attwali tagħha, tista’ tipprovdi l-akbar kontribuzzjoni proprja possibbli għall-ispejjeż tar-ristrutturar. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’konformità mal-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, f’kuntest ta’ ristrutturar, it-tpaċija diskrezzjonali tat-telf minn banek benefiċjarji (pereżempju permezz tar-rilaxx ta’ riżervi jew bit-tnaqqis tal-ekwità) biex jiġi garantit il-ħlas ta’ dividendi u ta’ kupuni fuq dejn subordinat li jkun għadu dovut, fil-prinċipju mhijiex kompatibbli mal-objettiv li jiġi limitat l-ammont tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ. Partikolarment l-istrumenti finanzjarji li jinkludu komponenti tal-ekwità għandhom jipparteċipaw fit-telf imġarrab.

(242)

Billi l-Ġermanja tirrifjuta li tipproponi miżuri addizzjonali ta’ kontribuzzjoni proprja, il-miżura ta’ għajnuna ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Madankollu, miżuri bħal dawn jistgħu jiġu imposti billi jinhemżu l-kondizzjonijiet mad-Deċiżjoni.

(243)

Għalhekk, matul il-fażi tar-ristrutturar, il-Kummissjoni għandha timponi l-kondizzjoni li HSH m’għandha tagħmel l-ebda pagamenti fir-rigward ta’ strumenti ta’ ekwità relatati mal-profitti (bħal strumenti finanzjarji ibridi u ċertifikati ta’ parteċipazzjoni bi profitt), sakemm u sa fejn dawk il-pagamenti mhumiex dovuti fuq il-bażi ta’ kuntratt jew tal-liġi. Bħala parti minn tali projbizzjoni ta’ dividendi, il-Kummissjoni tqis ukoll li jekk il-karta tal-bilanċ ta’ HSH, mingħajr l-aġġustament ta’ riżervi u ta’ qligħ miżmum, turi telf, dawk l-istrumenti għandhom jipparteċipaw fit-telf. M’għandu jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni f’telf li jkun ġie riportat minn snin preċedenti.

(244)

Sabiex jiġi żgurat li s-sidien ta’ HSH jipparteċipaw sal-punt massimu possibbli fir-rikostituzzjoni ta’ bażi adegwata ta’ kapital tul il-perjodu tar-ristrutturar (ara l-paragrafi (229) sa (231) hawn fuq), il-Kummissjoni tkun tikkunsidra wkoll kwalunkwe pagament ta’ dividendi, matul il-perjodu tar-ristrutturar, li jkun imur kontra l-prinċipju li l-għajnuna mill-Istat tinżamm għall-minimu neċessarju. B’hekk il-Kummissjoni hija tal-fehma li HSH m’għandhiex tħallas dividendi fil-perjodu li jkopri sas-sena finanzjarja 2014.

9.2.3.3.2.   Il-kondiviżjoni tal-piżijiet minn azzjonisti minoritarji

(245)

Fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura (mill-paragrafu 66 sal-paragrafu 72), il-Kummissjoni adottat il-fehma preliminari li l-ishma tal-azzjonisti minoritarji li ma kinux ħadu sehem fir-rikapitalizzazzjoni ta’ HSH f’Mejju 2009 ma kinux ġew dilwiti b’mod suffiċjenti. Il-pjan ta’ ristrutturar oriġinali ma jinkludix il-kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet sabiex l-għajnuna mogħtija lil HSH tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddubitat kemm l-azzjonisti minoritarji nfushom setgħu bbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat billi żammew ammont eċċessivament għoli ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’HSH. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura tista’ tinkludi għajnuna potenzjali indiretta għall-azzjonisti minoritarji, li tista’ tkun illegali jekk ma jkunux ġew stabbiliti mekkaniżmi li permezz tagħhom tinkiseb kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet (il-paragrafu 73).

Ir-risposti tal-Kummissjoni għall-kummenti tal-Ġermanja u tal-partijiet terzi

(246)

L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil affermaw li l-Kummissjoni ma investigat l-effetti sekondarji tal-għajnuna indiretta fl-ebda każ preċedenti ta’ rikapitalizzazzjoni (ara l-paragrafu (129)); il-Kummissjoni tirrimarka li fil-fatt investigat l-għajnuna indiretta f’varjetà kbira ta’ miżuri ta’ għajnuna f’għadd ta’ deċiżjonijiet (77).

(247)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-każistika kostanti, l-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-miżuri ta’ intervent mill-Istat billi jirreferi għall-kawżi jew għall-għanijiet tagħhom imma jiddefinixxihom b’rabta mal-effetti li jkollhom (78). L-oriġini tal-vantaġġ indirettament konferit lill-azzjonisti minoritarji kienet ir-rinunzja mis-sidien tas-settur pubbliku ta’ dik il-parteċipazzjoni azzjonarja addizzjonali f’HSH illi kienu jirċievu li kieku l-prezz tal-ishma l-ġodda kien ġie ddeterminat kif suppost. Hemm rabta każwali bejn l-għajnuna mogħtija permezz ta’ riżorsi mill-Istat lil HSH u l-vantaġġ mogħti lill-azzjonisti minoritarji.

(248)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ukoll mal-istqarrija li l-vantaġġ lill-azzjonisti minoritarji mhuwiex imputabbli lill-Istat minħabba li d-deċiżjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni, inklużi n-numru ta’ ishma u l-prezz tal-ishma, ittieħdet fil-laqgħa tal-azzjonisti (ara l-paragrafu (128)). F’dik il-laqgħa kienu preżenti s-sidien tas-settur pubbliku bħala azzjonisti, u dawn aġixxew fil-funzjoni tagħhom bħala entitajiet pubbliċi (79). F’dak iż-żmien kien hemm diskussjoni politika dwar il-ġejjieni ta’ HSH.

(249)

Il-kummenti ewlenin mill-Ġermanja u l-azzjonisti minoritarji jiffokaw fuq l-argument li dilwizzjoni mnaqqsa ma tikkostitwixxix għajnuna u li fi kwalunkwe każ dilwizzjoni hija sempliċement ir-riżultat tal-parametri magħżula għaż-żieda fil-kapital, jiġifieri n-numru ta’ ishma u l-prezz ta’ dawk l-ishma. Barra minn hekk, dwar dawn il-parametri, il-Ġermanja u l-azzjonisti minoritarji ġibdu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-valwazzjoni kienet immexxija minn PWC, kumpanija rispettata, konformi mal-istandards tal-valwazzjoni rikonoxxuti. Il-valwazzjoni kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li fl-2013 HSH tirritorna għall-kategorija A tal-klassifikazzjoni, u din kienet meqjusa bħala premessa raġonevoli. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u Flowers jaqblu mal-Ġermanja dwar dik il-valutazzjoni. Huma jsostnu li fil-fatt il-prezz tal-ħruġ tal-ishma l-ġodda kien baxx wisq.

(250)

Il-Kummissjoni ma tiddubitax li PWC hija kumpanija rispettata u li mexxiet il-valwazzjoni ta’ HSH b’konformità mal-istandards tal-valwazzjoni rikonoxxuti. Madankollu, hija ssostni li l-valwazzjoni ta’ HSH ma kkunsidratx diversi aspetti, illi li kieku ġew ikkunsidrati, kienu jwasslu għal valur iktar baxx ta’ HSH.

(251)

Ir-rapport tal-valwazzjoni minn PwC (“ir-Rapport tal-Valwazzjoni”) ġie ppreżentat fil-15 ta’ Mejju 2009 (80). Fit-30 ta’ April 2009 il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għal HSH, minħabba li HSH kienet fir-riskju li ma tkunx kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji. F’dak il-punt, kien jidher ċar li HSH kellha tgħaddi minn ristrutturar sostanzjali u li kien se jkollha toffri miżuri ta’ kumpens għat-tfixkil fil-kompetizzjoni li setgħu kkawżaw il-miżuri ta’ għajnuna. Il-valwazzjoni ta’ PwC twettqet abbażi ta’ pjan ta’ direzzjoni tal-kummerċ li ma kkunsidrax dawk l-aspetti kollha. Fit-taqsira (81) tar-Rapport tal-Valwazzjoni PwC stqarret b’mod ċar li l-valwazzjoni kienet ibbażata fuq l-ippjanar ta’ HSH, li assuma normalizzazzjoni tas-swieq fl-2011. Dik is-suppożizzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala konservattiva.

(252)

Barra minn hekk, il-valwazzjoni twettqet taħt is-suppożizzjoni li fl-2013, HSH tirritorna għall-kategorija A tal-klassifikazzjoni. PwC fir-Rapport tal-Valwazzjoni semmiet b’mod espliċitu li fis-6 ta’ Mejju 2009, S&P naqqset il-grad ta’ HSH minn A għal BBB + bi prospetti negattivi (82) u li t-tnaqqis tal-grad ma kienx rifless fl-ippjanar tal-finanzjament li fuqu kienet ibbażata l-valwazzjoni, u b’konsegwenza ta’ dan ma ġiex ikkunsidrat fl-ikkalkular tal-valur indikattiv ta’ HSH. Barra minn hekk, PwC osservat li, fid-dawl tal-investigazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li ġejja, jista’jkun mistenni li sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna, ikunu imposti rekwiżiti li jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-pjan ta’ direzzjoni tal-kummerċ ta’ HSH. PwC innotat ukoll li l-kondizzjonijiet ekonomiċi ġenerali fis-setturi rilevanti għal HSH (it-trasport bil-baħar, l-avjazzjoni) u r-restrizzjonijiet fuq is-suq tal-kapital (il-finanzjament) għamluha diffiċli li wieħed ibassar l-iżviluppi fil-futur.

(253)

Fl-aħħar nett, ta’ min wieħed isemmi li l-valwazzjoni twettqet taħt is-suppożizzjoni li kellu jiġi implimentat l-irpar mir-riskju. Mingħajr l-irpar mir-riskju, ma kienx iseħħ is-salvataġġ tal-assi mwieżna skont ir-riskju, u l-iskala tar-rikapitalizzazzjoni meħtieġa kien ikollha tiżdied u filwaqt li s-suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni kien ikollhom jiġu riveduti. PwC ikkalkulat ukoll il-valur ta’ HSH għax-xenarju fejn l-irpar mir-riskju ma kienx implimentat (83), u waslet għal valur indikattiv ta’ EUR [0,8-1,2] biljun sa EUR [1,5-2] biljun, li jikkorrispondi għal prezz tal-ishma ta’ bejn id-[> 9] u t-[< 22] EUR. Fid-dawl ta’ dawk il-fatti l-Kummissjoni tkompli tikkunsidra li l-prezz tal-ishma li għadhom kif ħarġu kien għoli żżejjed.

(254)

L-azzjonisti minoritarji argumentaw ukoll li fid-Deċiżjoni tagħha dwar Hypo Real Estate (HRE), il-Kummissjoni aċċettat prezz għall-ishma l-ġodda li kien ogħla mill-prezz tal-Borża mingħajr ddubitaw mill-adegwatezza tagħha għall-finijiet ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Għaldaqstant, huma jsostnu li l-ħruġ tal-prezz tal-ishma f’HSH lanqas m’għandu jiġi investigat. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li dawk iż-żewġ każijiet ma jistgħux jitqabblu bejniethom. F’HRE ittieħdu serje ta’ miżuri li wasslu għal nazzjonalizzazzjoni sħiħa ta’ HSH. Id-differenza ewlenija bejn iż-żewġ każijiet hija li HRE ittieħdet fi sjieda pubblika u li l-Istat akkwista l-ishma bi prezz ibbażat fuq il-valur tal-kumpanija mingħajr appoġġ mill-Istat (84). Dan mhux il-każ għal HSH. Il-valwazzjoni ta’ HSH biex jiġi determinat il-prezz tal-ishma maħruġa ġodda twettqet taħt is-suppożizzjoni li jkun implimentat l-irpar mir-riskju ta’ EUR 10 biljun. Dik is-suppożizzjoni ċertament influwenzat b’mod sinifikanti r-riżultat tal-valwazzjoni.

(255)

L-azzjonisti minoritarji spjegaw f’aktar dettall li fl-2008 appoġġjaw lil HSH b’kontribuzzjonijiet finanzjarji sinifikanti u ma kinux jistgħu jieħdu sehem fir-rikapitalizzazzjoni f’April tal-2009. Huma jsostnu li ma kinux obbligati li jagħmlu hekk minħabba li opzjoni fuq ishma ġodda ma timplikax l-obbligu ta’ xiri.

(256)

Il-Kummissjoni tifhem li l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil kellhom opzjoni fuq l-ishma l-ġodda u ma kinux obbligati li jeżerċitaw dak id-dritt. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax tittratta l-appoġġ finanzjarju mogħti lil HSH mill-azzjonisti minoritarji fl-2008 bħala kontribuzzjoni għall-kondiviżjoni tal-piżijiet fil-kuntest tal-miżuri ta’ għajnuna pprovduti lil HSH f’Mejju u f’Ġunju tal-2009. L-appoġġ mogħti lil HSH fl-2008 kien konsegwenza ta’ deċiżjoni ta’ investiment meħuda mill-azzjonisti minoritarji f’dak iż-żmien. Il-Kummissjoni ma tarax rabta bejn il-miżuri ta’ kapital tal-2008 u l-miżuri ta’ għajnuna tal-2009.

(257)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-kummenti tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil li jiddikjaraw li ma eżerċitaw l-ebda attività ekonomika u li għaldaqstant ma setgħux jitqiesu bħala impriżi għall-finijiet tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-paragrafu (128)). Fil-fatt, il-banek tat-tfaddil f’Schleswig-Holstein iwettqu attività ekonomika (85). Huma ġabru flimkien l-interessi ekonomiċi tagħhom fl-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil jipprovdu servizzi lill-banek tat-tfaddil f’Schleswig-Holstein u għandhom parteċipazzjonijiet/ishma għall-banek tat-tfaddil, bħalma huwa l-każ tal-ishma tal-bank tat-tfaddil f’HSH Nordbank. Jekk il-parteċipazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil fl-assoċjazzjonijiet jiżdiedu fil-valur, il-valur tal-banek tat-tfaddil jiżdied ukoll. L-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u l-banek tat-tfaddil membri tagħhom jiffurmaw unità ekonomika. Kwalunkwe vantaġġ li jgawdu minnu l-assoċjazzjonijiet jitqies bl-istess mod bħala vantaġġ li jgawdu minnu l-banek tat-tfaddil ta’ Schleswig-Holstein. B’hekk, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, li mil-lat ekonomiku jistgħu jkunu identifikati b’mod sħiħ mal-banek tat-tfaddil ta’ Schleswig-Holstein, jistgħu jitqiesu bħala riċevituri ta’ għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(258)

Il-kummenti li waslu mill-Ġermanja u mill-partijiet terzi ma taffewx id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-insuffiċjenza tal-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji. Il-Kummissjoni għadha temmen li l-ishma tal-azzjonisti minoritarji li ma pparteċipawx fir-rikapitalizzazzjoni ta’ HSH fl-2009, ma ġewx dilwiti biżżejjed minħabba li l-għadd ta’ ishma allokati lis-sidien pubbliċi fir-rikapitalizzazzjoni ma kienx ibbażat fuq valwazzjoni korretta ta’ HSH fiż-żmien rilevanti. Madankollu l-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ ristrutturar modifikat fih miżuri addizzjonali li jtejbu konsiderevolment il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji.

(259)

B’mod partikolari, il-miżuri addizzjonali dwar ir-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju imposti mill-Kummissjoni (mill-paragrafu (202) sal-paragrafu (208)) se jżidu l-grad tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. Ir-remunerazzjoni addizzjonali għall-irpar mir-riskju li tikkonsisti minn primjum addizzjonali u ħlas ta’ ammont f’daqqa ta’ EUR 500 miljun f’ishma se jkollha żewġ effetti ewlenin. L-ewwel, iż-żieda fl-ammont assolut tal-pagamenti ta’ remunerazzjoni lis-sidien tas-settur pubbliku se tnaqqas il-profitti distribwibbli ta’ HSH u għalhekk se jonqos il-valur ta’ HSH għall-azzjonisti tagħha. It-tieni, il-ħlas ta’ ammont f’daqqa ta’ EUR 500 miljun f’ishma se jdgħajjef it-titoli miżmuma mill-azzjonisti minoritarji, li l-valur tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji tagħhom se jonqos mill-perċentwal attwali ta’ 16,8 % għal madwar 14-15 % (dan jiddependi fuq il-valwazzjoni tal-prezz tal-ishma).

(260)

Minbarra l-effett li jirriżulta mill-kondizzjonijiet imposti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju, il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji se tkun imtejba ulterjorment permezz tar-restrizzjoni fuq ir-remunerazzjoni tal-istrumenti tal-kapital stabbiliti fil-paragrafi (241) sa (244). Il-valur ta’ HSH għall-azzjonisti tagħha jiddependi fuq flussi ta’ flus fil-futur, u dawk il-flussi ta’ flus, fil-forma ta’ dividendi, mhux se jitħallsu sal-2014. B’hekk il-limitazzjonijiet fuq meta se jseħħu l-flussi tal-flus fil-futur imposti mill-Kummissjoni se jtejbu ulterjorment il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji.

(261)

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji tjiebet b’mod sinifikanti fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat u permezz tal-kundizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni, il-miżuri ma jiżgurawx li l-piżijiet huma kondiviżi sal-punt massimu mill-azzjonisti minoritarji. Billi l-Ġermanja tirrifjuta li tipproponi miżuri addizzjonali għall-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-miżura ta’ għajnuna ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Fuq dik il-bażi, l-għajnuna indiretta mogħtija lill-azzjonisti minoritarji kellha titqies bħala inkompatibbli, sakemm ma jinstabux miżuri kondizzjonali oħrajn li jtejbu l-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji.

(262)

Fid-dawl tal-benefiċċju potenzjali li rċevew l-azzjonisti minoritarji u tal-ħtieġa għal kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet, il-Kummissjoni tqis bħala neċessarja l-estensjoni tal-projbizzjoni tad-dividendi li tmur lil hinn mill-2014. Madankollu, sabiex tkun proporzjonali, il-projbizzjoni tad-dividendi għandha tkun limitata. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha timponi l-kondizzjoni li fil-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-ħlasijiet ta’ dividendi ma jistgħux jaqbżu l-50 % tal-bilanċ favorevoli annwali tas-sena finanzjarja preċedenti. Barra minn hekk, il-ħlasijiet ta’ dividendi għandhom ikunu permissibbli matul dak il-perjodu biss sa fejn ma jkunux jipperikolaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ Basel III dwar il-kapital tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’perjodu ta’ żmien medju.

9.2.3.3.3.   Konklużjoni fuq il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji

(263)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li kontribuzzjoni proprja adegwata u kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji jistgħu jintlaħqu, u li konsegwentement l-għajnuna tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli soġġetta għall-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafi (262), (202) sa (208) u (241) sa (244).

9.2.3.4.   Il-miżuri li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni

(264)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi l-miżuri li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni u tiżgura settur bankarju kompetittiv. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika, fil-punt 30, li l-miżuri sabiex jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni maħluqin mill-għajnuna għandhom jitfasslu b’mod speċifiku biex jiffaċċjaw it-tfixkil identifikat fis-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà wara r-ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala punti tat-tluq id-daqs, l-iskala u l-ambitu tal-attivitajiet ta’ HSH.

(265)

Fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-miżuri proposti biex jindirizzaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni ma kinux suffiċjenti. Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar modifikat jipprovdi miżuri ulterjuri li jindirizzaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni.

(266)

Fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat it-tnaqqis previst fil-karta tal-bilanċ kien konsiderevolment miżjud meta mqabbel ma’ dak tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali. B’paragun mal-2008, HSH se tnaqqas il-karta tal-bilanċ tagħha b’61 % sa tmiem l-2014 (86). It-tnaqqis ta’ HSH b’iktar minn nofs huwa xieraq, minħabba t-tfixkil fil-kompetizzjoni li qed jirriżulta mill-ammont kbir ta’ għajnuna. It-tnaqqis huwa f’konformità mal-prassi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għall-ammonti ta’ għajnuna komparabbli f’termini relattivi. Madankollu fil-każ ta’ HSH, il-ħtieġa li tirristruttura u li tnaqqas l-karta tal-bilanċ hi partikolarment kbira, minħabba l-insuffiċjenza fil-kondiviżjoni tal-piżijiet li tirriżulta minn irkupru mhux komplet. It-tnaqqis jikkumplimenta l-impenn ta’ HSH biex tneħħi l-maġġoranza tal-parteċipazzjonijiet tagħha.

(267)

Barra minn hekk, HSH ikkommettiet ruħha li tnaqqas l-għadd tal-fergħat internazzjonali tagħha jew tal-uffiċċji ta’ rappreżantazzjoni minn 21 għal 6 u l-għadd tal-fergħat nazzjonali tagħha minn 9 għal 7. Il-fergħat jew ir-rappreżentazzjonijiet li jibqgħu f’Londra u fi New York se jonqsu b’mod sostanzjali u l-fergħa tal-Lussemburgu se tibqa’ biss bħala fergħa tal-Unità tar-Ristrutturar.

(268)

HSH ikkommettiet ruħha ulterjorment biex tosserva projbizzjoni fuq l-akkwisti matul il-perjodu tar-ristrutturar (sal-31 ta’ Diċembru 2014). HSH mhux se tespandi l-attivitajiet kummerċjali permezz tal-akkwist ta’ kumpaniji oħra. Għadu possibbli li jsiru amalgamazzjonijiet ma’ Landesbank, soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-iswaps tad-dejn ma’ parteċipazzjonijiet azzjonarji u miżuri użwali oħrajn għall-ġestjoni tal-assi huma permessi sakemm dawn ma jwasslux għall-evażjoni tal-projbizzjoni fuq l-akkwisti. Jekk is-sidien tas-settur pubbliku jabbandunaw il-kontroll fuq HSH, imbagħad il-projbizzjoni fuq l-akkwisti tapplika għal tliet snin biss. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-privatizzazzjoni ta’ HSH ikollha effett pożittiv fuq il-vijabbiltà ta’ HSH u tiżgura kompetizzjoni effettiva. Il-kontinwità tal-projbizzjoni fuq l-akkwisti lil hinn sew mid-data tal-bejgħ tista’ tfixkel il-possibbiltà ta’ proċess ta’ privatizzazzjoni.

(269)

Aktar speċifikament, HSH ikkommettiet ruħha li tieħu miżuri addizzjonali li jindirizzaw direttament it-tfixkil fil-kompetizzjoni fis-swieq fejn HSH kienet kisbet pożizzjonijiet fis-suq b’saħħithom u fejn hija kienet ippjanat li tespandi. HSH se ttemm l-attivitajiet kummerċjali tagħha fis-servizzi finanzjarji fir-rigward tal-avjazzjoni (87). EUR [3-8] biljun ta’ assi tal-avjazzjoni se jiġu trasferiti lill-Unità tar-Ristrutturar jew mibjugħin minn tmiem l-[2011-2012]. HSH se tnaqqas ukoll b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħha fis-setturi tat-trasport bil-baħar u tal-proprjetà immobbli u f’dawk korporattivi. Partikolarment, fis-segment tat-trasport bil-baħar, fejn HSH stabbilixxiet lilha nnifisha bħala l-fornitur prinċipali tal-finanzjamenti ta’ bastimenti u fejn HSH kienet ippjanat li tespandi aktar, HSH tintrabat li s-sehem tagħha tas-suq globali f’attivitajiet kummerċjali ġodda tat-trasport bil-baħar mhux se jaqbeż it-[< 8]% matul il-perjodu tar-ristrutturar kollu u HSH mhux se tkun waħda mill-akbar tliet fornituri ta’ finanzjamenti tat-trasport bil-baħar f’termini ta’ attivitajiet kummerċjali ġodda.

(270)

Bħala konklużjoni, il-miżuri proposti biex jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni jikkostitwixxu titjib materjali għall-passi meħuda minn HSH fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, u jitqiesu bħala xierqa u suffiċjenti.

9.2.3.5.   Il-konklużjoni dwar ir-ristrutturar

(271)

Il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-miżuri tar-ristrutturar, inklużi l-impenji tal-Ġermanja fl-Annessi I u III, huma tali li jistabbilixxu mill-ġdid il-vijabbiltà għal perjodu ta’ żmien twil, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni proprja adegwata ta’ HSH, u li jagħmlu tajjeb għat-tfixkil fil-kompetizzjoni minħabba l-miżuri tal-għajnuna inkwistjoni. Skont il-kondizzjonijiet fir-rigward tar-remunerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet li jridu jiġu imposti mill-Kummissjoni, u li huma speċifikati fl-Anness II, il-pjan ta’ ristrutturar modifikat jipprovdi wkoll kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata u suffiċjenti, u b’hekk jista’ jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

(272)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna li tinsab fis-EUR 17-il biljun ta’ garanziji ta’ likwidità pprovduti minn Soffin tikkostitwixxi għajnuna għar-ristrutturar kumpatibbli, sa fejn kien meħtieġ li jiġi indirizzat falliment tas-suq, fil-forma ta’ kollass tas-suq interbankarju.

10.   BENEFIĊĊJI POTENZJALI GĦAL AZZJONISTI OĦRAJN

(273)

L-azzjonisti minoritarji argumentaw li l-Artikolu 7 tar-Regolament Proċedurali jkun miksur bid-diviżjoni tal-proċedura, fejn f’sett wieħed tal-proċedimenti ġew awtorizzati l-miżuri ta’ għajnuna diretta lil HSH filwaqt li f’sett ieħor ġiet eżaminata l-kwistjoni tal-għajnuna indiretta lill-azzjonisti minoritarji. Deċiżjoni negattiva dwar ir-rikapitalizzazzjoni fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u ta’ Flowers tkun tbiddel ir-rikapitalizzazzjoni f’għajnuna inkompatibbli. Skont l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tal-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kondiviżjoni tal-piżijiet b’rabta mar-rikapitalizzazzjoni.

(274)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tar-Regolament Proċedurali li ħarġu biha l-azzjonisti minoritarji. Diviżjoni fil-proċedura hija legalment possibbli u ġiet imwettqa mill-Kummissjoni f’diversi każijiet (88). Jekk miżura waħda ta’ għajnuna mill-Istat ikollha diversi benefiċjarji li l-istatus tagħhom jeħtieġ valutazzjonijiet legali differenti, u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw il-progress ta’ investigazzjoni, il-proċedura formali ta’ investigazzjoni tista’ tiġi diviża għall-effettività tal-proċedimenti.

(275)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ukoll illi valutazzjoni legali differenti tal-miżura ta’ għajnuna fir-rigward tal-azzjonisti minoritarji bħala benefiċjarji indiretti, tkun taffettwa l-valutazzjoni legali (u l-kompatibbiltà) tal-istess miżura ta’ għajnuna fir-rigward ta’ HSH bħala benefiċjarju dirett tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tirreferi għas-sentenza fil-Każ C-382/99, il-Pajjiżi l-Baxxi vs. il-Kummissjoni (89), fejn il-Qorti kkonfermat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li miżura ta’ għajnuna mogħtija lil riċevitur tista’ tkun għajnuna kompatibbli (minħabba li tkun konformi mar-regoli de minimis), filwaqt li l-istess miżura ta’ għajnuna ma tkunx kompatibbli fir-rigward tal-benefiċjarji indiretti, u jkollha tiġi rkuprata. Il-Kummissjoni tinnota li l-proporzjonalità tar-rikapitalizzazzjoni fir-rigward ta’ HSH tista’ tiġi żgurata permezz ta’ miżuri adegwati fil-pjan ta’ ristrutturar, filwaqt li kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-azzjonisti minoritarji permezz ta’ prezz eċċessivament ogħli ta’ ħruġ jista’ jiġi ttrattat u kkorreġut b’mod differenti, pereżempju permezz tal-kondiviżjoni tal-piżijiet.

(276)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġunijiet biex taqsam il-każ, u tista’ tittratta mal-aspetti differenti tal-miżura ta’ għajnuna f’deċiżjoni waħda. Kwalunkwe benefiċċju potenzjali lill-azzjonisti minoritarji jista’ jiġi evalwat ukoll, anke f’każ ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet insuffiċjenti, hekk kif indikat fil-parti operattiva tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura. Madankollu, il-modifika tar-remunerazzjoni tal-irpar mir-riskju u l-miżuri addizzjonali għall-kondiviżjoni tal-piżijiet, se jwasslu għal dilwizzjoni sostanzjali tal-ishma tal-azzjonisti minoritarji u għal kondiviżjoni ikbar tal-piżijiet, u permezz ta’ hekk, se jitnaqqsu sostanzjalment id-difetti li rriżultaw mill-valwazzjoni ta’ PwC u se tiġi stabbilita mill-ġdid kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet. Minħabba l-kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet stabbilita abbażi tal-kundizzjonijiet imposti minn din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kondiviżjoni tal-piżijiet hija suffiċjenti u għalhekk mhux se teżamina aktar din il-kwistjoni.

11.   KONKLUŻJONIJIET

(277)

Fid-dawl tal-impenji li daħlet għalihom il-Ġermanja fir-rigward tar-ristrutturar u l-kondizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni fuq dak l-Istat Membru rigward ir-remunerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-irpar mir-riskju huwa konformi mat-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar modifikat sottomess, l-impenji mogħtija mill-Ġermanja u l-kondizzjonijiet imposti fuq dak l-Istat Membru mill-Kummissjoni, l-għajnuna għar-ristrutturar li tinkludi l-irpar mir-riskju, ir-rikapitalizzazzjoni u l-garanziji ta’ likwidità hija konformi mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni espressi fid-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġew imwarrba.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 3 biljun, il-garanzija ta’ EUR 10 biljun mogħtija mill-Ġermanja lil HSH fil-forma ta’ rpar mir-riskju u l-garanziji ta’ likwidità mogħtija mill-Ġermanja jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għajnuna fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 3 biljun, garanzija ta’ EUR 10 biljun mogħtija mill-Ġermanja lil HSH fil-forma ta’ rpar mir-riskju u l-garanziji ta’ likwidità mogħtija mill-Ġermanja huma kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-impenji mniżżla fl-Annessi I u III u soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonjiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 2

Il-Ġermanja tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar oriġinali sottomess fl-1 ta’ Settembru 2009, modifikat l-aħħar permezz tal-Komunikazzjoni tal-Ġermanja tal- 11 ta’ Lulju 2011, jiġi implimentat bis-sħiħ, inklużi l-impenji mniżżla fl-Annessi I u III u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, u skont l-iskeda mniżżla fihom.

Artikolu 3

Il-Ġermanja se tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex tiżgura li tinżamm konformità magħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Il-Ġermanja hija mitluba tibgħat kopja ta’ din id-Deċiżjoni lill-benefiċjarju tal-għajnuna mingħajr dewmien.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 10/09 (ex N 138/09) ING (ĠU C 158, 11.7.2009, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2009 fil-Każ N 264/09 HSH Nordbank AG (ĠU C 179, 1.8.2009, p. 1)

(3)  .B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108 rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009 fil-Każ N 503/09 - HSH Nordbank AG (ĠU C 281, 21.11.2009, p. 42).

(5)   ĠU C 281, 21.11.2009, p. 42.

(6)  L-investituri li ngħataw parir mingħand Flowers huma: HSH Alberta I LP, HSH Alberta II LP, HSH Lussemburgu Sàrl., HSH Delaware LP, HSH Alberta V LP, HSH Coinvest (Alberta) LP, u HSH Lussemburgu Coinvest Sàrl.

(7)  Qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ, il-parteċipazzjonijiet azzjonarji rispettivi kienu kif ġej: Hamburg 30,41 %, Schleswig-Holstein 29,10 %, SGVSH 13,20 %, SVB 1,62 % u Flowers 25,67 %.

(8)  L-Anstaltslast ipprovdiet ċerti drittijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-azzjonisti tagħhom, filwaqt li l-Gewährträgerhaftung stabbilixxiet ċerti drittijiet tal-kredituri tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-azzjonisti tagħhom. Dawk il-garanziji ġew aboliti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ E 10/2000 (ĠU C 146, 19.6.2002, p. 6 u ĠU C 150, 22.6.2002, p. 7). Skont dik id-Deċiżjoni, l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw f’perjodu ta’ tranżizzjoni bejn l-2001 u l-2005 u li jimmaturaw qabel l-2015 għadhom koperti mill-garanziji. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-obbligazzjonijiet koperti minn dawk il-garanziji kienu jammontaw għal EUR 56 biljun.

(9)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2004) 3928 finali u C(2004) 3930 finali tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar Hamburgische Landesbank – Girozentrale (il-Każ C 71/02) u Landesbank Schleswig-Holstein – Girozentrale (il-Każ C 72/02).

(10)  EUR 488 miljun ta’ kapital azzjonarju ordinarju u EUR 68 miljun fil-forma ta’ ishma privileġġjati.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2005 fil-Każ NN 71/05 – Iż-żieda fil-kapital ta’ HSH Nordbank AG.

(12)  Hamburg EUR 108,2 miljun, Schleswig-Holstein EUR 498,1 miljun, l-SGVSH EUR 78,3 miljun.

(13)  Fl-aħħar tal-2007, l-azzjonisti tas-settur pubbliku ta’ HSH kienu diġà kkonvertew il-parteċipazzjonijiet silenzjużi li jammontaw għal EUR 578 miljun f’ishma ordinarji u, f’dan ir-rigward, Flowers xtrat porzjon mill-ishma l-ġodda bil-valur ta’ EUR 166 miljun sabiex tevita li jkun hemm dilwizzjoni tal-kapital irrappreżentat mill-ishma tagħha. L-azzjonisti pubbliċi u privati kienu diġà qablu bejniethom fl-2006 li t-tranżazzjoni kellha ssir b’termini ndaqs, meta l-fiduċjarji daħlu fil-kapital ta’ HSH.

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali

(14)  Dejta kumulata għal Hamburgische Landesbank u Landesbank Schleswig-Holstein qabel it-2 ta’ Ġunju 2003 (id-data ta’ meta seħħet l-amalgamazzjoni).

(15)  Iċ-ċifri għall-perjodu ta’ bejn l-1999 u l-2006 skont il-GAAP lokali, l-IFRS għall-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2009.

(16)  Fitch, Moody’s u Standard & Poor’s (“S&P”).

(17)  Iż-żieda fil-klassifikazzjoni tikkorrespondi mal-ammont ta’ livelli li bih il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ istituzzjoni taqbeż il-klassifikazzjoni awtonoma tagħha (jew il-Bank Financial Strength Rating (“BFSR”)) permezz ta’ elementi ta’ appoġġ estern ta’ kreditu (i.e. il-probabbiltà li l-bank se jirċievi appoġġ estern mingħand partijiet terzi bħal pereżempju s-sidien tiegħu, il-grupp industrijali tiegħu, jew l-istituzzjonijiet uffiċjali).

(18)  Skont id-definizzjoni ta’ Moody’s ta’ klassifikazzjonijiet awtonomi, il-BSFRs jirrappreżentaw l-opinjoni tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni fuq is-sikurezza u l-istabbiltà intrinsiċi ta’ bank u għaldaqstant jeskludu ċerti elementi ta’ appoġġ estern ta’ kreditu (jiġifieri s-sjieda pubblika). Il-BFSRs ma jeħdux inkunsiderazzjoni l-probabbiltà li l-bank jista’ jirċievi appoġġ estern ta’ dan it-tip, u lanqas ma jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn azzjonijiet ta’ sovranità li jistgħu jtellfu l-bank milli jonora l-obbligi tiegħu. Il-BFSRs ikejlu kemm hu probabbli li bank ikun jirrikjedi l-għajnuna minn partijiet terzi bħalma huma s-sidien tiegħu, il-grupp industrijali tiegħu, jew l-istituzzjonijiet uffiċjali.

(19)  Il-kategorija ta’ klassifikazzjoni E tinkludi fiha banek li għandhom saħħa finanzjarja intrinsika modesta ħafna u li wisq probabbli jkunu jingħataw appoġġ perjodiku estern jew eventwalment ikunu jeħtieġu għajnuna minn barra.

(20)  Fil-kuntest tal-hekk imsejħa ‘klawżola ta’ anterjorità’ li ġiet deċiża bħala soluzzjoni tranżitorja, l-obbligazzjonijiet imġarrba bejn it-18 ta’ Lulju 2001 u t-18 ta’ Lulju 2005 u li se jimmaturaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015 se jkomplu jiġu koperti mill-Gewährträgerhaftung.

(21)  Sal-31 ta’ Diċembru 2007, is-CIP kien jinkludi, fost assi oħrajn, is-subprime tal-Istati Uniti kif ukoll l-Obbligi sintetiċi ta’ dejn kollateralizzat.

(22)  Prodotti finanzjarji Ġermaniżi speċifiċi (Schuldscheindarlehen).

(23)  Is-sistema ta’ Moody’s l-“Analytics CDOROM” hija mudell ta’ simulazzjoni Monte Carlo, li tintuża biex jiġi kkalkulat it-telf mistenni fuq segmenti minn portafoll statiku partikolari ta’ assi. Din tintuża mill-analisti ta’ klassifikazzjoni fis-sezzjoni “Investors Services” ta’ Moody’s, biex dawn jassenjaw il-klassifikazzjonijiet għall-obbligi kollateralizzati ta’ dejn (CDOs) sintetiċi. Mudelli u metodoloġiji simili ntużaw biex jiġi vvalutat it-telf mistenni f’miżuri oħrajn li jindirizzaw l-assi indeboliti.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Rettungspaket für Kreditinstitute in Deutschland (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 2), hekk kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ N 625/08 Rettungspaket für Kreditinstitute in Deutschland, estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ N 330/09 (ĠU C 160, 14.7.2009, p. 4).

(25)  Wara t-twaqqif tal-Unità tar-Ristrutturar, il-bank inqasam f’żewġ diviżjonijiet, l-Unità tar-Ristrutturar u l-bank ewlieni. Il-bank ewlieni huwa l-unità responsabbli mill-attivitajiet kummerċjali, filwaqt li l-Unità tar-Ristrutturar hija l-unità kompetenti fl-istralċ. Eventwalment, l-attività ta’ HSH se tkun limitata għall-operazzjonijiet tal-bank ewlieni.

(26)  L-aktar verżjoni bażika jew standard.

(27)  […]. Ladarba, skont il-Basel III, iridu jiġu sodisfatti l-indiċijiet korrespondenti ta’ likwidità mill-istituzzjonijiet kollha affettwati, se jittieħed inkunsiderazzjoni primjum addizzjonali ta’ […] %.

(28)   ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(29)   ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(30)  Il-paragrafu 37 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura.

(31)   ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(32)  Is-sottomissjoni tal-Ġermanja fis-17 ta’ Diċembru 2009 li tagħmel referenza għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Każijiet Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96 Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH und Lech-Stahlwerke GmbH vs. il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-17, il-paragrafu 119.

(33)  Każ T-98/00 Linde AG vs. Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3961.

(34)  Fil-pjan ta’ ristrutturar modifikat, l-għadd ta’ ċentri internazzjonali li ngħalqu ġie rivedut, minn 12 għal 15-il ċentru.

(35)  Is-sottomissjoni tal-Ġermanja, p. 35, il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ta’ HSH tal-1 ta’ Settembru, il-Kapitolu 7.1.1.

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: il-Kapitolu 08, il-Volum 01 p. 339 - 347.

(37)  Każ C-482/99 Franza vs. Il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397.

(38)  Il-Każijiet Konġunti T-228/99 u 233/99 WestLB vs. Il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-435, paragrafu 316.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2009 fil-Każ C 15/09 HypoRealEstate, il-punt 47 (id-deċiżjoni tal-ftuħ fil-Każ HypoRealEstate fejn il-prezz tal-ħruġ kien madwar tliet darbiet ogħla mill-prezz fis-suq tal-ishma); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2009 fil-Każ N 9/09 Anglo-Irish Bank (ĠU C 177, 30.7.2009, p. 1).

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Każ N 244/09, il-paragrafu 104.

(41)  Hamburg: liġi dwar il-Ftehim bejn il-Belt ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg u l-Land ta’ Schleswig-Holstein li jirrigwarda l-ħolqien ta’ “HSH Finanzfonds AöR” bħala entità tad-dritt pubbliku li għandu l-kapaċità ġuridika (Gesetz zum Staatsvertrag zwischen der Freien und Hansestadt Hamburg und dem Land Schleswig Holstein über die Errichtung der “HSH Finanzfonds AöR” als rechtsfähige Anstalt des öffentlichen Rechts) (HmbGVBl. 2009, p. 95); Schleswig-Holstein: liġi dwar il-Ftehim bejn il-Belt ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg u l-Land ta’ Schleswig-Holstein li jirrigwarda l-ħolqien ta’ “HSH Finanzfonds AöR” bħala entità tad-dritt pubbliku li għandu l-kapaċità ġuridika (Gesetz zum Staatsvertrag zwischen der Freien und Hansestadt Hamburg und dem Land Schleswig-Holstein über die Errichtung der “HSH Finanzfonds AöR” als rechtsfähige Anstalt des öffentlichen Rechts) (GVOBl. 2009, p. 172).

(42)  Il-paragrafu 44 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ.

(43)  Ara l-Każ C-494/06 P Il-Kummissjoni vs. L-Italja [2009] Ġabra I- 3639, il-paragrafu 50; il-Każ 248/84 Il-Ġermanja vs. Il-Kummissjoni [1987] Ġabra 4013, il-paragrafu 18; u l-Każ T-357/02 Freistaat Sachsen vs. Il-Kummissjoni [2007] Ġabra II- 1261, il-paragrafu 31.

(44)  Il-paragrafi 33 u 34 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ.

(45)  Il-Każ T-98/00 Linde AG vs. Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II- 3961, il-paragrafu 49.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ E 10/2000 Il-garanziji mill-Istat għall-banek pubbliċi fil-Ġermanja (OJ C 146, 19.6.2002, p. 6, il-punt 2) [Mhux disponibbli bil-Malti].

(47)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 9/08 SachsenLB (ĠU C 71, 18.3.2008, il-punt 82).

(48)  Il-Każ C-334/99 Gröditzer Stahlwerke [2003] Ġabra I- 1139, il-paragrafu 133; il-Każijiet Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs. Il-Kummissjoni (Hytasa) [1994] Ġabra I- 4103, il-paragrafu 22.

(49)  Ara l-paragrafu 77 tad-Deċiżjoni IKB tal-21 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32); il-paragrafu 122 tad-Deċiżjoni Lloyds tat-18 ta’ Novembru 2009 (ĠU C 46, 24.2.2010, p. 2); il-paragrafu 95 tad-Deċiżjoni Ethias tal-20 ta’ Mejju 2010 (ĠU C 252, 18.6.2010, p. 5); il-paragrafu 47 tad-Deċiżjoni Sparkasse KölnBonn tal-4 ta’ Novembru 2009 (ĠU C 2, 6.1.2010, p. 1).

(50)  Il-paragrafu 15 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti.

(51)  L-Avviż dwar il-Garanziji, il-punt 1.3; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 fil-Każ N 512/03 Skema ta’ garanziji għall-finanzjament ta’ bastimenti (OJ C 62, 11.3.2004). [Mhux disponibbli bil-Malti].

(52)  Ara l-Każ C-334/07 P Il-Kummissjoni vs. Freistaat Sachsen [2008] Ġabra I-9465.

(53)  Il-Każ C-334/07 P Il-Kummissjoni vs. Freistaat Sachsen [2008] Ġabra I-9465, il-paragrafu 59.

(54)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 9/09 dwar l-għajnuna mogħtija lil Dexia SA f’forma ta’ garanzija fuq il-bonds u fuq ċerti assi, ta’ appoġġ tal-likwidità u ta’ żieda fil-kapital (ĠU L 274, 19.10.2010, p. 54).

(55)  Ara l-punt 39 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti.

(56)  Dik il-konklużjoni hija konsistenti mal-analiżi preliminari tal-Kummissjoni dwar il-valur fis-suq tal-portafoll protett, li indikat li l-valur fis-suq kien inqas minn EUR [150-180] biljun (ara l-paragrafu 38 tad-Deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedura).

(57)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Rettungspaket für Kreditinstitute in Deutschland (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 2), hekk kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ N 625/08 Rettungspaket für Kreditinstitute in Deutschland, estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ N 330/09 (ĠU C 160, 14.7.2009, p. 4), u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ N 222/10 (ĠU C 178, 3.7.2010, p. 1).

(58)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7).

(59)  Ara l-paragrafu 105.

(60)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fil-Każ N 555/09 Għajnuna addizzjonali għal WestLB AG fir-rigward tas-segregazzjoni ta’ assi (ĠU C 66, 17.3.2010, p. 15, paragrafu 56). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ C 17/09 Rikapitalizzazzjoni u salvataġġ tal-assi għall-LBBW (ĠU C 248, 16.10.2009, p. 7, paragrafu 18), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 fil-Każ C 17/09 Ristrutturar ta’ Landesbank Baden-Württemberg (ĠU L 188, 21.7.2010, p. 1, paragrafi 49-55).

(61)  Pereżempju, il-valwazzjonijiet ibbażati fuq il-flussi tal-flus ta’ self fuq artijiet u għal żvilupp twettqet biex jiġi vvalutat il-valur ekonomiku reali ta’ assi trasferiti fil-kuntest tal-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Assi Nazzjonali tal-Irlanda (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni it-Twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Assi (NAMA): ĠU C 94, 14.4.2010). Addizzjonalment, it-telf mistenni mill-kreditu għas-self tat-trasport bil-baħar kien ivvalutat ukoll fil-kuntest tal-miżura tal-assi indeboliti stabbilita għar-Royal Bank of Scotland (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ir-Ristrutturar tar-Royal Bank of Scotland u l-parteċipazzjoni fl-Iskema għall-protezzjoni tal-assi (ĠU C 119, 7.5.2010)).

(62)   ĠU L 188, 21.7.2010, paragrafi 64 u 65.

(63)  Ara l-paragrafu 65 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ N 512/08 Skema ta’ salvataġġ għall-banek Ġermaniżi (ĠU C 293, 15.11.2008, p. 2). Skont id-dispożizzjonijiet legali attwali, il-kapital tal-Grad 2 ma jistax ikun iktar minn 100 % tal-kapital tal-Grad 1. Għalhekk, il-kapital ta’ekwità jista’ jikkonsisti minn 50 % tal-kapital tal-Grad 1 u 50 % tal-kapital tal-Grad 2 sabiex jissodisfa r-rekwiżiti regolatorji. Minħabba li hemm differenza ta’ 1,5 % bejn il-prezz tal-kapital tal-Grad 1 u dak tal-Grad 2, skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar ir-rikapitalizzazzjonijiet, huwa xieraq li jkun hemm tnaqqis ta’ 150 punt bażi. Billi jiġi maħsub li 7 % hija remunerazzjoni xierqa għall-kapital tal-Grad 1 mhux finanzjat skont il-Komunikazzjoni ta’ Rikapitalizzazzjoni (Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: Limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (ĠU C 10, 15.1.2009)), kapital tal-Grad 2 għandu jiġi remunerat għal 5,5 %. Il-medja taż-żewġ rati hija ta’ 6,25 %.

(64)  L-ammont oriġinali tal-garanzija nieqes il-kanċellazzjonijiet iżda ma jitnaqqasx permezz ta’ prelevamenti.

(65)  Il-primjum addizzjonali ma jistax jaqbeż il-primjum bażiku, minħabba li l-ammont massimu possibbli ma jistax jeċċedi l-ammont nominali pendenti tal-garanzija, u minħabba li l-livell tal-primjum f’punti ta’ bażi huwa inqas mill-primjum bażiku

(66)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING, ĠU L 274, 19.10.2010, p. 139

(67)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 17/09 LBBW (ĠU L 188, 21.7.2010, p. 1)

(68)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 26/09 Parex (ĠU L 163, 23.6.2011, p. 28).

(69)  Paragrafu 59.

(70)  Bħala riżultat ta’ appell għall-manutenzjoni tal-marġini fuq il-pożizzjonijiet tagħha ta’ tibdil bejn muniti, l-HSH esperjenzat problemi serji ta’ likwidità matul il-kriżi.

(71)  Paragrafu 61.

(72)  Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tiddistingwi bejn l-attivitajiet volatili u dawk ċikliċi. L-attivitajiet ċikliċi huma attivitajiet li l-eżekuzzjoni tagħhom hija marbuta mill-qrib maċ-ċiklu ekonomiku. L-attivitajiet volatili huma attivitajiet li juru differenzi kbar fl-eżekuzzjoni minn perjodu għall-ieħor. Il-volatilità tipikament tirriżulta mill-fatt li l-attività kummerċjali hija suxxettibbli għal avvenimenti imprevedibbli li jmorru lil hinn mill-fluttwazzjonijiet attribwibbli għaċ-ċiklu ekonomiku (pereżempju diżastri naturali jew avvenimenti ġeopolitiċi bħat-terroriżmu eċċ). Il-Kummissjoni tara l-attivitajiet ta’ HSH fl-oqsma tat-trasport bl-ajru u tat-trasport bil-baħar bħala kemm volatili kif ukoll ċikliċi.

(73)  Dawn jinkludu t-trasport bil-baħar, il-finanzjament tat-trasport (kemm dawk meqjusa bħala volatili kif ukoll dawk ċikliċi), il-proprjetà immobbli, l-attivitajiet fis-swieq finanzjarji u s-servizzi korporattivi (ċikliċi).

(74)  L-analiżi fil-fond tal-vijabbiltà wriet li mingħajr ir-rikapitalizzazzjoni u l-miżuri għall-assi indeboliti, il- kapital tal-Grad 1 ta’ HSH kien jinżel għal […] % fl-2010, jiġifieri tnaqqis ta’ […]%mill-ogħla punt tiegħu fl-2008.

(75)  Skont Basel III, il-proporzjon minimu tal-ekwità komuni għandu jkun 7,00 % (inkluż ir-riżerva ta’ konservazzjoni). Il-proporzjon il-ġdid tal-kapital tal-Grad 1 għandu jkun 8,00 % (inkluż ir-riżerva ta’ konservazzjoni).

(76)  Ara t-Tabella 7.

(77)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/99/KE tat-3 ta’ Marzu 1998 Liġi Reġjonali ta’ Sqallija (ĠU L 32, 5.2.1999, p. 18, il-paragrafu 30); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/476/KE tal-21 ta’ Jannar 1998 Vantaġġ fiskali (ĠU L 212, 30.7.1998, p. 50); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/705/KE tal-20 ta’ Lulju 1999 Stazzjonijiet ta’ servizz Olandiżi (ĠU L 280, 30.10.1999, p. 87); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/303/KEE tal-14 ta’ Jannar 1997 il-Fond ta’ Modernizzazzjoni Industrijali (ĠU L 152, 12.6.1987); is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ 102/87 ir-Repubblika Franċiża vs. il-Kummissjoni (Codevi) [1988] il-Ġabra 4067; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 52/05 Digital Decoders (ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1, il-paragrafu 116), konfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-403/10 P Mediaset vs. il-Kummissjoni, li għadhom ma ġewx ippubblikati.

(78)  Il-Każ 173/73 L-Italja vs. il-Kummissjoni [1974] il-Ġabra 709, il-paragrafu 27; u l-Każ C-241/94 Franza vs. il-Kummissjoni [1996] il-Ġabra I- 4551, il-paragrafu 20.

(79)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 fil-Każ C 9/08 SachsenLB (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 34).

(80)  PricewaterhouseCoopers, Indikative Unternehmensbewertung der HSH Nordbank AG, Hamburg und Kiel, zum 31. März 2009, Stand: 15. Mai 2009.

(81)  Ir-Rapport tal-Valwazzjoni, p. 150-152.

(82)  Ir-Rapport tal-Valwazzjoni, p. 98, 101 (L-ippjanar ta’ finanzjament u l-ippjanar ta’ spejjeż tal-likwidità), p. 150 (it-taqsira).

(83)  Ir-Rapport tal-Valwazzjoni, p. 152 (it-taqsira), it-tieni punt.

(84)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 fil-Każ C 15/09 Hypo Real Estate, il-paragrafu 121, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(85)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2009 fil-Każ C 32/09 Sparkasse Kölnbonn (ĠU C 2, 6.1.2010, p. 1).

(86)  Dik iċ-ċifra ta’ tnaqqis hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-valur tad-derivattivi fuq in-naħa tal-assi jkun ta’ EUR […] biljun fl-2014 (ara t-Tabella 9); jekk il-valur tad-derivattivi fuq in-naħa tal-assi huwa ogħla, it-total tal-karta tal-bilanċ jista’ jeċċedi l-ammont tat-tnaqqis li hemm fil-mira. Jekk it-total tal-karta tal-bilanċ jinqabeż minħabba sehem ogħla ta’derivattivi jew tnaqqis fir-rata tal-kambju EUR/USD, dan mhux se jkollu xi effetti detrimentali.

(87)  Fil-bidu, HSH kienet ippjanat li żżid il-volum tal-attivitajiet kummerċjali ġodda fis-segment tal-avjazzjoni b’25 % bejn l-2010 u l-2014 u li żżid b’erba’ darbiet is-sehem tagħha fis-suq.

(88)  Ara, eż., id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 36/A/06 ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche, il-paragrafu 8 (spjegazzjoni tad-diviżjoni tal-każ) (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 37); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 38/A/04 Alcoa Transformazioni, il-paragrafu 9 (spjegazzjoni tad-diviżjoni tal-każ) (ĠU L 227, 28.8.2010, p. 62).

(89)  Il-Każ C-382/99, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs. il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163.


ANNESS I

LISTA TA’ IMPENJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2) U FL-ARTIKOLU 2

1.1.

[Il-fażi tar-ristrutturar/il-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ] Il-fażi tar-ristrutturar tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014. L-impenji japplikaw fil-fażi tar-ristrutturar, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-kondizzjonijiet individuali.

1.2.

L-implimentazzjoni sħiħa u xierqa tal-impenji u tal-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Annessi I, II u III se jkunu ssorveljati kontinwament u bir-reqqa u vverifikati fid-dettall minn fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ, li jkun suffiċjentement ikkwalifikat u indipendenti minn HSH.

2.

[Il-Bank ewlieni u l-Unità Interna tar-Ristrutturar] HSH waqqfet unità interna tar-ristrutturar li hija responsabbli mill-istralċ ta’ ċerti assi. F’termini funzjonali u organizzattivi, l-unità interna tar-ristrutturar hija separata mill-oqsma kummerċjali li għadejjin bħalissa (il-bank ewlieni), u hija ġestita bħala segment għalih bi tmexxija indipendenti.

3.

[Il-bejgħ ta’ partijiet tal-attivitajiet kummerċjali] It-tneħħija jew il-bejgħ ta’ partijiet jew ta’ subpartijiet tal-attivitajiet kummerċjali bl-approvazzjoni tas-sidien tas-settur pubbliku huma kompatibbli mal-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

4.1.

[It-tnaqqis fit-total tal-karta tal-bilanċ - Il-grupp] Fuq il-bażi tat-total ivverifikat tal-karta tal-bilanċ tal-grupp ta’ HSH fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR 208 biljun), l-assi tal-karta tal-bilanċ tal-grupp għandhom jitnaqqsu għal madwar EUR [100 – 150] biljun sal-31 ta’ Diċembru 2012 u għal madwar EUR 120 biljun sal-31 ta’ Diċembru 2014. Minn dak l-ammont, EUR […] biljun se jiġi minn derivattivi (1).

4.2.

[It-tnaqqis mit-total tal-karta tal-bilanċ - Il-bank ewlieni] It-total tal-assi tal-karta tal-bilanċ tal-bank ewlieni jrid jitnaqqas għal madwar EUR [60-90] biljun sal-31 ta’ Diċembru 2012 u għal madwar EUR 82 biljun sal-31 ta’ Diċembru 2014. Minn dak l-ammont, EUR […] biljun se jiġu minn derivattivi (2).

4.3.

[It-tnaqqis mit-total tal-karta tal-bilanċ – L-Unità tar-Ristrutturar] It-total tal-assi tal-karta tal-bilanċ tal-Unità tar-Ristrutturar irid jitnaqqas għal madwar EUR [50 - 70] biljun sal-31 ta’ Diċembru 2012 u għal madwar EUR 38 biljun sal-31 ta’ Diċembru 2014. Minn dak l-ammont, EUR […] biljun se jiġu minn derivattivi (3).

4.4.

[Il-korrelazzjoni] Jekk it-total tal-assi tal-karta tal-bilanċ tal-bank ewlieni fil-31 ta’ Diċembru 2014 ikun inqas minn EUR 82 biljun, l-ammont massimu permess għall-Unità tar-Ristrutturar se jkun miżjud bid-differenza. L-ammont massimu għall-grupp, skont il-punt 4.1, se jibqa’ l-istess.

4.5.

[L-irtirar minn finanzjament abbażi ta’ assi ta’ inġenji tal-ajru] HSH se tirtira kompletament mill-finanzjament abbażi ta’ assi ta’ inġenji tal-ajru, skont il-pjan tar-ristrutturar emendat.

4.6.

[Id-definizzjoni tal-qasam kummerċjali ta’ finanzjament ta’ inġenji tal-ajru] Fil-qasam tal-avjazzjoni, HSH toffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament ta’ inġenji tal-ajru madwar id-dinja kollha. HSH taġixxi bħala arranġatur u bank ewlieni, partikolarment fil-finanzjament ta’ assi prijoritarji u ta’ proġetti. Il-qasam kummerċjali korporattiv lanqas mhu se jipprovdi finanzjament abbażi ta’ assi ta’ inġenji tal-ajru fil-futur.

4.7.

[L-irtirar mill-qasam tal-proprjetà immobbli internazzjonali] HSH se twaqqaf l-attivitajiet tagħha involuti fil-finanzjament tal-proprjetà immobbli internazzjonali skont il-pjan tar-ristrutturar emendat.

4.8.

[It-tnaqqis fil-qasam kummerċjali ta’ finanzjament ta’ bastimenti] HSH se tnaqqas mill-qasam kummerċjali tagħha ta’ finanzjament ta’ bastimenti, skont il-pjan tar-ristrutturar emendat. It-total tal-assi tal-karta tal-bilanċ tal-qasam tal-finanzjament ta’ bastimenti fil-bank ewlieni jrid jitnaqqas għal madwar EUR 15-il biljun sal-31 ta’ Diċembru 2014. It-tnaqqis se jinkiseb b’mod partikolari bit-tneħħija tal-finanzjament ta’ vapuri li jgħabbu/jniżżlu l-passiġġieri u ta’ bastimenti tal-kruċieri, […]

4.9.

[Ir-restrizzjonijiet fil-qasam tal-finanzjament ta’ bastimenti] Sal-31 ta’ Diċembru 2014, is-sehem tas-suq ta’ HSH fil-finanzjament ta’ bastimenti madwar id-dinja, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali l-ġodda, mhux se jaqbeż it-[< 8] fuq bażi annwali. Sal-31 ta’ Diċembru 2014 HSH se tintrabat li ma tkunx fost l-ewwel tliet fornituri ta’ finanzjament ta’ bastimenti bl-ogħla volum annwali ta’ attivitajiet kummerċjali ġodda, skont il-klassifiki tas-suq determinati fuq bażi annwali.

4.10.

[Id-definizzjoni tal-qasam kummerċjali tal-finanzjament ta’ bastimenti] Il-qasam tat-trasport bil-baħar ta’ HSH jaġixxi bħala sieħeb strateġiku għal klijenti, inklużi s-sidien ta’ bastimenti fl-industrija globali tat-trasport bil-baħar u tat-tarzni. Għall-kuntrarju għall-qasam tat-trasport bil-baħar, il-qasam kummerċjali korporattiv mhux se jkun attiv fil-finanzjament abbażi ta’ assi ta’ bastimenti.

4.11.

[L-attivitajiet kummerċjali l-ġodda fil-qasam ta’ finanzjament ta’ bastimenti] Dawn l-attivitajiet li ġejjin jikkostitwixxu kummerċ ġdid għal perjodu speċifiku: a) il-pagamenti li saru f’dak il-perjodu skont il-kuntratti li jkunu għadhom kif ġew konklużi; b) l-impenji biex isiru pagamenti fil-futur fuq il-bażi ta’ kuntratti li jkunu għadhom kif ġew konklużi f’dak il-perjodu. It-tiġdid ta’ impenji li diġà saru fil-passat, u l-pagamenti marbuta mal-iskadenza ta’ kondizzjonijiet jew ma’ twaqqif tal-attivitajiet kapitali, huma meqjusa bħala estensjonijiet.

5.

[Ir-restrizzjoni tat-tkabbir estern] Sal-31 ta’ Diċembru 2014 ma jista’ jkun hemm l-ebda espansjoni ulterjuri ta’ attivitajiet kummerċjali permezz tal-akkwist ta’ kumpaniji oħra (l-ebda tkabbir estern). Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tista’ ssir eċċezzjoni għal akkwisti/amalgamazzjonijiet bħala parti mill-konsolidazzjoni possibbli ta’ Landesbanken, għall-finijiet ta’ integrazzjoni vertikali jew għal raġunijiet sostanzjali oħrajn (eż. għat-tħejjija tad-dħul ta’ investituri strateġiċi jew għall-espansjoni tal-bażi ta’ finanzjament). L-iswaps tad-dejn ma’ parteċipazzjonijiet azzjonarji u miżuri użwali oħrajn għall-ġestjoni tal-kreditu mhumiex meqjusa bħala espansjoni tal-attivitajiet kummerċjali ħlief jekk imwettqa bl-intenzjoni li jevadu r-restrizzjoni tat-tkabbir imsemmija fl-ewwel sentenza.

6.1.

[Iċ-ċentri] L-uffiċċji ta’ HSH li ġejjin se jagħlqu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011:

(a)

Fi ħdan l-Unjoni Ewropea:

Kopenħagen

Ħelsinki

Pariġi

Riga

Napli

Lübeck

Varsavja

Stokkolma

Amsterdam

Talinn

(b)

Barra l-Unjoni Ewropea:

Oslo

Moska

San Francisco

Ħanoj

Shanghai

Mumbai

6.2.

L-attivitajiet kummerċjali eżistenti li ma jkunux ingħalqu saż-żmien li fih jgħalqu l-uffiċċji msemmija fil-paragrafu 6.1, għandhom jiġu trasferiti jew jitħallew jiskadu wara dak iż-żmien, hekk kif l-operazzjonijiet kummerċjali sottostanti jimmaturaw. M’għandhom jiġu aċċettati l-ebda attivitajiet kummerċjali ġodda.

6.3.

Jekk l-attivitajiet kummerċjali eżistenti f’Kopenħagen ma jkunux għadhom ingħalqu u ma jkunux jistgħu jiġu trasferiti sal-31 ta’ Diċembru 2011, u jekk l-għeluq tagħhom ikun jirrikjedi ġestjoni attiva, l-uffiċċju ta’ Kopenħagen jista’ jkompli jservi ta’ ċentru temporanju sakemm l-attivitajiet kummerċjali li jifdal fl-aħħar jingħalqu jew jiskadu. F’dak il-każ, l-uffiċċju li jkun se jingħalaq gradwalment 1) se jkollu strettament il-minimu tal-persunal u tat-tagħmir meħtieġ sabiex l-attivitajiet kummerċjali jingħalqu b’mod attiv, 2) mhu se jkun jista’ jakkwista l-ebda kummerċ ġdid, 3) mhu se jaqdi lill-ebda klijenti tal-bank ewlieni u 4) se jingħalaq immedjatament ladarba jispiċċaw il-portafolli tiegħu. L-uffiċċju kkonċernat għandu jiġi assenjat immedjatament għall-Unità tar-Ristrutturar.

6.4.

Għandu mnejn HSH iżżomm l-uffiċċji li ġejjin:

Hamburg

Düsseldorf

Munich

Hannover

Londra

Ħong Kong

New York

Kiel

Berlin

Stuttgart

Singapor

Il-Lussemburgu

Ateni

6.5.

L-operazzjonijiet ta’ Londra u ta’ New York se jitnaqqsu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u sa dik l-istess data, il-fergħa ta’ Ħong Kong se tiġi ttrasformata f’uffiċċju ta’ rappreżentanza. Mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-fergħa tal-Lussemburgu se tibqa’ biss bħala fergħa tal-Unità tar-Ristrutturar.

7.1.

[Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji] HSH trid tbiegħ il-parteċipazzjonijiet azzjonarji msemmija fl-Anness III fid-dati speċifikati hemmhekk f’aktar dettall.

7.2.

HSH tista’ tipposponi l-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji msemmija fl-Anness III għal mhux iktar minn […] sa […] l-aktar tard, jekk jirriżulta li, wara li tkun kisbet offerti vinkolanti, il-qligħ miksub permezz tat-tranżazzjoni jkun inqas mill-valur skont il-kotba tal-parteċipazzjoni azzjonarja fil-kontijiet individwali mfassla minn HSH skont il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniża (HGB).

7.3.

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji mmarkati b’asterisk “*” fl-Anness III (partikolarment fis-setturi tal-kiri u tal-enerġija) jinkludu finanzjament estern minn HSH li t-tul ta’ żmien tiegħu f’kull każ jista’ jestendi lil hinn mid-data tal-bejgħ iddikjarata fl-Anness III. Jekk HSH ma tistax tifdi dawk il-parteċipazzjonijiet azzjonarji flimkien ma’ self sottostanti, il-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji jista’ jiġi pospost għal mhux iktar minn […] sa […] l-aktar tard.

7.4.

Id-dħul mill-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ HSH għandu jintuża kompletament biex jiffinanzja l-pjan tar-ristrutturar tal-kumpanija.

7.5.

L-attività kummerċjali eżistenti minn parteċipazzjonijiet azzjonarji li ma ġewx mibjugħa sal-iskadenzi stipulati fil-punti 7.1 sa 7.3 għandha tiġi trasferita jew titħalla tiskadi wara l-iskadenza relevanti hekk kif l-operazzjonijiet kummerċjali sottostanti jimmaturaw. M’għandhom jiġu aċċettati l-ebda attivitajiet kummerċjali ġodda.

8.

[Il-kummerċ għall-kont proprju] HSH għandha ttemm il-kummerċ proprjetarju ddedikat. Dan ifisser li HSH se twettaq biss l-attivitajiet kummerċjali indikati fil-ktieb tal-kummerċ tagħha, li huma meħtieġa a) għall-aċċettazzjoni, għat-trasferiment u għat-twettiq tal-ordnijiet ta’ bejgħ u xiri tal-klijenti (jiġifieri kummerċ ma’ strumenti finanzjarji bħala servizz, sa valur imkejjel f’valur fir-riskju ta’ EUR […]/jum wieħed/99 % fiduċja) jew b) għall-kopertura tal-attivitajiet kummerċjali tal-klijenti jew għall-ġestjoni tal-imgħaxijiet u tal-likwidità fis-settur tat-teżor (l-hekk imsejjaħ kummerċ għall-kont proprju, sa valur imkejjel b’valur fir-riskju ta’ EUR […]/jum wieħed/99 % fiduċja) jew c) sabiex jitwettaq it-trasferiment ekonomiku ta’ partiti fuq il-karta tal-bilanċ għall-unità tar-ristrutturar jew għall-partijiet terzi (sa valur imkejjel f’valur fir-riskju ta’ EUR […]-il miljun/jum wieħed/99 % fiduċja). Billi dawk il-pożizzjonijiet jistgħu jittieħdu biss fi ħdan il-limiti definiti hawn fuq, huma ma jistgħux jippreġudikaw is-sostenibbiltà jew is-sitwazzjoni ta’ likwidità ta’ HSH. Taħt l-ebda ċirkostanza HSH mhu se twettaq attivitajiet kummerċjali li jservu purament biex tagħmel profitt ħlief għall-għanijiet imsemmija f’a), b) jew c).

9.1.

[Il-likwidità/il-finanzjament] Mill-31 ta’ Diċembru 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014, HSH se twettaq l-indiċijiet tal-likwidità segwenti fl-aħħar ta’ kull sena:

9.2.

Il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR) ta’ […] u l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) ta’ […]. Ladarba l-indiċijiet tal-likwidità korrispondenti skont Basel III ikunu ġew sodisfatti mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati, se jiġi kkunsidrat primjum addizzjonali ta’ […].

9.3.

Is-sehem tal-attivitajiet kummerċjali f’USD tal-bank ewlieni li huwa ffinanzjat mill-ġdid permezz ta’ finanzjament b’denominazzjoni USD (u mhux permezz ta’ swaps) se jiżviluppa kif ġej mill-2012 sal-2014: mill-inqas […] sa tmiem l-2012, mill-inqas […] sa tmiem l-2013 u mill-inqas […] sa tmiem l-2014.

10.

[Reklamar] HSH m’għandhiex tuża l-għoti tal-miżuri ta’ għajnuna jew kwalunkwe vantaġġi li jirriżultaw minnhom għal finijiet ta’ reklamar fil-konfront tal-kompetituri tagħha.

11.1.

[Assigurazzjonijiet rigward tmexxija korporattiva] Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju għandu jkollhom il-kompetenzi mistqarra fl-ewwel sentenza tat-Taqsima 36(3) tal-Att Bankarju Ġermaniż. Huma jitqiesu bħala kompetenti jekk huma affidabbli u jkollhom l-għarfien meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet regolatorji, u biex jevalwaw u jissorveljaw it-tranżazzjonijiet tal-attivitajiet kummerċjali ta’ HSH.

11.2.

M’għandux ikun hemm aktar minn għoxrin membru tal-Bord sSuperviżorju. HSH u s-sidien tas-settur pubbliku għandhom jimmiraw biex inaqqsu dak in-numru għal sittax fi tmiem il-mandat tal-bord preżenti.

11.3.

Tal-anqas nofs il-postijiet allokati lil-Länder ta’ Hamburg u Schleswig-Holstein għandhom jiġu okkupati minn esperti esterni.

12.1.

[Ir-remunerazzjoni tal-entitajiet, l-impjegati u l-aġenti essenzjali] HSH trid tivverifika l-effett ta’ inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi tar-remunerazzjoni tagħha u, billi tuża l-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, tiżgura li dawn ma jirriżultawx f’esponiment għal riskji bla bżonn, li huma orjentati lejn objettivi tal-kumpanija sostenibbli u għal perjodu ta’ żmien twil, u li huma trasparenti. Dak l-obbligu se jiġi sodisfatt jekk is-sistemi tar-remunerazzjoni ta’ HSH jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 13.2 tal-Anness “L-Obbligi ta’ HSH” ta’ mal-“Kuntratt dwar il-provvista ta’ qafas ta’ garanzija” tat-2 ta’ Ġunju 2009.

12.2.

Fil-kuntest tal-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, HSH trid tirremunera lill-entitajiet, lill-impjegati u lill-aġenti essenzjali tagħha f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

L-impjegati tagħha u l-aġenti essenzjali m’għandhomx jirċievu salarji, komponenti ta’ salarji, bonusijiet, jew kwalunkwe benefiċċji oħra mhux xierqa.

(b)

Is-salarju mħallas lir-rappreżentanti ta’ HSH u lill-impjegati ewlenin tagħha għandu jkun ristrett għal-livell xieraq, fejn għandha tittieħed kunsiderazzjoni partikolari

tal-kontribut tal-persuna rilevanti għall-istat ekonomiku ta’ HSH, speċjalment fil-kuntest ta’ politiki preċedenti ta’ attivitajiet kummerċjali u tal-ġestjoni tar-riskju; u

tal-ħtieġa ta’ salarju orjentat lejn is-suq sabiex tkun tista’ tħaddem persuni partikolarment adatti li jistgħu jiksbu tkabbir ekonomiku sostenibbli.

(c)

Is-salarji, il-komponenti ta’ salarji u l-bonusijiet huma kkunsidrati bħala mhux xierqa jekk ma jissodisfawx il-prinċipji mniżżla fl-Anness “L-Obbligi ta’ HSH” ta’ mal-“Kuntratt dwar il-provvista ta’ qafas ta’ garanzija” tat-2 ta’ Ġunju 2009. B’mod partikolari, f’każ li HSH ma tkunx tista’ tħallas d-dividendi (Dividendenfähigkeit), il-ħlas ta’ remunerazzjoni fi flus lill-entitajiet, lill-impjegati u lill-aġenti essenzjali tagħha se jitqies bħala mhux xieraq jekk ikun iktar minn EUR 500 000 fis-sena.

13.1.

[It-twaqqif tal-obbligi] Jekk is-sidien tas-settur-pubbliku jirrinunzjaw il-kontroll skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (kontroll konġunt u esklussiv) fuq HSH wara l-31 ta’ Diċembru 2013, l-impenji msemmija fil-punti 4, 5, 8, 9, 10, 12, 13 u 15 ta’ dan l-Anness, u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness II, ma jibqgħux japplikaw. Madankollu, l-impenn imsemmi fil-punt 5 għandu japplika għal mill-inqas 3 snin.

13.2.

[L-indipendenza tax-xerrej] Ix-xerrej ta’ HSH għandu jkun indipendenti mis-sidien tas-settur pubbliku. Xerrej jitqies bħala indipendenti mis-siden tas-settur pubbliku jekk dawn tal-aħħar ma jkunux kapaċi jeżerċitaw il-kontroll fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 fuq ix-xerrej fil-ħin tal-bejgħ. Xerrej ikun indipendenti minn HSH jekk, fil-mument tal-bejgħ, HSH ma jkollha la ishma diretti jew indiretti fix-xerrej, u lanqas kwalunkwe konnessjonijiet oħra skont il-liġi korporattiva max-xerrej. Il-Kummissjoni trid tikkonferma l-indipendenza tax-xerrej. Is-sidien tas-settur pubbliku jikkonfermaw li t-terminu “is-sidien tas-settur pubbliku” ikopri l-livelli kollha tal-kostitwenti tagħhom (il-Länder, il-muniċipalitajiet), l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kumpaniji kkontrollati fuq livell pubbliku. Dan ma jeskludix bejgħ li jinvolvi, pereżempju, Landesbank waħda jew aktar wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

14.

[Regoli oħra ta’ kondotta] Fil-kuntest tas-self u tal-investimenti tagħha, HSH se tikkunsidra r-rekwiżiti ta’ self tal-ekonomija, partikolarment ir-rekwiżiti ta’ attivitajiet kummerċjali ta’ daqs medju, permezz ta’ kondizzjonijiet li huma konformi mal-prassi tas-suq u xierqa minn perspettiva superviżorja/bankarja. HSH għandha tkompli tespandi l-operazzjonijiet tagħha ta’ monitoraġġ tar-riskju. Il-politika kummerċjali ta’ HSH għandha tkun prudenti, stabbli u orjentata lejn is-sostenibbiltà.

15.

[It-trasparenza] Matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil HSH biex tipprovdi spjegazzjonijiet u kjarifiki. Il-Ġermanja u HSH għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni għal kwalunkwe talba marbuta mal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(1)  EUR […] biljun huwa l-valur tad-derivattivi previst kemm għall-2012 kif ukoll għall-2014.

(2)  EUR […] biljun huwa l-valur tad-derivattivi previst kemm għall-2012 kif ukoll għall-2014.

(3)  EUR […] biljun huwa l-valur tad-derivattivi previst kemm għall-2012 kif ukoll għall-2014.


ANNESS II

LISTA TA’ KUNDIZZJONIJIET MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Il-fażi tar-ristrutturar għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014. Il-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw matul il-fażi tar-ristrutturar, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-impenn inkwistjoni.

1.1.

[Ir-remunerazzjoni tal-garanzija] Il-kuntratt konkluż bejn HSH Finanzfonds AöR u HSH fit-2 ta’ Ġunju 2009 dwar il-provvista ta’ qafas ta’ garanzija (il-“Kuntratt dwar il-provvista ta’ garanzija”) se jiġi emendat kif ġej jew supplimentat b’aktar dokumentazzjoni sabiex ir-remunerazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-assi indeboliti fis-settur bankarju Komunitarju (1).

1.2.

Il-primjum ta’ 400 punt ta’ bażi kull sena fuq is-segment tat-tieni telf ta’ EUR 10 biljun (il-“primjum bażiku”) se jiġi ssupplimentat minn primjum addizzjonali li jammonta għal 385 punt ta’ bażi. Il-kuntratt ta’ provvista ta’ garanzija se jistabbilixxi li l-bażi għall-ikkalkular tal-ammont tal-primjum bażiku u tal-primjum addizzjonali (EUR 10 biljun) se titnaqqas permezz ta’ kanċellazzjoni (parzjali) tal-garanzija iżda mhux permezz ta’ prelevamenti fuq il-garanzija. Sa fejn HSH Finanzfonds AöR, anke wara kanċellazzjoni (parzjali) li tniżżel il-valur tal-garanzija għal żero, tibqa’ responsabbli mill-impenji ta’ referenza (jiġifieri sa mhux aktar mill-ammont tal-aħħar valur nominali tal-garanzija qabel il-kanċellazzjoni parzjali li tniżżel il-valur tal-garanzija għal żero), il-kanċellazzjoni (parzjali) li tniżżel il-valur tal-garanzija għal żero mhux se jkollha l-effett li tnaqqas il-bażi tal-valutazzjoni.

1.3.

Minbarra t-tnaqqis ex nunc fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-primjum bażiku u tal-primjum addizzjonali skont il-punt 1.2 ta’ dan l-Anness, il-kanċellazzjonijiet parzjali se jirriżultaw ukoll f’ripagament tal-primjum addizzjonali mħallas fil-passat fuq l-ammont li kien ġie parzjalment ikkanċellat. Ir-ripagament tal-primjum addizzjonali f’każ ta’ kanċellazzjonijiet parzjali se jsir, irrispettivament mid-dati konkreti tas-saldu b’effett mill-kanċellazzjonijiet parzjali inkwistjoni. Ir-ripagamenti se jsiru billi l-ewwel titnaqqas il-garanzija għad-debitu (Besserungsschein) skont il-paragrafu 1.7 ta’ dan l-Anness u mbagħad permezz tar-ripagament mill-kont skont il-paragrafu 1.6. ta’ dan l-Anness.

1.4.

Il-kanċellazzjonijiet (parzjali) tal-garanzija jistgħu jsiru biss sa fejn ma għandux ikun mistenni li, skont l-ippjanar ta’ HSH fiż-żmien tan-notifika tal-kanċellazzjoni (parzjali) inkwistjoni, bħala riżultat is-sehem tal-kapital tal-ekwità komuni ta’ HSH se jaqa’ taħt [8,5 – 9,5] % fil-31 ta’ Diċembru 2011, [9 – 10] % fil-31 ta’ Diċembru 2012, [9,5 – 10,5] % fil-31 ta’ Diċembru 2013, u [10 – 11] % fil-31 ta’ Diċembru 2014 (ikkalkulat f’kull każ skont ir-rekwiżiti regolatorji vinkolanti dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu fis-seħħ fil-perjodi ta’ żmien imsemmija hawn fuq maż-żmien). Kanċellazzjoni parzjali ma tistax isseħħ jekk, minkejja li l-proporzjonijiet ta’ hawn fuq ikunu sodisfatti fiż-żmien tal-kanċellazzjoni parzjali, dawn ma jibqgħux ikunu hekk fid-dawl ta’ stimi konservattivi li jsiru fis-snin sussegwenti. L-istadji varji tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet definiti fi ħdan HSH għall-kanċellazzjoni parzjali se jinkorporaw dak l-approċċ konservattiv billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-kapaċità tar-riskju bħala fattur importanti, u għal kull kanċellazzjoni parzjali se jkun hemm bżonn ukoll tal-approvazzjoni ta’ BaFin.

1.5.

Il-primjum addizzjonali għandu jiġi kkalkolat retroattivament mill-1 ta’ April 2009 u fuq bażi pro rata għal partijiet tas-snin finanzjarji. Se jkun pagabbli kull sena flimkien ma’ primjum bażiku. Għas-snin 2009 u 2010, se jkun pagabbli erba’ ġimgħat wara li tidħol fis-seħħ l-emenda għall-kuntratt dwar il-provvista ta’ garanzija deskritta fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-Anness.

1.6.

Il-primjum addizzjonali se jitħallas f’kont li jrid jiġi stabbilit minn HSH Finanzfonds AöR flimkien ma’ HSH. Dan mhux se jaffettwa l-kontroll ta’ HSH Finanzfonds AöR fuq il-primjum addizzjonali.

1.7.

Jekk l-obbligu li jitħallas primjum addizzjonali jkun iwassal biex il-proporzjon ta’ ekwità komuni ta’ HSH, ikkalkolat skont ir-rekwiżiti regolatorji fis-seħħ f’dak iż-żmien u li jinkludi r-riskji fil-prezz tas-suq (il-proporzjon ta’ ekwità komuni), jaqa’ taħt l-10 % (il-proporzjon minimu ta’ ekwità komuni) fiż-żmien meta jkun hemm l-intitolament għal primjum addizzjonali, jew jekk nuqqas diġà eżistenti jkompli jiżdied aktar, HSH Finanzfonds AöR se tirrinunzja dik il-parti tal-intitolament li tkun twassal għal proporzjon ta’ ekwità komuni li jaqa’ taħt il-proporzjon minimu ta’ ekwità komuni (l-intitolament differit għal primjum addizzjonali), b’effett miż-żmien li fih jirriżulta l-intitolament, bi tpattija għall-provvista ta’ garanzija għad-debitu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ta’ dan l-Anness:

(a)

Il-garanzija għad-debitu se tieħu l-forma segwenti: Jekk il-proporzjon ta’ ekwità komuni fi tmiem waħda mis-snin finanzjarji ta’ HSH wara l-għoti ta’ garanzija għad-debitu u skont kull kont relatat ma’ spejjeż u profitti, iżda mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-intitolamenti taħt il-garanzija għad-debitu, jaqbeż il-proporzjon minimu ta’ ekwità komuni, l-intitolament għall-primjum addizzjonali differit se jiġi ritornat f’ammont li jiżgura li l-proporzjon ta’ minimu ta’ ekwità komuni jkun sodisfatt.

(b)

L-intitolament għall-primjum addizzjonali differit se jiġi ritornat għat-tul tal-garanzija tad-debitu f’kull sena finanzjarja fejn ir-rekwiżiti skont a) huma sodisfatti, imma biss sal-ammont tal-intitolament għall-primjum addizzjonali li jkun ġie kompletament ritornat.

(c)

Il-garanzija tad-debitu se timmatura fil-31 ta’ Diċembru [2030 – 2050].

(d)

Jekk HSH tapplika biex intitolament għall-primjum addizzjonali jiġi rrinunzjat kontra l-għoti ta’ garanzija tad-debitu minħabba l-proporzjon ta’ ekwità komuni li jkun niżel taħt il-proporzjon minimu ta’ ekwità komuni, hija se tissottometti kalkoli korrispondenti, li se jkunu soġġetti għal reviżjoni minn awditur statutorju ta’ HSH.

1.8.

Il-primjum addizzjonali jista’ jitħallas sa mhux iktar tard mill-[2015-2025]. Minkejja dak ir-rekwiżit, il-primjum bażiku u l-primjum addizzjonali jistgħu jitħallsu l-aktar tard sa meta t-total mill-kanċellazzjonijiet parzjali u l-pretensjonijiet fuq l-ammonti tal-garanzija jasal għal EUR 10 biljun.

1.9.

Fil-qafas ta’ dak li jkun legalment permissibbli, HSH se tagħmel kull sforz raġonevoli biex teffettwa l-ħlas sħiħ tal-primjum addizzjonali kemm jista’ jkun malajr. Partikolarment, HSH u kif ukoll is-sidien tas-settur pubbliku u HSH Finanzfonds AöR, billi jeżerċitaw id-dritt tal-vot li huma intitolati għalih minn ishma f’HSH, se jirsistu sa fejn huwa legalment possibbli biex jiżguraw li l-ebda riżervi u qligħ miżmum ma jiġu likwidati, maħsuba biex jippermettu li jsiru pagamenti lil strumenti tal-kapital ta’ ekwità dipendenti fuq il-profitt (bħal strumenti finanzjarji ibridi jew ċertifikati ta’ parteċipazzjoni bi profitt). Il-paragrafu 2 ta’ hawn taħt mhuwiex affettwat.

1.10.

Fil-każ ta’ separazzjoni legali tal-Unità tar-Ristrutturar u l-bank ewlieni, iż-żewġ banek se jħallsu primjum bażiku ta’ 400 punt ta’ bażi fil-proporzjon tad-distribuzzjoni tal-portafoll kopert mill-garanzija. Barra minn hekk, il-bank ewlieni se jkompli jkun responsabbli mir-remunerazzjoni tal-garanzija dwar il-portafoll tal-Unità tar-Ristrutturar. Dik ir-responsabbiltà tal-bank ewlieni tista’ tiġi kkanċellata fuq l-inizjattiva tas-sidien tas-settur pubbliku. Fil-każ ta’ separazzjoni legali, il-bank ewlieni biss se jkun responsabbli mill-pagament tal-primjum addizzjonali.

1.11.

[Il-pagament ta’ ammont f’daqqa u ż-żieda fil-kapital] HSH Finanzfonds AöR u HSH se jemendaw il-kuntratt konkluż fit-2 ta’ Ġunju 2009 dwar l-għoti ta’ qafas ta’ garanzija, jew se jissuplementawh b’dokumentazzjoni oħra, sabiex jiżguraw li HSH Finanzfonds AöR ikollha pretensjoni kontra HSH għal pagament ta’ ammont f’daqqa b’valur nominali ta’EUR 500 miljun. HSH Finanzfonds AöR se tkompli tikkontribwixxi l-pretensjoni għal pagament ta’ ammont f’daqqa lil HSH permezz ta’ kontribuzzjoni in natura. L-emenda tal-kuntratt għall-provvista ta’ garanzija se tinbeda mingħajr dewmien wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tan-notifika tagħha.

1.12.

HSH u HSH Finanzfonds AöR se jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jadottaw, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ din id-Deċiżjoni, deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar żieda fil-kapital li tammonta għall-valur nett ta’ pretensjoni għall-pagament ta’ ammont f’daqqa (il-prezz tal-ħruġ u l-primjum) u, fi żmien xahar tal-laqgħa ġenerali, il-kontribuzzjoni lejn il-kapital ta’ HSH tal-pretensjoni għall-pagament ta’ ammont f’daqqa. Il-prezz tal-ħruġ għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur ta’ HSH fil-ġurnata tad-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti fuq dik iż-żieda fil-kapital, u l-valur tal-pretensjoni għall-pagament ta’ ammont f’daqqa.

1.13.

Iż-żieda tal-kapital tista’ sseħħ jew permezz ta’ kontribuzzjoni ordinarja in natura, mingħajr dritt ta’ opzjoni għall-azzjonisti minoritarji, jew permezz ta’ żieda fil-kapital imħallat permezz ta’ kontribuzzjoni in natura u fi flus, bi dritt ta’ opzjoni għall-azzjonisti kollha minbarra HSH Finanzfonds AöR fir-rigward tal-porzjon tal-flus. HSH u HSH Finanzfonds AöR se jagħmlu kull sforz raġonevoli biex idaħħlu fis-seħħ iż-żieda tal-kapital fi żmien 18-il xahar wara d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti. HSH finanzfonds AöR u HSH jistgħu jagħżlu l-forma taż-żieda tal-kapital li se tiggarantixxi implimentazzjoni aktar mgħaġġla u d-dħul fir-reġistru kummerċjali.

1.14.

Il-pretensjoni biex il-pagament ta’ ammont f’daqqa ma tistax tinqaleb f’garanzija tad-debitu jekk il-proporzjon minimu ta’ ekwità komuni ma jilħaqx l-10 %.

1.15.

Jekk hemm bejgħ ta’ ishma minn sidien tas-settur pubbliku, l-ammont tal-primjum addizzjonali jista’ jitnaqqas fuq l-inizjattiva tagħhom fil-proporzjon tas-sehem dirett u indirett tagħhom.

2.

[L-ibridi] Sal-31 ta’ Diċembru 2014, HSH ma tistax tagħmel pagamenti fir-rigward ta’ strumenti ta’ ekwità relatati mal-profitti (bħal strumenti finanzjarji ibridi u ċertifikati ta’ parteċipazzjoni fi profitt (Genussscheine)), sakemm dawk il-pagamenti ma jkunux dovuti abbażi ta’ kuntratt jew tal-liġi. Jekk il-karta tal-bilanċ ta’ HSH, qabel l-aġġustament tar-riżervi u tal-qligħ miżmum, turi telf, dawk l-istrumenti se jipparteċipaw ukoll fit-telf. M’għandu jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni f’telf riportat minn snin preċedenti.

3.

[Il-projbizzjoni tad-dividendi] HSH mhux se tħallas dividendi fil-perjodu li jkopri sas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2014.

4.

[Il-protezzjoni tar-riżervi] Fil-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-pagamenti ta’ dividendi ma jistgħux jaqbżu l-50 % tal-bilanċ favorevoli annwali għas-sena finanzjarja preċedenti. Barra minn hekk, il-pagamenti ta’ dividendi jistgħu jsiru matul dak il-perjodu biss, sakemm dawn ma jipperikolawx il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ Basel III dwar il-kapital tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’perjodu ta’ żmien medju.

(1)   ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.


ANNESS III

IŻ-ŻMIEN TAL-BEJGĦ TA’ PARTEĊIPAZZJONIJIET AZZJONARJI (DATA TAL-IFFIRMAR TA’ KUNTRATT TAL-BEJGĦ) SKONT IL-PARAGRAFU 7.1 TAL-ANNESS I

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji mmarkati b’asterisk “*” fit-Tabella ta’ hawn taħt jinkludu finanzjament estern minn HSH (speċjalment fis-setturi tal-kiri u tal-enerġija) li t-tul ta’ żmien tiegħu jista’ jestendi lil hinn mid-data prevista tal-bejgħ tal-parteċipazzjoni azzjonarja inkwistjoni (ara l-paragrafu 7.3 tal-Anness I).

Isem

Data tal-bejgħ

(…)

(…)

Aegean Baltic Bank S.A.

mibjugħa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Albes Verwaltungsgesellschaft mbH (vormals Albes Grundstücksverwaltungsgesellschaft mbH)

stralċjata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

BEG Baugrundentwicklungsgesellschaft mbH i. L.

likwidata

BIKO Grundstücks-Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG i. L.

likwidata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

CRE Financial Group LLC

inattiva

Credaris Portfolio Management GmbH

inattiva

(…)

(…)

DOLANA Grundstücksverwaltungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Sehnde KG

inattiva

(…)

(…)

(…)

(…)

Embley Investment Funds

mibjugħa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Freebay Holdings LLC

inattiva

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Gesellschaft bürgerlichen Rechts der Altgesellschafter der Deutschen Leasing AG (GbR)

inattiva

GLB GmbH & Co. OHG (DekaBank-Beteiligung)

inattiva

GLB-Verwaltungs-GmbH

inattiva

(…)

(…)

(…)

(…)

GR Holding 2009 A/S (ehemals Gudme Raaschou Bank A/S)

mibjugħa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

HSH N Real II GmbH

saldata

(…)

(…)

HSH Nordbank Private Banking S.A. – stille Beteiligung –

zurückgeführt

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

HSH Structured Finance Services GmbH

saldata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Lamatos GmbH

saldata

Leashold Verwaltungs-GmbH & Co. KG

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Mietdienst Gesellschaft für Investitionsgüterleasing mbH & Co. Leasinggesellschaft

inattiva

Minerva GmbH

saldata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Nordic Blue Container Limited

inattiva

(…)

(…)

NORDIC BLUE CONTAINER VI LIMITED

inattiva

NORDIC BLUE CONTAINER VII LIMITED

inattiva

Norship Italia S.r.l.

likwidata

(…)

(…)

Nubes GmbH

inattiva

Pellecea GmbH

saldata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Rumina GmbH

saldata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Solent Holding II GmbH

mibjugħa

(…)

(…)

Spielbank SH GmbH

mibjugħa

Spielbank SH GmbH & Co. Casino Flensburg KG

mibjugħa

Spielbank SH GmbH & Co. Casino Kiel KG

mibjugħa

Spielbank SH GmbH & Co. Casino Lübeck-Travemünde KG

mibjugħa

Spielbank SH GmbH & Co. Casino Stadtzentrum Schenefeld KG

mibjugħa

Spielbank SH GmbH & Co. Casino Westerland auf Sylt KG

mibjugħa

Sun Edison LLC

mibjugħa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

TERRANUM Gewerbebau GmbH & Cie.

saldata

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

White Sails Limited

likwidata

Yara Sourcing Oy

likwidata