17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Awwissu 2011

dwar l-għajnuna SA. 26980 (C 34/09 (ex N 588/08)) li l-Portugall qed jippjana li jagħti lil Petrogal

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5546)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/466/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1), u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra ddatata d-19 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Portugall bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta’ għajnuna reġjonali ad hoc favur proġett ta’ investiment minn Petroleos de Portugal, Petrogal S.A. (“Petrogal”), dwar l-attivitajiet ta’ raffinar tagħha f’Sines u f’Matosinhos (il-“proġett ta’ investiment”). Permezz tal-ittra ddatata d-9 ta’ Diċembru 2009, il-Portugall ipprovda l-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-ftuħ biex tiġi ppubblikata.

(2)

Permezz tal-ittra ddatata s-17 ta’ Diċembru 2009, il-Portugall talab biex iż-żmien sa meta kellu jissottometti l-kummenti tiegħu jiġi estiż b’xahar. Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni aċċettat din it-talba. Il-Portugall issottometta l-kummenti tiegħu permezz tal-ittra ddatata l-21 ta’ Jannar 2010.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-Associação das Indústrias da Petroquímica, Química e Refinação  (3), mingħand il-Confederação da Indústria Portuguesa  (4), mingħand l-Associação para a eficiência energética  (5), mingħand il-Kompetitur Nru 2 (6), impriża kompetitriċi ta’ Petrogal (7), mingħand il-Kompetitur Nru 1 (8)  (9), mingħand l-União Geral de trabalhadores  (10), mingħand il-Muniċipalità ta’ Sines (11), mingħand il-Confederação Geral dos Trabalhadores Portugueses  (12) u mingħand l-Associação Industrial Portuguesa  (13).

(5)

Permezz tal-ittri ddatati d-9 ta’ Marzu, l-10 ta’ Marzu, is-17 ta’ Marzu u d-19 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Portugall, li ngħata l-opportunità li jirreaġixxi; il-kummenti tiegħu ġew riċevuti permezz tal-ittra ddatata t-8 ta’ April 2010.

(6)

Permezz tal-ittri ddatati l-15 u t-28 ta’ Lulju 2010 (14), il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni, li ġiet ipprovduta mill-Portugall permezz tal-ittri ddatati s-16 u t-23 ta’ Awwissu 2010, rispettivament.

(7)

Permezz tal-ittri ddatati l-4 u l-5 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni talbet kjarifiki mingħand il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2, u dawn ipprovdewhom permezz tal-ittri ddatati l-10 u l-15 ta’ Settembru 2010. Permezz tal-ittra ddatata l-20 ta’ Settembru 2010, dawn il-kjarifiki ġew sottomessi lill-Portugall għall-kummenti.

(8)

Permezz tal-ittri ddatati s-17 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall għal informazzjoni addizzjonali. Il-Portugall wieġeb fit-18 u d-29 ta’ Ottubru 2010.

(9)

Permezz tal-ittri tat-13 ta’ Ottubru 2010, il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2 ġew mitluba dettalji speċifiċi dwar it-tweġibiet tagħhom iddatati l-10 u l-15 ta’ Settembru 2010, rispettivament.

(10)

Permezz tal-ittri ddatati l-21 u t-28 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall għal informazzjoni addizzjonali. Il-Portugall wieġeb permezz tal-ittra ddatata t-12 ta’ Novembru.

(11)

Permezz tal-ittra ddatata l-10 ta’ Novembru 2010, il-Kompetitur Nru 1 issottometta kjarifiki għall-ittra tiegħu ddatata l-15 ta’ Settembru 2010. Fit-12 ta’ Novembru 2010, dawn il-kjarifiki ġew sottomessi lill-Portugall għall-kummenti, li kienu riċevuti fid-19 ta’ Novembru 2010.

(12)

Permezz tal-ittra ddatata t-30 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall għal informazzjoni addizzjonali. Permezz tal-ittra ddatata l-20 ta’ Diċembru 2010, il-Portugall issottometta t-tweġiba tiegħu.

(13)

Permezz tal-ittra ddatata l-11 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall biex jissottometti analiżi tal-kost-benefiċċju tal-proġett ta’ investiment. Fl-1 ta’ Diċembru 2010, il-Portugall issottometta l-informazzjoni mitluba.

(14)

Permezz tal-ittra ddatata s-6 ta’ Jannar 2011, il-Portugall issottometta informazzjoni rigward l-azzjonisti ta’ Petrogal.

(15)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Portugiżi, ir-rappreżentanti ta’ Petrogal u l-Kummissjoni. Permezz tal-ittra ddatata l-25 ta’ Jannar 2011, il-Portugall issottometta informazzjoni rigward xi kwistjonijiet li tqajmu matul il-laqgħa (eż. l-istima tas-suq, l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna).

(16)

Permezz tal-ittri ddatati l-24 ta’ Jannar, is-16 ta’ Marzu u t-12 ta’ April 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali dwar ix-xenarju kontrofattwali potenzjali għall-proġett ta’ investiment, li l-Portugall wieġeb għalihom bl-ittri ddatati s-7 ta’ Frar, l-4 ta’ April u d-29 ta’ April 2011, rispettivament. Permezz tal-e-Mail iddatata s-7 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni mhux sottomessa mill-Portugall fl-ittri preċedenti. Permezz tal-e-Mail iddatata d-9 ta’ Ġunju 2011 u l-ittri ddatati l-11 u s-17 ta’ Ġunju 2011, il-Portugall issottometta informazzjoni rigward xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet.

(17)

Permezz tal-ittra ddatata l-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall jiċċara l-informazzjoni pendenti rigward is-suq tal-fjuwil tad-diżil. Permezz tal-ittri ddatati t-30 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju 2011, il-Portugall issottometta din l-informazzjoni. Permezz tal-ittra ddatata l-20 ta’ Lulju 2011, l-awtoritajiet Portugiżi ssottomettew il-qbil tagħhom li l-Kummissjoni tadotta din id-deċiżjoni bil-lingwa Ingliża.

2.   DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

2.1.   Il-benefiċjarju

(18)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat, Petróleos de Portugal — Petrogal, S.A. (minn issa ’l quddiem “Petrogal”), hu sussidjarju 100 % ta’ Galp Energia, SGPS, S.A. (“Galp Energia”). L-azzjonisti ewlenin ta’ Galp Energia huma ENI SpA (15) (33,34 %), Amorim Energia BV (“Amorim Energia”) (16) (33,34 %), Parpública Participações Públicas (“Parpública”)(SGPS) (17) (7 %), Fidelity International Limited (2,01 %), Caixa Geral de Depósitos SA (“CGD”) (18) (1 %), u oħrajn (23,31 %). Galp Energia hi l-kumpanija possedenti ta’ Galp Energia Group (“Galp”). Galp Energia hi attiva fis-suq tal-prodotti taż-żejt (li jinkludi attivitajiet ta’ raffinar u ta’ kummerċjalizzazzjoni, bħal bejgħ bl-imnut u mhux) kif ukoll fis-suq tal-gass.

(19)

Il-kumpanija possedenti oriġinarjament twaqqfet fit-22 ta’ April 1999 bl-isem GALP — Petróleos e Gás de Portugal SGPS, S.A., prinċipalment bl-iskop tal-kummerċ taż-żejt u l-gass naturali. Din għaqqdet flimkien żewġ kumpaniji li kienu diġà jeżistu u li kienu proprjetà tal-gvern Portugiż — Petrogal, li tiffoka fuq prodotti taż-żejt, u GDP — Gas de Portugal, SGPS, S.A., li tiffoka fuq il-gass naturali — li tqiegħdu taħt il-kontroll ta’ Galp Energia (19).

(20)

In-negozju ta’ Galp Energia jinkludi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti taż-żejt irraffinat bl-imnut u bl-ingrossa fil-peniżola tal-Iberja. Fil-Portugall, Galp Energia hija l-kumpanija prinċipali fis-suq tagħha (20), u għandha preżenza li qed tikber fi Spanja.

(21)

Petrogal tippossjedi l-uniċi żewġ raffineriji li hemm fil-Portugall. Ir-raffineriji jinsabu f’Sines u f’Matosinhos. In-negozju tar-raffinar jinkludi l-attivitajiet kollha tar-raffinar, tal-provvista u tal-loġistika. Petrogal hi l-akbar bejjiegħ fis-suq tal-prodotti taż-żejt fil-Portugall, kif ukoll wieħed mill-akbar fil-peniżola tal-Iberja. Effettivament, tmexxi l-importazzjonijiet kollha taż-żejt mhux maħdum, u parti tal-importazzjonijiet ta’ prodotti rraffinati taż-żejt fil-Portugall; tmexxi wkoll 80 % tal-kapaċità tal-ħżin taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti rraffinati taż-żejt (21) u għandha pożizzjoni importanti fl-infrastruttura loġistika għall-prodotti taż-żejt fil-Portugall.

(22)

Petrogal għandha firxa estensiva ta’ prodotti li tinkludi l-petrol, id-diżil, il-fjuwil tal-ġettijiet, iż-żejt li jintuża bħala fjuwil, in-nafta, l-LPG, il-bitum u diversi prodotti aromatiċi. In-negozju tar-raffinar hu responsabbli għall-provvista tal-prodotti taż-żejt għad-diviżjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bejgħ bl-imnut, tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-LPG, għall-kompetituri u l-klijenti barranin, u għat-tħaddim tal-assi u l-għodod tal-loġistika u tar-raffinar tagħhom. Petrogal taħżen u tittrasporta l-prodotti tagħha bl-użu tal-assi ta’ ħżin li għandha fil-pussess sħiħ tagħha, jew permezz tal-kumpaniji tal-loġistika affiljati.

(23)

Id-dijagramma 1 tippreżenta s-sjieda u d-drittijiet tal-kontroll ta’ Petrogal:

Image

Il-Ftehim tal-Azzjonisti

(24)

Fid-29 ta’ Diċembru 2005 ġie ffirmat ftehim tal-azzjonisti bejn Amorim Energia, ENI u Rede Eléctrica Nacional de Portugal (REN), filwaqt li CGD ingħaqdet fil-ftehim fit-28 ta’ Marzu 2006 (il-“Ftehim tal-Azzjonisti”). Il-Ftehim tal-Azzjonisti daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2006 għal perjodu ta’ tmien snin. Skont l-artikolu 20, l-ewwel paragrafu c) tal-Kodiċi dwar it-Titoli tal-Portugall, id-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma f’Galp Energia li huma kkontrollati mill-firmatarji tal-Ftehim tal-Azzjonisti huma assenjati reċiprokament lill-partijiet l-oħra. Konsegwentement, Galp Energia hi kkunsidrata bħala kkontrollata b’mod konġunt mill-azzjonisti li huma partijiet għall-Ftehim tal-Azzjonisti.

(25)

Skont il-Portugall, mill-Ftehim tal-Azzjonisti jirriżulta li l-azzjonisti u, b’mod partikolari, ENI, ma jistgħux jikkontrollaw u jiddefinixxu waħidhom l-istrateġiji bejn l-attivitajiet tar-raffinar tagħhom stess u l-attivitajiet tar-raffinar ta’ Petrogal.

2.2.   Il-proġett ta’ investiment ta’ Petrogal

(26)

Il-proġett ta’ investiment iservi biex isiru organizzazzjoni mill-ġdid u espansjoni tal-unitajiet tar-raffineriji eżistenti f’Sines u Matosinhos, l-uniċi żewġ raffineriji eżistenti fil-Portugall. Barra minn hekk, il-proġett ta’ investiment għandu l-għan li jtejjeb l-integrazzjoni u l-effetti ta’ sinerġija bejn iż-żewġ raffineriji. Dan ikun ifisser li jsir possibbli li jintużaw żjut mhux raffinati itqal.

(27)

Il-proġett ta’ investiment huwa mmirat l-aktar lejn żieda fil-produzzjoni tad-diżil għad-detriment tal-petrol. Il-proġett ta’ investiment jikkonkludi li ż-żieda fl-użu ta’ żejt mhux maħdum tqil se tnaqqas il-kost tal-materja prima u se toffri flessibbiltà fejn tidħol l-oriġini taż-żjut mhux raffinati għall-ipproċessar.

(28)

Il-proġett ta’ investiment għall-konverżjoni tar-raffinerija ta’ Matosinhos jikkonsisti iktar preċiżament fil-kostruzzjoni ta’ unità tad-distillazzjoni fil-vakwu ġdida sabiex jinkiseb il-gażolju fil-vakwu (VGO) u unità ġdida tat-tnaqqis tal-viskożità (visbreaker) għall-ikkrekkjar moderat bis-sħana tar-residwu fil-vakwu li jirriżulta.

(29)

Il-proġett ta’ investiment għall-konverżjoni tar-raffinerija ta’ Sines hu maħsub għall-kostruzzjoni ta’ idrokrakkjatur ġdid, jiġifieri unità għall-idrokrekkjar tal-gażolju fil-vakwu, għall-produzzjoni tad-diżil u l-fjuwil tal-ġettijiet. Skont il-proġett ta’ investiment, l-unità tal-idrokrakkjatur se tuża, bħala materja prima, gażolju fil-vakwu u gazolju tal-visbreaker, it-tnejn li huma prodotti fir-raffineriji ta’ Matosinhos u Sines, biex b’hekk isir użu sħiħ mill-kapaċità tal-ipproċessar tat-tagħmir nazzjonali tar-raffinar. Dan se jitratta madwar [ ] barmil kuljum, bl-użu ta’ madwar [ ] Ktonnet fis-sena ta’ residwi atmosferiċi bħala materja prima elwenija.

(30)

Il-prodotti miksuba bl-idrokrakkjar (l-LPG, in-nafta tqila (22) u d-diżil) huma [ ] idroġenati, u dan jagħtihom kwalità ogħla. B’riżultat tal-proġett ta’ investiment, hu mistenni li se tiżdied biss il-produzzjoni tad-diżil u tan-nafta tqila.

(31)

Skont il-proġett ta’ investiment, parti min-nafta tqila prodotta fir-raffinerija ta’ Sines se tintbagħat lejn Matosinhos bħala materja prima għall-impjant tal-aromatiċi ta’ Petrogal (23), u dan se jkun pass ieħor biex tiżdied l-integrazzjoni taż-żewġ raffineriji. Iż-żieda fil-produzzjoni tan-nafta tqila hi konsegwenza teknika inevitabbli tal-proġett ta’ konverżjoni f’Sines.

(32)

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ investiment bdew fl-2008 (l-ewwel ordni kienet maħruġa fl-14 ta’ Marzu 2008 bħala riżultat tad-deċiżjoni meħuda mill-Bord tad-Diretturi fil-5 ta’ Marzu 2008) u kellhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2010. Il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni hi mistennija tintlaħaq sal-2011.

2.3.   Proġett ta’ investiment uniku

(33)

Il-Portugall jissuġġerixxi li, minkejja d-distanza ġeografika bejn iż-żewġ raffineriji (madwar 450 km bil-baħar), il-proġett ta’ investiment għandu jitqies bħala proġett ta’ investiment uniku (PIU) skont it-tifsira tal-paragrafu 60 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (24) (minn issa ’l quddiem il-“LGGħR”). L-awtoritajiet Portugiżi jikkonfermaw li Petrogal ma rċevietx għajnuna mill-Istat fit-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett ta’ investiment innotifikat.

2.4.   Il-kostijiet tal-proġett ta’ investiment

(34)

L-investiment f’Sines jirrappreżenta kostijiet ta’ investiment ta’ EUR [ ] f’valur nominali. Ir-raffinerija ta’ Sines se tirċievi għajnuna li tiswa EUR [ ] (f’valur nominali), li tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna ta’ 16 %. Fir-rigward tar-raffinerija ta’ Matosinhos, l-investiment jammonta għal EUR [ ] (f’valur nominali) u r-raffinerija se tibbenefika minn għajnuna li tiswa EUR [ ] (f’valur nominali), li tikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ 13 %.

(35)

In-nefqiet eliġibbli tal-proġett ta’ investiment huma EUR 974 064 894 fil-valur preżenti (EUR 1 058 934 146 fil-valur nominali) u jikkonsistu esklużivament f’tagħmir (mhux art jew bini). L-ammont tal-għajnuna għaż-żewġ raffineriji jammonta għal EUR 121 091 314 fil-valur preżenti (EUR 160 484 007 fil-valur nominali), li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ 12,43 %. Ir-rendikont tan-nefqiet eliġibbli għal kull sena hu ppreżentat fit-Tabella 1:

Tabella 1

Kostijiet eliġibbli (f’EUR)

2007

2008

2009

2010

Total

Assi fissi tanġibbli

[ ] (*)

[ ]

[ ]

[ ]

1 058 934 146

2.5.   Il-finanzjament tal-proġett ta’ investiment

(36)

Petrogal tippjana li tiffinanzja dan il-proġett ta’ investiment billi tuża r-riżorsi proprji tagħha, flimkien mal-għajnuna mill-Istat li applikat għaliha (EUR 160 484 007 f’valur nominali). Mhumiex previsti sorsi oħra ta’ finanzjament ta’ għajnuna mill-Istat. Il-proġett ta’ investiment jibbenefika wkoll minn self mingħand il-Bank Ewropew tal-Investiment li jammonta għal EUR 500 miljun, li ġie approvat fl-2009. Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju nnifsu għan-nefqa eliġibbli tammonta għal 36 %.

2.6.   Il-limitu massimu għall-għajnuna reġjonali

(37)

F’konformità mal-mappa tal-għajnuna reġjonali Portugiża għall-2007-2013 (25), ir-reġjuni tal-Alentejo u tan-Norte, fejn jinsabu r-raffineriji ta’ Sines u Matosinhos rispettivament, huma eliġibbli għal għajnuna reġjonali skont id-deroga prevista mill-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat b’limiti ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali lill-impriżi kbar ta’ 40 % u 30 % tal-ekwivalenti gross tal-għotja (EGGħ) rispettivament.

2.7.   Il-kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(38)

Il-proġett ta’ investiment hu mistenni jwassal għall-ħolqien ta’ madwar 150 impjieg dirett u ta’ 450 impjieg indirett fiż-żewġ reġjuni. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni sottomessa mill-Portugall, matul il-perjodu tal-kostruzzjoni se jinħolqu madwar 3 000 impjieg temporanju.

2.8.   Il-forma tal-għajnuna

(39)

L-għajnuna mill-Istat se tingħata bħala għajnuna ad hoc li kienet imfassla fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ skema ta’ għajnuna li skadiet (N 97/1999), u li kienet ibbażata fuq id-Digriet b’saħħa ta’ liġi Nru 409/99 tal-15 ta’ Ottubru 1999.

(40)

Wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Portugiż tas-6 ta’ Marzu 2008, fl-10 ta’ Marzu 2008 ġew iffirmati żewġ kuntratti bejn il-gvern Portugiż, Petrogal u Galp Energia, bl-iskop li tingħata l-għajnuna mill-Istat. Iż-żewġ kuntratti kienu: il-“kuntratt għall-għoti ta’ benefiċċji tat-taxxa” u l-“kuntratt tal-investiment” (il-“kuntratti tal-għajnuna”).

(41)

Il-kuntratti tal-għajnuna ffirmati kienu jipprevedu l-konċessjoni ta’ kreditu ta’ taxxa marbut mat-tlestija tal-proġett ta’ investiment. L-għajnuna tkun kreditu fuq it-taxxa li jitnaqqas minn pagamenti futuri tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji. L-ammont tal-kreditu tat-taxxa jiġi kkalkolat mill-awtoritajiet Portugiżi bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli. Il-kreditu tat-taxxa jintuża biss għat-taxxi ġġenerati mill-proġett tal-investiment. F’każ li l-kreditu tat-taxxa ma jkunx jista’ jitnaqqas kompletament, kwalunkwe kreditu pendenti tat-taxxa xorta jkun jista’ jitnaqqas, sal-iskadenza tal-kuntratt (jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2016).

2.9.   L-ammont tal-għajnuna

(42)

Il-Portugall biħsiebu jagħti għajnuna reġjonali li tammonta għal EUR 160 484 007 f’valur nominali, u din se tingħata mill-2011 ’il quddiem. It-Tabella 2 hawn taħt, ipprovduta mill-awtoritajiet Portugiżi, tagħti d-dettalji dwar l-iskeda tal-għoti tal-għajnuna:

Tabella 2

Sena

Introjtu taxxabbli stmat

Taxxi

Utilizzazzjoni tal-kreditu tat-taxxa (**)

2008

 

 

 

2009

 

 

 

2010

 

 

 

2011

[ ]

[ ]

 

2012

[ ]

[ ]

[ ]

2013

[ ]

[ ]

[ ]

2014

[ ]

[ ]

[ ]

2015

[ ]

[ ]

[ ]

2016

[ ]

[ ]

 

 

 

 

160 484 007

(43)

Il-Portugall ikkonferma li l-għajnuna għall-proġett ta’ investiment ma kinitx se tiġi kkombinata ma’ għajnuna mogħtija għall-istess kostijiet eliġibbli minn sorsi oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-UE.

(44)

Barra minn hekk, l-għajnuna tingħata taħt il-kundizzjoni li Petrogal iżżomm l-investimenti fir-reġjuni megħjunin għal perjodu minimu ta’ ħames snin wara li jitlesta l-proġett ta’ investiment.

(45)

Il-Portugall ikkonferma li l-għoti tal-għajnuna kien soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(46)

Petrogal applikat għall-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-proġett ta’ investiment fit-22 ta’ Jannar 2007. Fit-23 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Portugiżi kkonfermaw bil-miktub lil Petrogal li, kif kienet tidher is-sitwazzjoni qabel ma kienet għadha saret verifika ddettaljata, il-proġett ta’ investiment kien issodisfa l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-“iskema fiskali” qabel il-bidu tax-xogħol fuq il-proġett.

(47)

Il-Portugall impenja ruħu li ma jaqbiżx l-ammont massimu ta’ għajnuna u l-intensità massima ta’ għajnuna kif stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, anke f’każ li l-ispejjeż eliġibbli jkunu inqas jew aktar.

2.10.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali

(48)

Il-Portugall impenja ruħu li jissottometti:

fi żmien xahrejn mill-għoti tal-għajnuna, kopja tad-dokument mibgħut lil Petrogal li jinnotifika d-dħul fis-seħħ tal-kuntratti tal-għajnuna;

kull ħames snin, mid-data tal-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni, rapport interim (li jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna mħallsa, dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim tal-għajnuna, u dwar kull proġett ta’ investiment ieħor fl-istess bini/impjant);

fi żmien sitt xhur wara l-għoti tal-aħħar parti tal-għajnuna, rapport finali ddettaljat ibbażat fuq l-iskeda nnotifikata tal-għoti tal-għajnuna.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(49)

Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kumpatibbiltà tal-għajnuna mad-dispożizzjonijiet tal-LGGħR. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-Premessi (50) sa (64).

3.1.   Il-kumpatibbiltà mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-LGGħR

L-investiment inizjali:

(50)

Il-paragrafu 34 tal-LGGħR jiddeskrivi l-kategoriji standard ta’ “investiment inizjali bħala investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati:

mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid;

mal-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti;

mad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment għal prodotti ġodda u addizzjonali;

jew ma’ bidla fundamentali fil-proċess kollu tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti.

Investiment għal tibdil li ma jissodisfax kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet hu eskluż b’mod espliċitu mill-ambitu tad-definizzjoni ta’ investiment inizjali.

(51)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar jekk il-proġett ta’ investiment, li huwa mmirat biex jimmodernizza u jintegra aħjar iż-żewġ raffineriji, iżid il-produzzjoni tad-diżil (u tan-nafta b’mod kollaterali) filwaqt li fl-istess ħin inaqqas il-produzzjoni tal-petrol, jistax jitqies bħala investiment inizjali. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proġett ta’ investiment ma jikkostitwixxix investiment fi stabbiliment ġdid, u lanqas diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti għal prodotti addizzjonali ġodda. Madankollu, jista’ jitqies li jinkludi ċerti aspetti ta’ “estensjoni” u “bidla fundamentali tal-proċess tal-produzzjoni”.

L-iżvilupp koerenti reġjonali

(52)

Il-Kummissjoni indikat, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li peress li l-miżura tal-għajnuna trid tiġi vvalutata bħala għajnuna ad hoc, il-Portugall kellu juri li l-proġett ta’ investiment kien jikkontribwixxi għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti skont it-tifsira tal-paragrafu 10 tal-LGGħR.

(53)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar jekk il-kontribut mistenni għall-iżvilupp reġjonali jibbilanċjax tabilħaqq l-effetti settorjali li jirriżultaw mill-għajnuna (għajnuna ta’ EUR 160 miljun, li toħloq biss 150 impjieg dirett).

(54)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni rrimarkat li kellha raġunijiet għaliex tiddubita l-ħtieġa tal-għajnuna, peress li mill-kontijiet finanzjarji ta’ Petrogal tal-2008 hu evidenti li l-proġett ta’ investiment hu parti mill-istrateġija industrijali tagħha u hu probabbli li, f’analiżi tax-xenarju kontrofattwali, dan iseħħ mingħajr l-għajnuna. Il-Kummissjoni indikat li ma kienx jidher li l-għajnuna kienet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-investiment (li x-xogħlijiet marbutin tiegħu bdew fl-2008) u li Petrogal setgħet ikkunsidrat siti oħra għall-investiment. Hu improbabbli li għajnuna żejda tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali, u tista’ tirriżulta fi tfixkil inaċċettabbli tal-kompetizzjoni.

Ir-rekwiżit tal-inċentiv formali

(55)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat dwar jekk ir-rekwiżiti formali dwar l-effett ta’ inċentiv stabbiliti fil-paragrafu 38 tal-LGGħR kinux issodisfati. F’każ ta’ għajnuna ad hoc, qabel ma beda x-xogħol fuq il-proġett l-awtorità kompetenti kellha toħroġ ittra ta’ intenzjoni, li hi soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, biex tingħata l-għajnuna.

(56)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar jekk il-konferma bil-miktub tal-Portugall li, kif kienet tidher is-sitwazzjoni qabel ma kienet għadha saret verifika ddettaljata, il-proġett ta’ investiment kien eliġibbli għal għajnuna mill-Istat kinitx fil-fatt tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 38 tal-LGGħR.

3.2.   Il-valutazzjoni tal-għajnuna skont id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment

Proġett ta’ investiment uniku

(57)

Il-Portugall innotifika l-proġett ta’ investiment fiż-żewġ raffineriji bħala proġett ta’ investiment uniku (“PIU”). Skont il-paragrafu 60 tal-LGGħR, investiment inizjali hu meqjus bħala PIU meta jkun ekonomikament indiviżibbli, filwaqt li jitqiesu r-rabtiet tekniċi, funzjonali u strategiċi u l-prossimità immedjata.

(58)

F’dan ir-rigward, fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar id-distanza bejn iż-żewġ raffineriji. Barra minn hekk, il-konsiderazzjoni tal-proġett ta’ investiment bħala PIU tkun timplika l-applikazzjoni ta’ livell massimu reġjonali aġġustat, fuq il-bażi tal-persentaġġ tat-tnaqqis f’konformità mal-paragrafu 67 tal-LGGħR.

Il-valutazzjoni tal-għajnuna skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 68 u 69 tal-LGGħR

(59)

Il-Kummissjoni qajmet dubji, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-għajnuna skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ paragrafi tal-LGGħR.

(60)

B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni fir-rigward tal-prodotti rilevanti kkonċernati mill-proġett ta’ investiment. Għadu mhux ċar jekk il-prodotti humiex esklużivament id-diżil u n-nafta, kif iddikjarat mill-Portugall, jew jekk għandhomx jiġu kkunsidrati prodotti oħra mill-attività tar-raffinar. Il-possibbiltà ta’ sostitwibbilità tal-prodotti tar-raffinerija min-naħa tal-provvista trid tiġi kkunsidrata flimkien mal-fatt li n-nafta tista’ titqies bħala prodott intermedju skont it-tifsira tal-paragrafu 69 tal-LGGħR.

(61)

Il-Kummissjoni qajmet dubji rigward is-suq rilevanti tal-prodotti u dwar jekk għandux jitqies li hu fil-livell ta’ wara r-raffinerija kemm għad-diżil kif ukoll għan-nafta, kif iddikjarat mill-Portugall.

(62)

Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk is-swieq ġeografiċi rilevanti għall-prodotti kkonċernati għandhomx jiġu ddefiniti fil-livell nazzjonali, reġjonali (mill-peniżola tal-Iberja) jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”).

(63)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk Petrogal, u l-gruppi Galp Energia u ENI li għalihom tappartjeni Petrogal, kellhomx sehem fis-suq ta’ inqas minn 25 % tas-suq rilevanti, f’konformità mal-paragrafu 68(a) tal-LGGħR.

(64)

Fl-aħħar nett, f’konformità mal-paragrafu 68(b) tal-LGGħR, il-Kummissjoni qajmet dubji, fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati, dwar jekk il-kapaċità tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett tal-investiment taqbiżx il-5 % ta’ kull suq rilevanti, meta titkejjel bl-użu ta’ dejta dwar il-konsum evidenti u, f’dak il-każ, jekk ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-konsum evidenti tal-prodott fuq l-aħħar ħames snin hix ogħla mir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-PDG taż-Żona Ekonomika Ewropea.

4.   IL-KUMMENTI TA’ PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   Il-kummenti tal-Associação das Indústrias da Petroquímica, Química e Refinação (AIPQR)

In-neċessità tal-proġett ta’ investiment

(65)

L-AIPQR tikkunsidra l-proġett ta’ investiment bħala essenzjali għat-tkabbir tal-ekonomija Portugiża u bħala mezz biex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea tas-settur petrokimiku u tar-raffinar. Jekk il-proġett ta’ investiment ma jkunx jista’ jiġi ffinalizzat jew jekk ma jkollux l-appoġġ meħtieġ għat-tlestija tiegħu, dan jista’ jkollu konsegwenzi serji għall-awtonomija tal-katina tax-xogħol li biha jopera s-settur petrokimiku u għas-sostenn li tingħata.

L-attrazzjoni ta’ investiment ġdid u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda

(66)

L-unità l-ġdida tal-produzzjoni tal-PTA (Aċidu Tereftaliku Purifikat) ippjanata minn Artensa (Artenius — Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, S.A., li hi sussidjarja Spanjola ta’ La Seda de Barcelona S.A) f’Sines se żżid b’mod sostanzjali l-ħtiġijiet ta’ La Seda għal dak li għamdu x’jaqsam man-nafta. Konsegwentement, il-produzzjoni akbar ta’ nafta permezz tal-unità tal-idrokrakkjar ta’ Petrogal hi kruċjali għat-twettiq tal-investiment ta’ La Seda, li hu stmat għal madwar EUR 400 miljun.

It-tnaqqis tad-defiċit tad-diżil u tal-produzzjoni eċċessiva tal-petrol

(67)

Skont l-AIPQR, il-proġett ta’ investiment se jnaqqas id-defiċit tad-diżil fil-livell Ewropew.

L-iżvilupp reġjonali u r-rikonoxximent internazzjonali

(68)

L-AIPQR tqis il-kontribut ta’ Petrogal essenzjali biex tagħmel possibbli l-iżvilupp taċ-Ċentru tal-Kompetittività u tat-Teknoloġija tar-Raffinar, tal-Petrokimika u tal-Industriji Industrijali u biex tippromwovih, bħala parti mill-istrateġija tal-Portugall għall-promozzjoni tal-industriji l-aktar importanti għall-ekonomiji nazzjonali u reġjonali.

L-impatt ambjentali

(69)

Skont l-AIPQR, id-diżil miksub permezz tal-idrokrakkjar hu ta’ kwalità superjuri, u dan jiżgura kombustjoni aktar effiċjenti u minimizzazzjoni tal-kontaminanti fl-emissjonijiet tal-egżost. Il-kwalità tal-prodotti tad-diżil, kif ukoll l-effiċjenza fl-enerġija li għandhom jintlaħqu permezz tal-proġett ta’ investiment, se jippermettu li Petrogal tissodisfa l-pjan tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2008-2011.

L-impatt soċjali u ekonomiku

(70)

Barra minn hekk, l-AIPQR tqis li l-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tar-reġjuni ta’ Matosinhos u Sines kif ukoll għas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika nazzjonali, jekk ikun meqjus bħala entità sħiħa.

4.2.   Il-kummenti tal-Associação para a eficiência energética (COGEN)

Il-provvista tad-diżil

(71)

Il-proġett ta’ investiment hu rilevanti: aktar flessibbiltà tal-provvista u awtonomija akbar fejn għandu x’jaqsam id-diżil.

Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda

(72)

Skont il-COGEN, il-proġett ta’ investiment se joħloq opportunità kbira f’termini tal-innovazzjoni teknoloġika u se joħloq madwar 150 impjieg dirett u madwar 500 impjieg indirett fil-livell medju, ilkoll kemm huma permanenti.

L-użu effiċjenti tal-enerġija

(73)

Mil-lat tal-enerġija, il-COGEN tqis li l-proġetti ta’ konverżjoni għaż-żewġ raffineriji se jippermetti li jiġu ffrankati 14 % tal-enerġija. Barra minn hekk, il-COGEN enfasizzat li l-proġett ta’ investiment se jagħmel ukoll fattibbli tip ieħor ta’ investiment li mhux kopert mill-proġett tal-investiment — l-installazzjoni ta’ żewġ unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ 82 MW, waħda f’kull raffinerija — li jirriżultaw f’żieda fil-kapaċità ta’ madwar 12 % f’din it-teknoloġija fil-Portugall.

4.3.   Il-kummenti tal-Confederação da Indústria Portuguesa (“CIP”)

L-ibbilanċjar tal-provvista u tad-domanda bejn id-diżil u l-petrol

(74)

Is-CIP tqis li l-proġett ta’ investiment jindirizza s-sitwazzjoni Portugiża, li hi kkaratterizzata minn:

(i)

diskrepanza bejn il-konsum tad-diżil għall-vetturi u l-kapaċità tal-ipproċessar eżistenti tal-Portugall, b’riżultat ta’ bżonn kroniku għal importazzjonijiet kbar tad-diżil u l-bejgħ barra l-pajjiż tal-eċċess tal-petrol;

(ii)

produzzjoni eċċessiva ta’ żejt li jintuża bħala fjuwil fil-futur, ikkawżat mill-fatt li dan it-tip ta’ żejt ma għadux jintuża fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u minħabba li jeżistu diżinċentivi għall-użu tiegħu fl-industrija b’mod ġenerali, li huma stabbiliti fil-Programm Nazzjonali Portugiż dwar it-Tibdil fil-Klima;

(iii)

xejriet tas-suq internazzjonali relatati ma’ żieda fl-akkwisti tal-frazzjonijiet itqal u aktar aċidużi taż-żjut mhux maħduma, li jipprovdu aktar flessibilità f’termini ta’ għażla ta’ żjut mhux maħduma;

(iv)

kontribut għas-sigurtà tal-provvisti.

L-użu effiċjenti tal-enerġija

(75)

Is-CIP tqis li l-proġett ta’ investiment se jżid b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-enerġija taż-żewġ raffineriji, f’konformità mal-impenji li l-Portugall wiegħed lill-UE li se jieħu sabiex l-effiċjenza tal-enerġija Ewropea tiżdied b’10 %.

Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda

(76)

Is-CIP tqis li l-ħolqien previst ta’ madwar 150 impjieg li jirrikjedu kwalifiki għolja u ta’ madwar 450 impjieg indirett permanenti se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ekonomiku tal-Portugall. Dan se jsaħħaħ l-ekonomija lokali fir-reġjuni kkonċernati, fejn il-PDG per capita hu aktar baxx mill-medja nazzjonali, u se jirriżulta fil-ħolqien ta’ madwar 5,000 impjieg temporanju matul il-perjodu tal-kostruzzjoni.

4.4.   Il-kummenti tal-União Geral de Trabalhadores (“UGT”)

Il-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali

(77)

Il-UGT tqis li l-proġett ta’ investiment se jippromwovi l-iżvilupp reġjonali u li se jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ekonomiku u fuq il-koeżjoni soċjali u territorjali tar-reġjuni kkonċernati. Ir-reġjuni kkonċernati huma kkaratterizzati minn livelli għolja ta’ qgħad, minn struttura tan-negozju li ftit turi diversità u minn PDG per capita li jinsab taħt il-medja nazzjonali. Il-proġett ta’ investiment se jkollu impatt sinifikanti fuq l-istruttura industrijali taż-żewġ reġjuni u tal-Portugall kollu kemm hu, peress li se jiġu żviluppati kemm l-attivitajiet upstream kif ukoll dawk downstream, b’mod partikolari f’oqsma bħall-inġinerija mekkanika u ċivili, l-elettriku u anki l-kummerċ u s-servizzi tal-forniment tal-ikel.

Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda

(78)

Il-UGT tqis li l-proġett ta’ investiment se joħloq aktar impjiegi u impjiegi aħjar, b’mod partikolari fi żmien meta l-qgħad qed jikber malajr minħabba l-kriżi ekonomika u soċjali. Il-proġett ta’ investiment hu mfassal biex jinħolqu, direttament fiż-żewġ raffineriji, 150 impjieg li ħafna minnhom se jkunu jirrikjedu kwalifiki għolja. 450 impjieg ieħor huma mistennija jinħolqu indirettament, filwaqt li matul il-perjodu tal-kostruzzjoni se jinħolqu 5,000 impjieg temporanju. Il-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi biex jinżammu wħud mill-2,050 impjieg eżistenti li jistgħu jiġu pperikolati jekk il-proġett ta’ investiment ma jseħħx.

L-impatt ambjentali

(79)

Barra minn hekk, il-UGT tqis li l-proġett ta’ investiment se jgħin bien jintlaħqu standards ambjentali u ta’ sigurtà rigorużi peress li r-raffineriji se jiġu mgħammra b’teknoloġija li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent.

Il-provvista insuffiċjenti tad-diżil

(80)

Skont il-UGT, il-proġett ta’ investiment hu importanti ħafna biex titjieb il-kapaċità insuffiċjenti tal-Portugall għall-produzzjoni u r-raffinar tad-diżil. Mhemmx dubju li l-kapaċità ta’ raffinar eżistenti hi żgħira wisq biex tkopri d-domanda domestika, u dan il-fatt jagħmel lill-Portugall aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet tad-diżil minn pajjiżi oħra (b’konsegwenza li jiżdiedu r-riskji strateġiċi). Jekk jitnaqqsu l-importazzjonijiet tad-diżil, dan jirriżulta wkoll fi tnaqqis tad-defiċit kummerċjali attwali, li fil-biċċa l-kbira tiegħu ġej mill-kontijiet tal-enerġija.

Il-kontribut ġenerali biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-UE

(81)

Finalment, il-UGT tinnota li l-proġett ta’ investiment hu importanti mhux biss f’termini nazzjonali iżda wkoll għall-UE, peress li hu mfassal biex jgħin fl-iżvilupp ta’ ekonomija aktar ekoloġika u aktar sostenibbli.

4.5.   Il-kummenti tal-Muniċipalità ta’ Matosinhos (CMM)

(82)

Is-CMM tqis li l-ħolqien tal-impjiegi għandu impatt kbir fuq iż-żona. Grazzi għall-ħolqien ta’ impjiegi kkwalifikati b’pagi ‘l fuq mill-medja reġjonali, ir-raffinerija ta’ Matosinhos se tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kapaċità tal-akkwist taż-żona u tar-reġjun. Din se tkompli tħalli impatt sinifikanti fuq il-Valur Miżjud Gross reġjonali, li jirriżulta mill-attività tar-raffinerija u mill-attività ta’ mijiet ta’ impriżi kummerċjali u industrijali żgħar u ta’ daqs medju, b’mod speċjali peress li r-reġjun għandu rata ta’ qgħad ta’ madwar 13 % (ogħla mill-medja nazzjonali). Is-CMM tqis li l-proġett ta’ investiment hu kruċjali għar-reġjun, kemm f’termini ekonomiċi kif ukoll f’termini soċjali.

4.6.   Il-kummenti tal-Muniċipalità ta’ Sines (CMS)

(83)

Is-CMS hi konvinta mill-importanza tal-unitajiet il-ġodda tal-produzzjoni tar-raffinerija ta’ Sines għall-iżvilupp tal-ekonomija lokali u reġjonali. Dawn se jkollhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp soċjali tar-reġjun, minħabba l-ħolqien ta’ impjiegi kkwalifikati u l-ħolqien ta’ aktar impriżi żgħar u ta’ daqs medju u ta’ kwalità aħjar.

4.7.   Il-kummenti tal-Confederação Geral dos Trabalhadores Portugueses (“CGTP”)

(84)

Is-CGTP tqis li l-proġett ta’ investiment iħalli effetti ambjentali pożittivi ħafna u li hu importanti għall-iżvilupp reġjonali tal-Portugall peress li:

(i)

dan se jippermetti li tiġi offruta diversifikazzjoni akbar ta’ prodotti ta’ kwalità aħjar lill-industrija nazzjonali tal-kimika organika, kif ukoll għall-esportazzjoni. Għalhekk, il-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-valorizzazzjoni tal-profil ta’ speċjalizzazzjoni tal-industrija tal-manifattura;

(ii)

se jiġġenera mijiet ta’ impjiegi permanenti u eluf ta’ impjiegi temporanji fil-fażi tal-kostruzzjoni, prinċipalment f’reġjuni li għandhom uħud mill-akbar rati ta’ qgħad fil-Portugall;

(iii)

se jiżviluppa l-ekonomija lokali fil-livell tad-djar, tal-kummerċ u tal-lukandi, fost attivitajiet ekonomiċi oħra.

4.8.   Il-kummenti tal-Associação Industrial Portuguesa (“AIP”)

(85)

L-AIP tindika li l-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għaż-żieda fil-ġid tar-reġjuni tan-Norte u tal-Alentejo.

(86)

B’rata ta’ qgħad ta’ 11,6 % — meta wieħed iqis li l-medja nazzjonali hi 9,8 % (dejta mit-tielet kwart tal-2009) — ir-reġjun tan-Norte attwalment hu r-reġjun Portugiż bl-ogħla livell ta’ qgħad, u jispikka b’mod partikolari għar-rata għolja ta’ qgħad fit-tul (nofs il-popolazzjoni qiegħda ilha tfittex xogħol għal sena jew aktar). Fil-kuntest tal-kriżijiet soċjali attwali, il-ħolqien ta’ 500 impjieg dirett u ta’ 200 impjieg indirett permanenti, kif ukoll ta’ madwar 2,000 impjieg temporanju matul il-fażi tal-kostruzzjoni, jirrappreżenta kontribut enormi għar-reġjun.

(87)

Ir-reġjun tal-Alentejo attwalment hu wieħed mir-reġjuni Portugiżi bl-ogħla rata ta’ qgħad — 10,2 % meta mqabbla mal-medja nazzjonali ta’ 9,8 % (dejta mit-tielet kwart tal-2009) — u b’mod partikolari għandu rata għolja ta’ qgħad fit-tul (nofs il-popolazzjoni qiegħda ilha tfittex ix-xogħol għal sena jew aktar). F’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ 100 post tax-xogħol dirett u ta’ 250 post tax-xogħol indirett permanenti, flimkien ma’ madwar 3 000 post tax-xogħol matul il-fażi tal-kostruzzjoni, se jirrappreżenta kontribut importanti għar-reġjun.

4.9.   Il-kummenti tal-Kompetitur Nru 1

4.9.1.   Il-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ

L-investiment inizjali u l-karattru ta’ PIU tal-proġett ta’ investiment

(88)

Skont il-Kompetitur Nru 1, il-proġett ta’ investiment jista’ jitqies bħala sempliċiment “estensjoni tal-istabbiliment eżistenti” skont it-tifsira tal-paragrafu 34 tal-LGGħR. Il-proġett ta’ investiment ma jistax jiġi kkunsidrat bħala PIU peress li l-assi fissi tal-investiment ikunu “diviżibbli ekonomikament” skont it-tifsira tal-paragrafu 60 tal-LGGħR. Tabilħaqq, ir-raffineriji ta’ Sines u ta’ Matosinhos huma ġeografikament imbiegħda minn xulxin. Il-proġett ta’ investiment jiddefinixxi biċ-ċar investiment separat għal kull raffinerija. Ir-raffineriji jistgħu jagħżlu li jkollhom unitajiet tal-vakwu u visbreaking iżda mhux unità tal-idrokrakkjar, jew viċi versa. L-investimenti għar-raffineriji għalhekk mhumiex neċessarjament konnessi b’mod dirett. Fi kwalunkwe każ, ir-raffineriji jistgħu joperaw waħedhom mingħajr ma tkun tinħtieġ xi tip ta’ integrazzjoni. Barra minn hekk, ir-raffinerija ta’ Matosinhos tista’ tbigħ il-produzzjoni tagħha tal-gażolju fil-vakwu fis-swieq internazzjonali u l-unità tal-idrokrakkjatur li tinsab f’Sines tista’ titħaddem permezz tal-gażolju fil-vakwu.

Il-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali

(89)

Il-Portugall semma biss il-ħolqien ta’ impjiegi diretti u indiretti bħala kontribut tal-proġett ta’ investiment għall-iżvilupp reġjonali. Għalhekk, hu impossibbli li jiġi muri li l-proġett ta’ investiment jikkontribwixxi għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti u li dan jindirizza l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika (26). Hu diffiċli li wieħed jaċċetta li n-nefqa ta’ aktar minn miljun ewro għal kull impjieg dirett maħluq tista’ titqies bħala kontribut eċċezzjonali għall-iżvilupp reġjonali. F’dan ir-rigward, il-proporzjon tal-ammont tal-għajnuna għall-impjiegi diretti li joħloq il-proġett ta’ investiment jiġi mqabbel ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (ippreżentat f’tabella li teżamina dan il-proporzjon f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni). Barra minn hekk, il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li l-proġett ta’ investiment mhux konness ma xi falliment allegat tas-suq.

L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna

(90)

Fir-rigward tar-rekwiżit formali tal-effett ta’ inċentiv, Petrogal qatt ma rċeviet ittra ta’ intenzjoni mingħand il-Portugall qabel ma beda x-xogħol. Għalhekk, il-Kompetitur Nru 1 jikkonkludi li l-għajnuna mhix konformi mal-paragrafu 38 tal-LGGħR.

(91)

Mill-perspettiva ta’ valutazzjoni ekonomika, il-Kompetitur Nru 1 iqis li l-għajnuna ma tissodisfax il-kriterji tan-neċessità u ma tipproduċix xi effett ta’ inċentiv. Il-proġett ta’ investiment hu investiment produttiv immotivat ekonomikament mill-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda, u mill-opportunità li jinkiseb aċċess għal żejt mhux maħdum itqal u orħos. Huwa investiment li jwieġeb għall-evoluzzjoni naturali tad-domanda għad-diżil. L-operaturi l-oħra kollha madwar l-Ewropa qed iwettqu investimenti simili fir-raffineriji, mingħajr għajnuna mill-Istat. Għalhekk, il-fatti jindikaw li l-proġett ta’ investiment kien isir xorta waħda, u dan ma jikkonformax mal-paragrafu 22 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2009 (27) (“Il-Komunikazzjoni dwar il-Valutazzjoni fil-Fond”).

Il-prodotti kkonċernati

(92)

Il-Kompetitur Nru 1 iqis li l-prodotti kkonċernati huma:

id-diżil (li hu prodott aħħari),

in-nafta (li hi prodott intermedju skont it-tifsira tal-paragrafu 69 tal-LGGħR), għalhekk, anki l-prodotti petrokimiċi derivati min-nafta jridu jiġu kkunsidrati bħala prodotti (meqjusa) kkonċernati,

Ir-residwi tal-idrokrakkjar (meta l-unità tal-idrokrakkjatur ma tkunx mgħammra b’riċiklatur).

Il-prodotti u s-swieq ġeografiċi

—   Diżil

(93)

Skont il-Kompetitur Nru 1, Petrogal hi l-uniku operatur fis-suq b’kapaċità tar-raffinar taż-żejt mhux maħdum fil-Portugall. Petrogal tforni lill-kompetituri tagħha f’dan is-suq. Petrogal tikkontrolla l-akbar faċilitajiet għall-importazzjoni u l-ħażna tal-petrol u tad-diżil. Petrogal għandha l-akbar network ta’ pompi tal-petrol fil-Portugall. Petrogal għandha pożizzjoni dominanti jew, mill-inqas, saħħa sinifikanti fis-suq f’numru kbir ta’ swieq tal-prodotti taż-żejt fil-Portugall. Il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li l-valutazzjoni tas-suq rilevanti ma għandhiex tindirizza biss il-livell ta’ wara r-raffinerija, iżda għandha tevalwa wkoll is-sitwazzjoni kompetittiva fil-livell tas-suq tal-bejgħ bl-imnut u mhux bl-imnut tad-diżil.

—   Nafta

(94)

Fir-rigward tan-nafta, il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra wkoll li s-suq tal-prodott rilevanti li għandu jkun ivvalutat ma għandux ikun limitat għall-bejgħ ta’ wara r-raffinerija iżda għandu jinkludi wkoll l-attivitajiet downstream.

(95)

Rigward is-suq ġeografiku rilevanti, il-proporzjon tal-importazzjoni u l-esportazzjoni totali tad-diżil fir-rigward tal-bejgħ totali tad-diżil fil-Portugall hu baxx wisq biex jiġġustifika l-għażla tas-suq reġjonali bħala s-suq rilevanti. Il-Kompetitur Nru 1 iqis li s-suq ġeografiku rilevanti hu s-suq Portugiż.

L-ishma tas-suq

(96)

Il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li l-attivitajiet tal-ENI fis-swieq affettwati mill-prodott għandhom jitqiesu peress li, meta kumpanija tista’ teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-politika tal-bejgħ ta’ kumpanija oħra, ikun meħtieġ li wieħed iħares lejn is-sehem tas-suq ikkombinat tat-tnejn li huma fis-swieq rilevanti.

(97)

Il-Kompetitur Nru 1 jikkonkludi li l-limitu massimu tas-suq ta’ 25 % fil-każ tad-diżil, kif stabbilit fil-paragrafu 68 tal-LGGħR, inqabeż b’mod sinifikanti. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija permezz tal-proġett ta’ investiment hi mfassla biex tissussidja lill-operatur dominanti fis-suq, filwaqt li tippermettilu jżomm u jżid il-poter tiegħu fis-suq. Il-kompetizzjoni se tiġi affettwata serjament u l-għajnuna se tfixkel is-swieq rilevanti b’mod sinifikanti.

(98)

Bħala konklużjoni, il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva li ssaħħaħ il-pożizzjoni fis-suq ta’ operatur dominanti fis-swieq rilevanti. L-għajnuna ma tikkontribwixxix biex jinħoloq xi effett ta’ inċentiv. Fi kwalunkwe każ, l-effetti negattivi tal-għajnuna jegħlbu kwalunkwe effett pożittiv li jista’ jkollha.

4.9.2.   Il-kummenti sottomessi permezz tal-ittri ddatati l-15 ta’ Settembru u l-10 ta’ Novembru 2010 (bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu u tat-13 ta’ Ottubru 2010)

Il-proġetti ta’ investiment simili mwettqa u r-rata ta’ redditu

(99)

Proġetti ta’ investiment simili saru f’erba’ raffineriji (La Rabida, Castellón, Cartagena u Bilbao), bl-istess objettiv, biex tiżdied il-profittabbiltà tal-assi permezz tal-installazzjoni ta’ unitajiet ta’ konverżjoni ġodda li jimmassimizzaw ir-rendiment tad-distillanti medji, tonqos il-produzzjoni taż-żejt tal-fjuwil u jiġi pproċessat żejt mhux maħdum itqal. Il-Kompetitur Nru 1 jirreferi wkoll għal proġetti ta’ investiment simili fl-Italja (ir-raffineriji ta’ Sannazzaro u Taranto, mill-ENI), fil-Ġermanja (Bayernoil), fil-Litwanja (Mazeikiu Nafta) u fil-Bjelorussja (Slavneft).

(100)

Fir-rigward ta’ rata ta’ redditu bħala valur referenzjarju għal tali investimenti fis-settur, il-Kompetitur Nru 1 jiddikjara li ma jaf bl-ebda valur referenzjarju: il-profittabbiltà tal-proġett ta’ investiment normalment tiddependi mill-kost tal-kapital ta’ kull kumpanija u minn aspetti oħra. Il-Kompetitur Nru 1 iqis li, għall-perjodu li matulu ġie deċiż il-proġett ta’ investiment, ir-rata tar-redditu fis-settur tar-raffinar għandha tkun, bejn wieħed u ieħor, tal-inqas 10 %.

L-ostakli għall-importazzjoni tad-diżil (fil-livell ta’ wara r-raffinerija)

(101)

Il-Kompetitur Nru 1 jirreferi f’termini ġenerali għall-eżistenza ta’ ostakli għall-importazzjoni fir-rigward tas-suq ġeografiku rilevanti. Hu jqis li l-problema ewlenija fil-Portugall hi l-pożizzjoni dominanti ta’ Petrogal fis-suq, minħabba li din tikkontrolla l-100 % tal-kapaċità tar-raffinar fil-Portugall u, b’hekk, l-aktar terminals importanti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni. Hu jsostni wkoll li Petrogal għandha pożizzjoni dominanti f’termini ta’ kapaċità għall-ħżin tal-prodott, li xi sorsi indipendenti (28) jikkalkolawha bħala 90 % tas-suq. Dan jippermetti lil Petrogal li jkollha sehem tal-bejgħ bl-imnut ta’ madwar 45 % u sehem tal-bejgħ mhux bl-imnut ta’ 80 % tas-suq Portugiż.

(102)

Fir-rigward tal-mistoqsija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ rifjut għall-għoti ta’ aċċess għall-kapaċità ta’ ħżin ta’ Petrogal, il-Kompetitur Nru 1 ma kienx kapaċi jiddeskrivi tali sitwazzjoni.

(103)

Il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li hemm limiti għall-kapaċità tal-ħżin fil-Portugall u li l-kostijiet tal-ħżin huma ogħla fil-Portugall milli huma f’pajjiżi oħra, bħal Spanja u l-Italja, għal faċilitajiet jew operazzjonijiet simili (madwar 25 % ogħla).

(104)

Il-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li ma hemmx differenzi sinifikanti bejn il-prezzijiet għad-diżil impurtat u l-prezz għad-diżil akkwistat mingħand Petrogal, billi l-prezzijiet huma indiċjati mal-prezzijiet internazzjonali u jirriflettu wkoll il-kostijiet tal-loġistika.

4.10.   Il-kummenti tal-Kompetitur Nru 2

4.10.1.   Il-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ

(105)

Il-Kompetitur Nru 2 iqis li l-proġett ta’ investiment se jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tad-diżil ta’ Petrogal b’madwar 2,5 miljun tunnellata, u dan se jittrasforma lil Petrogal minn importatur żgħir għal esportatur ewlieni tad-diżil.

Il-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna

(106)

Il-Kompetitur Nru 2 jesprimi dubji dwar il-ħtieġa tal-għajnuna, peress li Petrogal tappartjeni għal kumpanija ewlenija, li hi proprjetà tal-ENI u kkontrollata minnha. Petrogal hi kumpanija li tagħmel il-profitt, li għamlet investimenti sostanzjali kemm upstream għar-raffinar fil-Brażil u l-Angola kif ukoll downstream biex tkabbar in-netwerk tad-distribuzzjoni tagħha fi Spanja. Fil-Portugall tgawdi minn pożizzjoni privileġġjata, peress li hi s-sid tal-uniċi żewġ raffineriji.

(107)

Petrogal hi integrata vertikalment u hi wkoll l-akbar kumpanija li tikkummerċjalizza l-prodotti taż-żejt fil-Portugall u t-tielet l-akbar kompetitur fil-peniżola tal-Iberja.

(108)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li l-għajnuna mill-Istat ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna kif stabbilit fil-paragrafu 38 tal-LGGħR. Fih innifsu l-proġett ta’ investiment hu tranżazzjoni profittabbli li tissodisfa l-għanijiet strateġiċi ta’ Petrogal fuq medda medja u twila ta’ żmien, u li għalhekk se jsir fi kwalunkwe każ.

(109)

Skont il-Kompetitur Nru 2, il-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi biex tiġi ssodisfata d-domanda interna għad-diżil, li qed tikber, se jippermetti lil Petrogal li ssir esportatur nett għal swieq oħrajn (Franza u Spanja, pereżempju), u se jżid il-marġni tar-raffinar ta’ Petrogal.

(110)

Il-Kompetitur Nru 2 iqis li l-ħtieġa tal-għajnuna għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2.3 tal-Komunikazzjoni dwar il-Valutazzjoni fil-Fond.

(111)

Il-Kompetitur Nru 2 jirreferi għar-rapport ta’ PFC Energy, imsemmi fin-nota 31 f’qiegħ il-paġna, fejn hu msemmi li l-proġett ta’ investiment ta’ Petrogal kien diġà realtà fl-2006. Il-proġett ta’ investiment seta’ jsir biss fir-reġjuni ta’ Matosinhos u ta’ Sines (mhux għaliex dawn huma żoni megħjuna, iżda minħabba li r-raffineriji jinsabu hemm).

(112)

Finalment, il-Kompetitur Nru 2 iqis li, minħabba l-fatti kif inhuma, ma setax ikun hemm sit ieħor fejn wieħed seta’ jinvesti fir-rikonfigurazzjoni tar-raffineriji eżistenti.

Il-prodotti kkonċernati u s-suq rilevanti

(113)

Il-kompetitur Nru 2 issottometta biss kummenti li jirrigwardaw id-diżil.

—   Il-livell ta’ wara r-raffinerija

(114)

Il-Kompetitur Nru 2 jispjega li, għalkemm ma hemmx ostakli legali għall-importazzjonijiet, dawn huma ikkundizzjonati (jekk mhux limitati) ferm minn firxa ta’ fatturi fiżiċi (nuqqas ta’ postijiet għall-ħżin tal-importazzjonijiet, fejn qegħdin u ta’ min huma, il-limitazzjonijiet tan-netwerk loġistika sekondarja) u fatturi marbuta mal-istruttura tas-suq (il-kapaċità li jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ wara r-raffinerija).

—   Il-livell tal-bejgħ mhux bl-imnut

(115)

L-atturi l-oħra fis-suq Portugiż jimpurtaw 90 % tat-total tad-diżil impurtat, filwaqt li minbarra dan jiffaċċjaw diffikultajiet sostanzjali, kif issemma fir-rapport tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Portugiża intitolat “Relatório final sobre os sectores dos combustíveis líquidos e do gás engarrafado em Portugal (29) (“ir-rapport tal-Awtorità”). Il-Kompetitur Nru 2 iqis li dawn il-fatturi kollha jagħmlu lis-suq Portugiż aktar magħluq minn swieq komparabbli f’pajjiżi oħra.

(116)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li l-valutazzjoni tas-suq rilevanti ma għandhiex tkun limitata għal-livell ta’ wara r-raffinerija, iżda għandha tkopri wkoll id-distribuzzjoni u l-mezzi tal-bejgħ (bl-imnut u mhux). Il-proġett ta’ investiment se jżid il-produzzjoni bi 2,5 miljun tunnellata fis-sena, u dan jittrasforma lill-Portugall f’pajjiż bi produzzjoni eċċessiva annwali ta’ 1,6 miljun tunnellata ta’ diżil, flimkien ma’ 0,5 miljun tunnellata fis-sena ta’ bijodiżil mir-raffinerija ta’ Sines.

—   Bejgħ bl-imnut u mhux

(117)

Skont ir-rapport tal-Awtorità, dan il-livell ta’ bejgħ hu meqjus bħala t-tieni livell fl-istruttura tad-distribuzzjoni tad-diżil. Il-prezz tad-diżil jiddependi fuq il-prezz tax-xiri fir-raffinerija jew hekk kif jiġi impurtat, li miegħu jiżdiedu l-kostijiet tat-trasport u tal-ħżin, u l-marġni tal-bejgħ.

(118)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li Petrogal tikkompeti wkoll fil-livell tad-distribuzzjoni, b’vantaġġ kompetittiv ċar: kwalunkwe għajnuna mogħtija biex jonqos il-kost ta’ Petrogal fil-produzzjoni tad-diżil issaħħaħ il-pożizzjoni dominanti attwali tagħha fis-suq Portugiż (51 % tas-suq mhux bl-imnut u 37 % fis-suq bl-imnut).

Is-suq ġeografiku rilevanti

(119)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li s-suq ġeografiku rilevanti għandu jkun, l-aktar, is-suq tal-Iberja. Is-suq ġeografiku rilevanti jista’ jkun fil-livell taż-ŻEE biss jekk l-importazzjonijiet tad-diżil ikunu qed jikkompetu b’mod effettiv mad-diżil raffinat fil-Portugall (jiġifieri jekk wieħed jassumi li ma hemmx ostakli legali jew ekonomiċi għad-dħul).

(120)

L-għajnuna għall-investiment se taffettwa lill-kompetituri ta’ Petrogal fis-suq tal-Iberja, peress li r-raffineriji li jinsabu fi Spanja għamlu investimenti simili (b’għanijiet strateġiċi simili ħafna) mingħajr għajnuna.

(121)

Jekk il-bejgħ bl-imnut u dak mhux bl-imnut jitqies parti mis-suq tal-prodott rilevanti, is-sehem tas-suq ta’ Petrogal fis-swieq nazzjonali u lokali hu ogħla ferm mil-livell massimu ta’ 25 % stabbilit fil-paragrafu 68 tal-LGGħR, u l-għajnuna ma għandhiex tingħata.

L-ishma tas-suq

(122)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li, mill-perspettiva tal-provvista, is-swieq tal-bejgħ mhux bl-imnut tal-petrol u tad-diżil huma kkonċentrati ferm (l-ogħla erba’ parteċipanti fis-suq igawdu minn sehem ta’ 95 % fis-suq), kif indikat mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Portugiża fir-rapport tagħha.

(123)

Is-sehem stmat ta’ Petrogal fis-suq tal-bejgħ tad-diżil mhux bl-imnut fil-Portugall f’termini ta’ volum hu bejn 35 % u 45 %. Il-Kompetitur Nru 2 iqis li l-proġett ta’ investiment se jirriżulta f’kapaċità addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ 2,5 miljun tunnellata u li, jekk dan il-proġett jitqies flimkien mal-proġetti l-oħra li Petrogal għamlet, Petrogal se tkun f’pożizzjoni li tissodisfa d-domanda interna tas-suq tad-diżil Portugiż kif ukoll li tesporta qrib iż-2 miljun tunnellata ta’ diżil lill-pajjiżi ġirien (Spanja u Franza).

4.10.2.   Il-kummenti sottomessi permezz tal-ittra ddatata l-10 ta’ Settembru 2010, bi tweġiba għat-talba mill-Kummissjoni għall-informazzjoni ddatata l-4 ta’ Awwissu 2010.

Il-proġetti ta’ investiment simili mwettqa u r-rata tar-redditu

(124)

Il-Kompetitur Nru 2 jindika li ma hemmx rata tar-redditu bħala valur referenzjarju stabbilita fil-livell settorjali, minħabba li l-kumpaniji għandhom ir-rata pproġettati tagħhom stess u r-rati pproġettati jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi ta’ kull proġett ta’ investiment. Il-Kompetitur Nru 2 jagħti lista ta’ ħames raffineriji li għamlu proġetti ta’ investiment simili, li jammontaw għal aktar minn total ta’ EUR 6 biljun, mingħajr l-għajnuna mill-Istat.

L-ostakli għall-importazzjoni tad-diżil (fil-livell ta’ wara r-raffinerija)

(125)

Il-Kompetitur Nru 2 jirrimarka li l-kapaċitajiet tal-ħżin u l-faċilitajiet tal-port huma limitati. Għalhekk, vjeġġi bil-baħar lejn il-Portugall isiru fi kwantitajiet iżgħar, li jwassal għal kostijiet tad-distribuzzjoni ogħla li jaffettwaw il-marġni finali tal-bejgħ, bl-imnut u mhux.

(126)

Fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħżin, il-Kompetitur Nru 2 jindika li l-istallazzjonijiet huma normalment użati mis-sid (bħal Petrogal), għall-iskopijiet tiegħu stess. Fil-każijiet tal-faċilitajiet tal-ħżin li jappartjenu lil partijiet terzi, ftit hemm ħżin disponibbli minħabba l-kuntratti fit-tul eżistenti diġà ffirmat ma’ operaturi oħrajn.

(127)

Il-Kompetitur Nru 2 jikkunsidra li Petrogal għandha vantaġġ fil-prezz li bih tbigħ id-diżil meta wieħed iqabblu ma’ dak tal-kompetituri tagħha, u dan hu stmat għal madwar 3 sa 5 USD għal kull tunnellata minħabba l-pożizzjoni dominanti tagħha fil-faċilitajiet tal-ħżin.

5.   IL-KUMMENTI TAL-PORTUGALL

5.1.   Il-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ

(128)

Il-Portugall jirrettifika li l-laqgħa bejn l-awtoritajiet Portugiżi u s-servizzi tal-Kummissjoni saret fil-11 ta’ Marzu 2009. Il-Portugall jispeċifika li l-proġett ta’ investiment mhux proġett sostitut jew ta’ titjib; hu proġett ta’ konverżjoni li jimplika bidla effettiva tal-proċess tar-raffinar bil-ħsieb li jservi aħjar id-domanda għad-diżil, li qed tikber. Il-Portugall iżid jgħid li l-BEI se jipprovdi finanzjament u li l-għajnuna, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa, se tingħata mill-2011 ’il quddiem. Il-Portugall jikkunsidra wkoll li l-valutazzjoni tal-proġett ta’ investiment bħala għajnuna ad hoc ma għandhiex twassal għal regoli ta’ valutazzjoni aktar stretti. Fil-fatt, il-kuntratt tal-proġett ta’ investiment u l-kuntratt tal-għajnuna konklużi bejn il-Portugall u l-benefiċjarju huma kondizzjonali fuq id-deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni. Peress li l-kuntratti tal-proġett ta’ investiment u tal-għajnuna kienu diġà ġew sottomessi lill-Kummissjoni matul il-fażi tan-notifika, il-Portugall jissuġġerixxi li tkun sottomessa ittra amministrattiva — li magħha jiġu annessi l-kuntratti tal-proġett ta’ investiment u tal-għajnuna msemmija f’paġna 8 tad-deċiżjoni tal-ftuħ ikunu — li tindika d-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-kuntratti.

5.1.1.   Il-kummenti rigward il-proġett ta’ investiment

Il-proġett ta’ investiment bħala investiment inizjali

(129)

Il-Portugall iqis li l-proġett ta’ investiment jirrappreżenta investiment inizjali li jikkwalifika taħt il-kategoriji li ġejjin: estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti jew bidla fundamentali tal-proċess tal-produzzjoni.

Bidla fundamentali fil-proċess ġenerali tal-produzzjoni

(130)

Skont il-Portugall, l-unità l-ġdida tad-distillazzjoni fil-vakwu u l-unità l-ġdida tal-idrokrakkjatur se jippermettu l-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ diżil u b’hekk tiġi aġġustata l-produzzjoni tad-diżil għall-ħtiġijiet tas-suq. Tali aġġustament ma jkunx possibbli permezz tal-konfigurazzjoni eżistenti tas-sistema tar-raffinar peress li din toffri flessibbiltà żgħira ħafna għall-bidla tal-produzzjoni mill-petrol għad-diżil.

L-estensjoni tal-istabbiliment eżistenti

(131)

L-unità tad-distillazzjoni fil-vakwu u l-visbreaker ġodda f’Matosinhos, l-unità tal-idrokrakkjar ġdida f’Sines u l-unitajiet ta’ raffinar oriġinali li jeżistu diġà se jiffunzjonaw simultanjament. Għalhekk, il-Portugall iqis il-proġett ta’ investiment bħala estensjoni tas-sistema tal-produzzjoni b’bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni.

Il-proġett bħala PIU

(132)

L-awtoritajiet Portugiżi spjegaw li l-konfigurazzjoni l-ġdida tal-proċess se ssaħħaħ ir-rabtiet komplementari operattivi u funzjonali bejn iż-żewġ raffineriji: il-gażolju fil-vakwu [ ] se jiġi ttrasportat minn Matosinhos għal Sines u n-nafta tqila [ ] se tiġi ttrasportata minn Sines għal Matosinhos. Il-proġett ta’ investiment se jsir f’sistema tar-raffinar integrata: Ir-raffineriji ta’ Sines u ta’ Matosinhos huma inseparabbli, b’mod partikolari biex tkun ottimizzata l-produzzjoni tad-diżil. Il-kriterju ġeografiku biss (“il-prossimità ġeografika immedjata”) mhux rispettat. Madankollu, il-qsim tal-proġett ta’ investiment f’żewġ partijiet ikun artifiċjali peress li teknikament, funzjonalment u strateġikament dan hu indiviżibbli (30).

5.1.2.   Il-kummenti dwar il-karatterizzazzjoni tas-suq u l-prodotti rilevanti

Il-prodotti rilevanti

(133)

Il-Portugall iqis li l-prodotti rilevanti huma d-diżil u n-nafta tqila, minħabba li d-diżil hu l-mutur ekonomiku għall-investiment u n-nafta tqila hi prodott sekondarju teknikament inevitabbli tal-produzzjoni f’Sines.

(134)

Fir-rigward tan-nafta tqila prodotta permezz tar-raffineriji kkonfigurati mill-ġdid, din se tiġi użata domestikament, fil-produzzjoni tal-aromatiċi ta’ Petrogal f’Matosinhos, u se tissostitwixxi l-importazzjonijiet (92 % minnhom joriġinaw minn barra l-UE). Il-proġett ta’ investiment se jżid biss il-produzzjoni tan-nafta tqila f’Sines (b’[200-250] kilotunnellata fis-sena) (31). Iż-żieda fil-produzzjoni tan-nafta tqila f’Sines se tissostitwixxi l-kwantitajiet attwalment impurtati f’Matosinhos u l-produzzjoni żejda mhix se tinbiegħ lil partijiet terzi.

(135)

Il-Portugall għamilha ċara li l-investiment fir-raffinerija ta’ Matosinhos mhuwiex relatat mal-unitajiet speċifiċi li jipproċessaw in-nafta tqila f’riformatur, li huwa l-prodott intermedju għall-produzzjoni tal-aromatiċi (jiġifieri derivattivi tan-nafta), u lanqas mal-ipproċessar sussegwenti tar-riformatur f’derivattivi tan-nafta (li jinbiegħu fis-suq bi prezzijiet tas-suq lill-industrija petrokimika tat-tieni ġenerazzjoni) li jseħħ fl-impjant tal-aromatiċi ta’ Petrogal ibbażat f’Matosinhos. Il-prezz li jintlalab lill-impjant tal-aromatiċi għar-riformatur se jibqa’ l-istess peress li hu indiċizzat għal [10-20] % tal-parità tal-importazzjoni tan-nafta u [80-90] % tal-parità tal-esportazzjoni tal-petrol.

Is-suq ġeografiku rilevanti

Fir-rigward tad-diżil

(136)

Il-Portugall iqis is-suq nazzjonali rilevanti tiegħu bħala miftuħ u kompetittiv mingħajr ostakli għall-kummerċ. Il-prezzijiet tad-diżil huma bbażati fuq il-prezz għaż-żejt mhux maħdum u l-kostijiet għar-raffinar. Ir-raffineriji jridu jikkompetu mal-importazzjonijiet. Il-Portugall iqis li s-suq ġeografiku rilevanti hu l-Ewropa tal-Majjistral.

Fir-rigward tan-nafta

(137)

Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni jiddikjaraw li n-nafta hi prodott kummerċjali internazzjonali u s-suq tal-prodott rilevanti hu mill-inqas l-Ewropa tal-Punent.

Is-sehem tas-suq tal-benefiċjarju

(138)

Fil-livell tal-grupp (mingħajr l-inklużjoni taċ-ċifri tal-ENI, peress li din ma għandhiex attivitajiet ta’ raffinar jew bejgħ bl-imnut fis-suq tal-Iberja u l-Herfindahl–Hirschman Index (HHI) juri livell ta’ konċentrazzjoni baxxa fil-livell Ewropew), is-sehem fis-suq hu taħt il-25 % fil-livell reġjonali.

5.1.3.   Il-kummenti rigward il-proġett fil-kuntest ta’ strateġija Ewropea, nazzjonali u reġjonali

(139)

Il-Portugall jenfasizza li l-proġett ta’ investiment hu konformi mal-objettivi strateġiċi adottati fil-livell nazzjonali jew f’dak Ewropew. Il-massimizzazzjoni tal-produzzjoni tad-diżil — stmata għal [1-3] miljun tunnellata fis-sena mill-2011 ’il quddiem — se tippermetti użu aħjar tal-kapaċità tal-ipproċessar tas-sistema nazzjonali tar-raffinar. Dan se jippermetti bilanċ aħjar bejn id-domanda u l-provvista, u li jiġi indirizzat id-defiċit serju tad-diżil u titnaqqas il-produzzjoni eċċessiva tal-petrol.

Id-dipendenza tal-UE fil-qasam tal-enerġija

(140)

Skont il-Portugall, il-proġett ta’ investiment se jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tad-diżil mir-Russja — li hu objettiv adottat mill-Kummissjoni (fit-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija tal-2008 tagħha: pjan ta’ azzjoni tal-UE għas-sigurtà u s-solidarjetà tal-enerġija (32)) u l-Istati Membri.

(141)

Id-domanda għad-diżil żdiedet u se tiżdied bejn is-sena 2000 u l-2025, iżda r-raffineriji fil-konfigurazzjonijiet eżistenti tagħhom jistgħu jadattaw biss marġinalment għall-evoluzzjoni tad-domanda mingħajr investiment kbir fir-rikonfigurazzjonijiet. L-investiment ta’ Petrogal jaħseb għaż-żieda fid-domanda u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni u r-riskji assoċjati tal-provvista.

(142)

Il-proġett ta’ investiment se jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet atmosferiċi u l-effiċjenza enerġetika tal-istallazzjonijiet se tkun imtejba. Il-miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni tal-enerġija previsti jippermettu tnaqqis tal-konsum tal-enerġija attwali fir-raffineriji ta’ [ ] %.

(143)

Meta tibda l-produzzjoni fir-raffineriji irrikonfigurati, se tiġi pproċessata l-istess merkanzija iżda b’kapaċità ta’ konverżjoni konsiderevolment ogħla, b’inqas konsum ta’ enerġija, u b’inqas emissjonijiet.

Sommarju tal-benefiċċji ambjentali u l-importanza tagħhom

(144)

Skont il-Portugall, l-impatt fuq it-tniġġis tal-arja għandu importanza sinifikanti, peress li l-proġett ta’ investiment se jnaqqas l-emissjonijiet minn sorsi fissi u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi reġjonali u nazzjonali dwar il-kwalità tal-arja.

(145)

Fil-livell reġjonali, l-importanza tal-proġett ta’ investiment ġejja mill-fatt li dan jinkludi wkoll l-introduzzjoni tal-gass naturali fil-portafoll tal-fjuwil tar-raffineriji u l-impjant attwali tal-produzzjoni bil-fwar se jkun sostwit b’unità ta’ koġenerazzjoni.

(146)

Fil-livell nazzjonali, il-benefiċċji ambjentali jistgħu jiġu stmati fir-rigward tal-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Programm Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit u tal-ossidi tan-nitroġenu (33).

(147)

Il-proġett ta’ investiment se jtejjeb il-kwalità tad-diżil u, konsegwentament, se jnaqqas l-emissjonijiet li jniġġsu mill-vetturi. Il-proġett ta’ investiment se jkollu impatt pożittiv ukoll fuq fatturi bijoloġiċi (il-flora u l-fawna) u fuq il-pajsaġġ.

5.1.4.   Il-kummenti rigward il-kontribut għall-iżvilupp reġjonali

Qafas

(148)

Il-Portugall jenfasizza l-kontribut importanti tal-proġett ta’ investiment għall-iżvilupp reġjonali, minħabba l-post tiegħu f’żewġ reġjuni żvantaġġati, li t-tnejn għandhom livell għoli ta’ qgħad. Iż-żewġ reġjuni huma żoni eliġibbli skont l-Artikolu 107.3(a) tat-Trattat, b’limiti ta’ għajnuna reġjonali standard għall-impriżi kbar ta’ 40 % (għal Sines, fir-reġjun tal-Alentejo) u 30 % (għal Matosinhos, fir-reġjun tan-Norte), skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali Portugiża. Iż-żewġ reġjuni huma reġjuni tal-Objettiv ta’ Konverġenza (kif definit fil-politika reġjonali tal-UE), bi PDG per capita taħt il-75 % tal-medja Ewropea.

(149)

Il-Portugall iqis li r-raffineriji f’Sines u Matosinhos jikkostitwixxu pilastri fundamentali tal-ekonomiji reġjonali. Huwa tal-fehma li l-proġett ta’ investiment se jipproduċi effetti estremament pożittivi fir-rigward tal-impjiegi u, b’mod aktar ġenerali, fuq l-istruttura ekonomika tar-reġjuni tan-Norte u tal-Alentejo.

(i)   Sines

(150)

Ir-raffinerija ta’ Sines tinsab f’Alentejo, reġjun bi PDG 6 % taħt il-medja nazzjonali. Ir-reġjun hu kkaratterizzat min-nuqqas ta’ densità tan-negozju u min-nuqqas ta’ servizzi avvanzati għall-appoġġ tal-iżvilupp u l-innovazzjoni. Fit-tielet kwart tal-2009, ir-rata tal-qgħad kienet 10,2 %, jiġifieri 0,4 % ogħla mill-medja nazzjonali, u minn dak iż-żmien żdiedet għal 11,6 % fit-tielet kwart tal-2010 (0,7 % ogħla mill-medja nazzjonali).

(ii)   Matosinhos

(151)

Ir-raffinerija ta’ Matosinhos tinsab fiż-żona ta’ Oporto fir-reġjun tan-Norte. Ir-reġjun tan-Norte bħalissa hu l-ifqar reġjun fil-Portugall fil-livell ta’ NUTS II (il-Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika), bi PDG per capita madwar 20 % taħt il-medja nazzjonali fl-2008. Ir-reġjun għandu rata ta’ tkabbir ekonomiku taħt il-medja tal-UE u tal-Portugall u għandu livell baxx ta’ riżorsi umani kkwalifikati. Ir-rata tal-qgħad żdiedet minn 11,6 % fit-tielet kwart tal-2009 għal 13,2 % fl-istess perjodu ta’ tliet xhur fl-2010. Din ir-rata hi ferm ogħla mill-medja nazzjonali (9,8 % fl-2009 u 10,9 % fl-2010 rispettivament).

5.1.5.   L-impjiegi u t-taħriġ

Il-ħolqien tal-impjiegi diretti

(152)

Skont il-Portugall, fl-istadju tal-operazzjoni, il-proġett ta’ investiment se joħloq madwar 150 impjieg ġdid relatati direttament mat-tħaddim tal-unitajiet tal-ipproċessar fiż-żewġ raffineriji.

(153)

Il-proporzjon bejn in-nefqa tal-investiment u n-numru ta’ impjiegi diretti maħluqa juri li s-settur tar-raffinar għandu intensità tal-kapital kbira ferm. Barra minn hekk, is-settur jitlob taħriġ speċifiku u kkwalifikat.

Il-ħolqien ta’ impjiegi indiretti u temporanji

(154)

Il-proġett ta’ investiment għandu potenzjal sinifikanti għall-ħolqien ta’ impjiegi indiretti, peress li l-unitajiet il-ġodda se jżidu l-komplessità teknoloġika tar-raffineriji u se jkunu jeħtieġu aktar interventi ta’ manutenzjoni. B’riżultat tal-politika tas-sottokuntrattar li għandhom ir-raffineriji, se jkun hemm żieda fid-domanda għall-provvista ta’ servizzi minn ħaddiema speċjalizzati. Il-Portugall iqis li “r-rikonfigurazzjoni tal-unitajiet tar-raffinar se jkollha effett notevoli fuq l-istruttura industrijali nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-industriji tal-inġinerija mekkanika, tal-elettriku u tal-bini. Huwa stmat li matul l-aktar perjodu attiv ta’ kostruzzjoni, madwar 3 000 ħaddiem se jkunu involuti fil-kostruzzjoni taż-żewġ raffineriji” u “hu mistenni li jinħolqu madwar 450 impjieg permanenti indiretti”. Dawn l-impjiegi jeħtieġu persunal ikkwalifikat, normalment imħallas aktar mill-medja tas-suq, u huwa mistenni li se jkun hemm impatt soċjali u ekonomiku sinifikanti fuq il-komunità tal-madwar, b’mod partikolari fiż-żona ta’ Sines.

(155)

Dwar jekk il-proporzjon ta’ tliet impjiegi indiretti għal kull impjieg dirett, kif intqal li se joħloq il-proġett ta’ investiment — u l-metodoloġija applikata — hux ġustifikat, il-Portugall wieġeb li dan il-proporzjon għandu jkun imqabbel ma’ dawk ta’ proġetti ta’ investiment oħra fl-istess settur. B’referenza għal żewġ miżuri oħra ta’ għajnuna mill-Istat approvati mill-Kummissjoni (id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni N 898/06 u N 899/06, għall-proġetti tal-petrokimika Repsol Polimeros u Artensa rispettivament) (34), il-Portugall iqis li l-proporzjon ta’ bejn l-impjiegi diretti u dawk indiretti kif propost għall-proġett ta’ investiment hu iktar konservattiv u realistiku mill-proporzjoni ta’ Repsol Polimeros (15-il impjieg indirett għal kull impjieg dirett), anki jekk iż-żewġ proġetti huma f’żoni industrijali li mhux isir użu minnhom. Il-Portugall innota wkoll li l-ammonti għall-proġett ta’ investiment huma qrib dawk tal-proġett ta’ Artensa, li hu proġett li jibda mix-xejn (f’żona verġni). Il-Portugall jikkunsidra wkoll il-valur referenzjarju stabbilit minn HSB Solomon Associates LLC dwar l-industrija taż-żejt: l-IEP (l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Persunal). Dan l-indikatur juri n-numru ta’ sigħat maħduma għal kull KDE (Kapaċità ta’ Distillazzjoni Ekwivalenti), jiġifieri, f’termini ġenerali, in-numru ta’ impjiegi ġenerati għal kull barmil ta’ żejt mhux maħdum ipproċessat. Fl-aħħar rapport disponibbli (ċifri tal-2008), il-benefiċjarju ppreżenta indiċi globali ta’ [50-70], li jitqabbel ma’ valur ta’ 113,7 għall-medja tal-istudju u ta’ 206,8 għall-medja tal-Ewropa tan-Nofsinhar u Ċentrali. Dan jirrifletti n-numru ta’ ħaddiema involuti internament fir-raffinerija, [ ]; u l-eżistenza ta’ grupp ta’ attivitajiet ta’ appoġġ ibbażati fuq servizzi esterni li qed jiġu pprovduti kontinwament. Il-Portugall iqis li dan ir-rikors għal servizzi esterni jiżgura l-ħolqien ta’ impjiegi indiretti u jiġġustifika l-istennija ta’ proporzjon ogħla bejn l-impjiegi indiretti u l-impjiegi diretti milli fil-każ ta’ Artensa. Għalhekk, il-Portugall jikkonkludi li, meta wieħed iqabbel mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni deskritti f’din il-premessa, din l-istrateġija hi meħuda fl-estrem fil-proġett ta’ Repsol Polimeros (l-utilizzazzjoni minima tar-riżorsi interni u l-utilizzazzjoni massima tar-riżorsi esterni). Il-każ ta’ Artensa juri l-oppost, jiġifieri bilanċ bejn l-utilizzazzjoni tar-riżorsi interni u esterni. Il-Portugall jikkunsidra li l-proporzjon propost ta’ 3:1 huwa konformi mal-proporzjoni tal-industrija tar-raffinar u jirrifletti korrettament il-livell ta’ esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ Petrogal (bħal fil-qasam tal-manutenzjoni).

(156)

F’sottomissjoni li għamel aktar tard, il-Portugall kompla jsostni aktar din l-istqarrija billi kkwota dokument aktar reċenti (35) rilaxxat mill-Kummissjoni li, fl-opinjoni tal-Portugall, jindika proporzjon ta’ bejn 4:1 u 6:1: “għalhekk, filwaqt li fl-UE l-industrija timpjega direttament 100,000 ruħ biss, jista’ jkun ikkunsidrat li hemm madwar 400,000 u 600,000 impjieg li jiddependu direttament fuq l-industrija tar-raffinar tal-UE”. L-istess dokument, fin-nota 41 f’qiegħ il-paġna, isemmi “600,000 impjieg ieħor fil-loġistika u l-kummerċjalizzazzjoni”, li jkun jippermetti saħansitra proporzjon ta’ 12:1.

L-impjiegi salvagwardjati

(157)

Matul il-fażi ta’ investigazzjoni formali, f’dokument ulterjuri (analiżi tal-kost-benefiċċju) pprovdut lill-Kummissjoni, il-Portugall jikkwantifika n-numru ta’ impjiegi salvagwardjati permezz tal-proġett ta’ investiment peress li kien ċar li f’xenarju kontrofattwali mingħajr l-investiment Petrogal kien ikollha tintroduċi xi miżuri ta’ ristrutturar, inkluż tnaqqis tal-forza tax-xogħol. Li kieku l-proġett ta’ investiment kellu ma jseħħx, kien ikun hemm “telf totali ta’ 1 240 impjieg – 150 impjieg dirett + 450 impjieg indirett (riżultat dirett tal-proġett) minbarra t-telf stmat ta’ 160 impjieg dirett + 480 impjieg indirett, minħabba l-miżuri ta’ tnaqqis tal-kostijiet li jkunu implimentati biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-marġnijiet tar-raffinar fil-konfigurazzjoni attwali tagħhom”.

L-impatt f’termini ta’ benesseri soċjali u ekonomiku fir-reġjuni

(158)

Il-Portugall jenfasizza li l-proġett ta’ investiment se juża prinċipalment ħaddiema kkwalifikati, imħallsa [ ] is-salarju medju fis-suq lokali rilevanti. L-impatt soċjoekonomiku li jirriżulta fuq il-komunitajiet tal-madwar se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ negozji u attivitajiet oħra. Għalhekk, il-proġett ta’ investiment se jkun ta’ benefiċċju għall-istabbiliment u t-tiġdid tal-infrastrutturi u l-faċilitajiet fir-reġjuni ta’ Oporto u Sines, jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għal dawn ir-reġjuni biex javvanza għal fażi ġdida f’termini tal-kwalità tal-ħajja u l-kompetittività.

(159)

Fir-risposta tiegħu, il-Portugall jenfasizza wkoll li “matul il-fażi tal-kostruzzjoni, il-proġett se jħalli impatt sinifikanti fuq l-istruttura industrijali nazzjonali, billi jippromwovi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ negozji lokali. Meta jkun kompletament operattiv, il-proġett se jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ negozji ġodda relatati mal-manutenzjoni, u għalhekk se jkompli jikkonsolida d-dinamika reġjonali”. Għalhekk, “permezz ta’ din l-inizjattiva, Petrogal se tgħin biex tibbilanċja l-kompetittività ta’ reġjuni anqas żviluppati vis-à-vis l-medja nazzjonali. Finalment, il-proġett se jkollu impatt pożittiv fuq in-negozju fir-reġjun tal-Alentejo u fuq l-espożizzjoni tiegħu għal swieq barranin”.

(160)

Barra minn hekk, permezz taż-żieda fil-fluss ta’ materja prima u prodotti mmanifatturati bejn iż-żewġ raffineriji li se jġib, il-proġett ta’ investiment hu mistenni jipproduċi effett pożittiv ħafna fuq l-infrastrutturi tal-portijiet ta’ Sines u Leixões (36), billi jżid b’mod sinifikanti l-attività u l-utilizzazzjoni tagħhom u, b’konsegwenza, ir-riżultati operattivi tagħhom ukoll.

(161)

Finalment, il-Portugall iqis li Petrogal tipprevedi li l-proġett ta’ investiment se jkollu perjodu ta’ operazzjoni ta’ mhux inqas minn 30 sena, li juri l-impenn fit-tul biex jintlaħqu l-objettivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

It-taħriġ u l-protokolli

(162)

Il-proġett ta’ investiment se jikkontribwixxi wkoll biex isaħħaħ il-potenzjal kapitali uman reġjonali. Biex jitħarreġ l-istaff involut fil-proġett ta’ investiment, kemm staff irreklutat ġdid kif ukoll dak attwali, se jinħolqu strutturi għall-kwalifikazzjoni u t-taħriġ professjonali, f’koperazzjoni mal-Kulleġġ Tekniku tal-Alentejo Litoral (37) fiċ-ċentru tan-negozju taż-Żona Industrijali u Loġistika ta’ Sines (38) (ZILS).

(163)

F’termini tar-rabtiet ma’ proġetti tar-Riċerka u l-Iżvilupp u tal-kooperazzjoni mal-universitajiet, il-Portugall isemmi li ż-żewġ raffineriji jirrappreżentaw ċentri għall-iżvilupp reġjonali f’termini ta’ riċerka u taħriġ. Skont il-Portugall, il-proġett ta’ investiment hu mistenni jkollu effett pożittiv u l-potenzjal li jattira ftehimiet ġodda bejn Petrogal u ċentri tal-edukazzjoni fil-qasam tax-xjenza u l-inġinerija.

L-ammont ta’ għajnuna għal kull post tax-xogħol maħluq mill-proġett tal-investiment

(164)

Il-Portugall jikkunsidra li l-proporzjon tan-numru ta’ impjiegi maħluqa meta mqabbel mal-investiment jagħmel sens meta wieħed jikkunsidra l-fatt li s-settur tar-raffinar hu intensiv ferm fuq il-kapital u jeħtieġ ħaddiema bi kwalifiki għolja u livelli għolja ta’ investiment għat-taħriġ tagħhom. Proporzjonijiet simili ta’ għajnuna għolja għal kull impjieg maħluq ġew approvati mill-Kummissjoni għall-proġetti petrokimiċi ta’ Repsol Polimeros u Artensa (39).

L-analiżi tal-kost-benefiċċju

(165)

Wara talba tal-Kummissjoni biex jipproduċi analiżi tal-kost-benefiċċju u valutazzjoni tal-proġett paragunabbli ma’ dik mitluba għal proġetti kbar kofinanzjati mill-Fondi Strutturali (40), il-Portugall issottometta dokument immirat prinċipalment biex jikkwantifika l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw mill-proġett ta’ investiment. Id-dokument jindika l-impatt ekonomiku minħabba l-kontribuzzjonijiet pożittivi li jirriżultaw mill-investiment, bħalma huma: it-taxxa pagabbli tal-proġett; l-impjiegi diretti (taxxi); l-impjiegi indiretti (taxxi); l-għajnuna għall-qgħad evitata; it-taxxa tal-konsum (VAT); l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-setturi tat-trasport u l-industrija; l-imgħax evitat mill-Imgħax fuq id-Dejn Estern tal-Gvern Portugiż; il-merkanzija u l-kontrostallija (taxxi); id-dħul addizzjonali għall-port ta’ Leixões; u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-komunità lokali.

(166)

Il-benefiċċji lokali tal-proġett ta’ investiment huma: it-taxxa tal-konsum (VAT); id-dħul addizzjonali għall-port ta’ Leixões; u appoġġ għall-iżvilupp tal-komunità lokali (li jammontaw kollha flimkien għal EUR 49 miljun f’valur preżenti nett), filwaqt li l-kumplament tal-benefiċċji għandhom jiġu kkunsidrati bħala flus li jistgħu jkunu utli għan-nazzjoni (li lkoll flimkien jammontaw għal EUR 454 miljun f’valur preżenti nett), li minnhom tibbenefika l-ekonomija nazzjonali kollha u għalhekk jistgħu jiġu allokati biss parzjalment għar-reġjuni kkonċernati. Jekk wieħed jassumi li dawn il-flus nazzjonali huma mifruxa b’mod proporzjonat madwar ir-reġjuni Portugiżi skont il-piż ekonomiku rispettiv tagħhom, peress li r-reġjuni tan-Norte u tal-Alentejo jirrappreżentaw 34.8 % tal-PDG tal-Portugall fl-2007, il-benefiċċju reġjonali totali (li jammonta għal EUR 195 miljun f’valur preżenti nett) fil-biċċa l-kbira jaqbeż il-kost tal-għajnuna mogħtija għall-proġett ta’ investiment (li jammonta għal EUR 121 miljun f’valur preżenti nett).

5.1.6.   Il-kummenti rigward il-ħtieġa tal-għajnuna

L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna

(167)

Il-Portugall enfasizza li l-għajnuna ikkontribwixxiet, effettivament u deċiżivament, għad-deċiżjoni ta’ Petrogal biex tinvesti, peress li dan kien meħtieġ biex tiżgura l-profittabbiltà tagħha. Fil-5 ta’ Marzu 2008, il-Bord tad-Diretturi ta’ Galp approva l-proġett ta’ investiment, wara li rċieva l-ittra ta’ eliġibbiltà mill-awtoritajiet nazzjonali, maħruġa fit-23 ta’ Jannar 2007. L-ewwel impenn għall-ordni ta’ tagħmir tmur lura għall-14 ta’ Marzu 2008, jiġifieri wara l-iffirmar tal-kuntratti ta’ għajnuna mal-Gvern Portugiż fl-10 ta’ Marzu 2008.

Il-ħtieġa tal-għajnuna

(168)

Mingħajr l-għajnuna, il-proġett ta’ investiment ma kienx jiġi implimentat peress li l-profittabilità tiegħu ma kinitx tkun ġustifikata.

(169)

Fl-2001, il-Bord tad-Diretturi ta’ Galp iddeċieda kontra pjan ta’ qabel ta’ aġġornar tar-raffinerija ta’ Matosinhos, peress li r-redditu fuq il-kapital imħaddem (ROCE) tal-proġett kien taħt il-piż differenzjat medju tal-kost tal-kapital (WACC) ta’ Galp Energia għas-settur tar-raffinar tagħha.

(170)

Fl-2005, il-Bord tad-Diretturi ta’ Galp ikkunsidra mill-ġdid l-opportunità strateġika li jagħmel proġett ta’ konverżjoni taż-żewġ raffineriji. Wara li sar studju intern ta’ proġetti ta’ investiment alternattivi, il-Proġett ta’ Konverżjoni ta’ Sines u Matosinhos ġie sottomess lill-Bord tad-Diretturi għall-approvazzjoni f’Marzu 2008. Ir-rata interna ta’ redditu assoċjat mal-investiment rivedut ta’ EUR [ ] miljun kienet ikkalkulata għal [8-10] % mingħajr l-ebda inċentiv, jiġifieri [ ] punti perċentwali aktar mid-WACC ta’ Galp Energia għall-attivitajiet ta’ raffinar (stabbilit għal [7-9] %).

(171)

Id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ Galp f’Marzu 2008 kienet ibbażata fuq l-analiżi li ġejja tas-sensibbiltà tar-Rata Interna ta’ Redditu (RIR) tal-proġett ta’ investiment

Tabella 3

Bl-għajnuna

Valur preżenti nett

EUR [100-150]M

Rata ta’ Redditu/RIR

[9-11] %

Mingħajr l-għajnuna

Valur preżenti nett

EUR [1-50]M

Rata ta’ Redditu/RIR

[8-10] %

Sors: GALP

(172)

Skont id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Galp Energia tal-10 ta’ Jannar 2008, id-WACC u l-“hurdle rate” interna (primjum għar-riskju miżjud mal-kost tal-kapital (41)) għas-Setturi tal-Provvista, ir-Raffinar u l-Loġistika kienu [7-9] % u [10-12] %, rispettivament.

(173)

Il-Portugall indika li kemm id-WACC u r-rata “hurdle” interna stabbilita minn Galp Energia kienu konformi mal-prattika standard fis-settur tar-raffinerija u li l-użu ta’ dawn il-kriterji ekonomiċi hu aċċettat b’mod komuni mill-kumpaniji kbar kollha fis-settur. Biex jappoġġaw dawn l-istqarrijiet, il-Portugall ipprovda lill-Kummissjoni b’tabella elaborata minn Citigroup, Bloomberg u Broker Research fl-2010 li tqabbel id-WACC ta’ kumpaniji sinifikanti li joperaw fis-settur.

(174)

Il-Portugall isostni li d-deċiżjoni ta’ investiment kienet u hi konsistenti mal-prattika u r-rekwiżiti normali ta’ profittabbiltà li l-benefiċjarj jitlob fil-proġetti kollha tiegħu. Għall-valutazzjoni tal-profitabbiltà, minbarra l-kunċett tad-WACC, ir-rata “hurdle” tintuża bħala kriterju addizzjonali. Il-previżjonijiet tal-flussi ta’ flus futuri, b’mod ġenerali, mhumiex infallibbli. Hemm dejjem inċertezza (riskju) assoċjata mal-previżjoni tal-flussi tal-flus; aktar ma ż-żmien ikun imbiegħed, akbar iċ-ċans li l-istima jkollha l-iżbalji. L-aktar mod komuni biex tkun indirizzata l-inċertezza hu li jiżdied primjum għar-riskju mal-kost tal-kapital (WACC) u bl-użu tar-rata tiegħu bħala rata ta’ profittabbiltà minima meħtieġa għall-investiment (hurdle rate). Id-differenza bejn il-valur tar-rata hurdle u l-valur tad-WACC hi, għalhekk, il-profitt żejjed mistenni meta tiddeċiedi jekk għandhiex tinvesti minħabba li taċċetta r-riskju addizzjonali misjub fil-previżjonijiet tal-flussi ta’ flus futuri. Il-Portugall sostna li l-inserzjoni tal-hurdle rate fl-analiżi u d-deċiżjoni tal-proġetti ta’ investiment ta’ Galp Energia ilha teżisti mill-2002. Ġie stabbilit, f’dik is-sena, li l-hurdle rate applikabbli għall-proġetti tkun id-WACC miżjud b’firxa ta’ [1-5] punti perċentwali (pp). Fl-2006, Galp Energia iddeċidiet li tikkalkula l-hurdle rate b’mod kemmxejn differenti, jiġifieri, minflok iżżid [1-5] pp mad-WACC, din għażlet li żżid id-WACC b’[10-50] % (WACC2006 + hurdle rate2006 = [1,1-1,5] x WACC2006). Dan il-kriterju ġdid kien riżultat ta’ peżar tar-riskju intern li, minħabba l-livelli differenti ta’ WACC f’kull settur tan-negozju, l-użu ta’ persentaġġ fuq il-bażi deher aktar xieraq u koerenti milli jintuża valur assolut. Bħala spjegazzjoni ulterjuri, il-Portugall ipprovda lill-Kummissjoni r-rati ta’ WACC u hurdle differenti applikati minn Galp Energia bejn l-2002 u l-2006 għal kull settur tan-negozju: il-provvista u r-raffinar, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti taż-żejt, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni, il-gass u l-enerġija.

(175)

Il-Portugall sostna li skont l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment għal proġetti ta’ dan it-tip, peress li l-livell ta’ varjazzjoni fl-investiment jkun għadu sinifikanti f’dik il-fażi tal-iżvilupp tal-inġinerija (Disinn tal-Inġinerija Front End), il-Bord tad-Diretturi ta’ Galp ma kkunsidrax li proġett ta’ importanza bħal din b’rata ta’ redditu daqshekk qrib id-WACC ikun vijabbli, peress li dan jista’ faċilment jispiċċa f’redditu anqas minn dak il-valur ta’ referenza.

(176)

Madankollu, meta jitqies l-għoti tal-inċentiv ta’ taxxa fil-proġett ta’ investiment, ir-redditu tal-proġett ta’ investiment ikun [9-11] %, li, fid-dawl tan-natura strateġika tal-proġett ta’ investiment, kien ikkunsidrat bħala minimu aċċettabbli għall-bidu u l-approvazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-impenji mal-fornituri tat-tagħmir.

(177)

Il-Portugall issottometta lista ta’ proġetti ta’ investiment alternattivi li Petrogal setgħet għażlet fiż-żmien meta ġie deċiż il-proġett ta’ investiment. Minħabba l-limitazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli għal investiment ġdid, diversi setturi tan-negozju ta’ Galp Energia jikkompetu ma’ xulxin għal dawk ir-riżorsi limitati u hemm politika tal-għażla stretta.

(178)

Madankollu, kieku l-kuntratt tal-għajnuna mal-Istat Portugiż ma ġiex iffirmat u l-proġett ta’ investiment ma sarx, il-kompetittività taż-żewġ raffineriji kienet tiddeterjora inevitabbilment. Skont il-Portugall, kieku l-proġett ta’ investiment ma sarx, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tar-raffineriji kienet tonqos għal [80-90] % biex tirrispondi għall-evoluzzjoni negattiva tad-domanda tas-suq għall-petrol u ż-żejt li jintuża bħala fjuwil (peress li studji jipprevedu tnaqqis sinifikanti fid-domanda, mill-2008 sal-2020, bi tnaqqis tad-domanda ta’ bejn [20-30] % u [40-50] %). Ir-raffineriji kieku kienu jżommu biss marġni ta’ raffinar limitat ħafna. Biex ipattu għal din is-sitwazzjoni, kieku kienu jimplimentaw programm ta’ ristrutturar drastiku li jinvolvi t-tnaqqis tal-impjiegi.

(179)

Peress li l-Kummissjoni ddubitat li fid-deċiżjoni tagħhom il-Bord tad-Diretturi ta’ GALP ma kinux ikkunsidraw il-bidliet fl-ambjent tan-negozju, il-Portugall ġie mitlub jipprovdi analiżi ddettaljata tax-xenarju kontrofattwali mingħajr il-proġett ta’ investiment. Għal dan il-għan, il-Portugall intalab biex jissottometti r-RIR tal-proġett ta’ investiment filwaqt li jikkunsidra l-profittabbiltà potenzjali li kieku ma jsirx il-proġett ta’ investiment u b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis tal-marġni tar-raffinar.

(180)

Ix-xenarju kontrofattwali tal-Portugall hu mqassar fit-Tabella 4:

Tabella 4

 

 

L-analiżi tal-profittabbiltà

Il-Valur Finali tal-Investiment Ġdid

Bl-għajnuna

NPV

EUR [200-250]M

EUR [150-200]M

Rata ta’ Redditu/RIR

[10-12] %

[10-12] %

Mingħajr l-għajnuna

NPV

EUR [100-150]M

EUR [100-150]M

Rata ta’ Redditu/RIR

[9-11] %

[9-11] %

(181)

Skont il-Portugall, “il-fatt li proġett jista’ jkun rilevanti ħafna għal kumpanija, anke strateġiku, ma jfissirx li hu l-uniku proġett jew proġett indiskutibbli, jekk ir-RIR ma togħlhiex biex tilħaq ir-rekwiżiti minimi ammissibbli” (kif kien il-każ fl-2001).

5.2.   Il-kummenti sottomessi mill-Portugall dwar il-kummenti minn terzi partijiet

(182)

Il-Portugall jenfasizza livell għoli ta’ parteċipazzjoni minn diversi entitajiet (muniċipalitajiet, unjonijiet u assoċjazzjonijiet settorjali u industrijali) u jelenka l-kummenti kollha ta’ tappoġġ għall-valur tal-proġett ta’ investiment f’termini ta’ żvilupp reġjonali u effiċjenza fl-enerġija.

5.2.1.   L-osservazzjonijiet dwar il-kummenti mill-Kompetituri Nru 1 u Nru 2

(183)

Fis-sottomissjoni tiegħu li tlestiet fil-21 ta’ Jannar 2010, il-Portugall jispjega li s-suq tal-materja ta’ bażi għall-vakwu hu volatili ħafna u ma joffrix il-provvista stabbli meħtieġa ta’ gażolju fil-vakwu li hi neċessarja biex tħaddem idrokrakkjatur ta’ kobor bħal dak li hemm f’Sines. Fir-rigward tal-produzzjoni tar-residwi tal-idrokrakkjatur, il-Portugall jikkonferma li dawn huma kważi insinifikanti peress li l-idrokrakkjatur se juża t-teknoloġija tal-isokrakkjar.

Il-kontribut tal-proġetti għall-iżvilupp reġjonali

(184)

Il-Portugall reġà sostna li l-proġett ta’ investiment se jistimula l-iżvilupp reġjonali f’reġjuni żvantaġġjati (il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, it-taħriġ tal-ħaddiema, l-ekonomiji ta’ skala, it-trasferimenti tat-teknoloġija, l-effetti sekondarji, eċċ.) anke jekk dan se jsir f’raffineriji li jeżistu diġà u dan il-punt hu kkonfermat mill-kummenti pożittiv kollha riċevuti. Dawn jenfasizzaw ukoll l-importanza strateġika u l-valur ambjentali tal-proġett ta’ investiment biex jikkuntrabattu l-kummenti li sostnew li l-benefiċju reġjonali se jkun biss wieħed fl-impjiegi

(185)

Fir-rigward tat-Tabella ppreparata mit-terza parti, il-Kompetitur Nru 1, fejn ġie mqabbel il-proporzjon tal-“għajnuna għall-impjiegi maħluqa” fi proġetti reġjonali oħra li jinvolvu għajnuna ad hoc (ara l-Premessa (89)), il-Portugall indika li din ma tinkludix proġetti oħra fir-raffinar jew fi kwalunkwe industrija oħra li hi intensiva fuq il-kapital. Għal din ir-raġuni, il-proġett ta’ investiment ma għandux jitqabbel ma’ dawk ippreżentati fit-Tabella, iżda għandu jitqabbel mal-għajnuna għal proġetti ta’ investiment kbar fl-istess settur ekonomiku (ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10.7.2007 dwar l-għajnuna mill-Istat fil-każ Nru 898/06 — Repsol Polimeros u tal-10.7.2007 dwar l-għajnuna mill-Istat fil-każ Nru 899/06 — Artensa (Artenius) — Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, SA, fejn il-proporzjon ta’ “għajnuna/impjiegi maħluqa” jkun f’firxa komparabbli ma’ dak tal-proġett ta’ Petrogal).

(186)

Bl-istess mod, jekk il-proporzjon ta’ “impjiegi indiretti/impjiegi diretti” jiġi mqabbel ma’ proġetti komparabbli (bħall-proġetti msemmija fil-Premessa (185)), jinkisbu ċifri ekwivalenti.

Il-ħtieġa tal-għajnuna

(187)

Il-Portugall isostni mill-ġdid li l-Bord tad-Diretturi ta’ Galp ivvalida l-proġett ta’ investiment — f’Marzu 2008 — wara li kien irċieva — f’Jannar 2007 — konferma bil-miktub mill-awtoritajiet Portugiżi li l-proġett ta’ investiment kien eliġibbli għall-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna kienet mogħtija b’mod kondizzjonali (b’mod partikolari l-approvazzjoni tal-Kummissjoni kienet meħtieġa) qabel il-bidu tax-xogħol. L-ewwel ordni tal-kumpanija saret f’Marzu 2008, wara li Petrogal iffirmat il-kuntratti tal-għajnuna.

(188)

Il-Portugall jirrifjuta l-kummenti tat-terza parti li sostniet li Petrogal kienet diġà ddeċidiet li tniedi l-proġett ta’ investiment fl-2006.

(189)

Il-Portugall jammetti li l-istudji tal-fattibbiltà saru qabel ma ttieħdet deċiżjoni definittiva. Filwaqt li tali informazzjoni kienet meħtieġa bilfors mill-Bord tad-Diretturi ta’ Galp biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni, dan ma jimplikax li l-Bord tad-Diretturi ta’ Galp kien diġà ddeċieda.

(190)

Il-Portugall isostni li mingħajr l-għajnuna l-proġett ta’ investiment ma kienx jiġi implimentat.

(191)

Il-Portugall jispjega li l-proġett ta’ investiment kellu RIR insuffiċjenti meta mqabbla mal-livell ta’ riskju meħud u l-attrazzjoni ta’ proġetti oħra ([ ]) li huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ Galp Energia. Jirriżulta li l-proġett ta’ investiment ma kienx iseħħ mingħajr l-għajnuna.

Il-prodott rilevanti u s-suq ġeografiku

(192)

Il-Portugall jikkonkludi mill-kummenti rċevuti mingħand il-partijiet terzi li s-suq ġeografiku rilevanti mhuwiex is-suq Portugiż iżda, mill-inqas, is-suq tal-Iberja.

(193)

Il-Portugall jispeċifika li l-ishma ta’ Petrogal fir-ruq tad-diżil (fuq il-livelli tal-bejgħ bl-imnut u mhux, u dak ta’ wara r-raffinerija) qatt ma huma se jaqbżu l-25 % jekk is-suq ġeografiku rilevanti jkun il-peniżola tal-Iberja jew wieħed usa’.

(194)

Il-Portugall isostni mill-ġdid li fi kwalunkwe każ, il-proġett ta’ investiment mhux se jkollu impatt fuq is-suq tad-diżil bl-imnut u mhux bl-imnut peress li l-prezz fuq livell ta’ wara r-raffinerija hu stabbilit skont il-kundizzjonijiet tas-suq: Petrogal ikollha toqgħod għall-prezzijiet. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-klijenti ta’ Petrogal jistgħu jaqilbu faċilment għall-importazzjonijiet, peress li skont il-Portugall, ma jeżistux ostakli (tekniċi, tariffarji, loġistiċi (42), eċċ.) għall-importazzjonijiet tad-diżil minn Stati Membri oħrajn. Ir-rekwiżiti ta’ importazzjoni Portugiżi huma konformi mar-rekwiżiti tal-UE.

(195)

Il-Portugall ipprovda ċifri ta’ dejta aggregata fuq l-importazzjonijiet tad-diżil (bil-baħar u fuq l-art) fil-Portugall.

Tabella 5

L-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-diżil

Sena

2006

2007

2008

2009

IMPORTAZZJONIJIET

Total (Ktunnellata)

638

776

1 011

1 478

Petrogal

[ ]

[ ]

[ ]

[ ]

Oħrajn

[ ]

[ ]

[ ]

[ ]

ESPORTAZZJONIJIET

Total (Ktunnellata)

314

192

164

95

Petrogal

[ ]

[ ]

[ ]

[ ]

Oħrajn

[ ]

[ ]

[ ]

[ ]

Sors: DGEG (bil-korsiv) u d-dejta ta’ Petrogal

(196)

Barra minn hekk, il-Portugall għandu kapaċità tal-ħżin suffiċjenti: il-Portugall ipprovda dejta li turi li l-operaturi differenti għamlu għażliet strateġiċi differenti (jinvestu fil-kapaċità tal-ħżin jew jikru faċilitajiet) u li ż-żewġ alternattivi huma possibbli u vijabbli. L-operaturi ewlenin ma żiedux il-kapaċità tal-ħżin tagħhom, minkejja l-opportunitajiet li dehru fis-suq, li jindika li r-riżorsi tal-ħżin tagħhom huma biżżejjed biex isostnu l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Il-Portugall jindika li kien hemm tkabbir kontinwu tat-total tal-importazzjonijiet tad-diżil kif ukoll tnaqqis żgħir tal-esportazzjonijiet. Dan jirriżulta mit-tkabbir kontinwu tas-suq u ż-żieda tad-defiċit tal-kapaċità produttiva lokali. Madankollu, iċ-ċifri tal-2009 jirriflettu l-impatt ta’ inċident fir-raffinerija f’Sines li llimitat għal perjodu ta’ diversi ġimgħat il-ġestjoni tar-raffinerija u l-produzzjoni. Matul dik is-sena l-operaturi kellhom iżidu l-importazzjonijiet tagħhom u dan juri l-eżistenza ta’ għażliet tal-provvista alternattivi.

(197)

L-importazzjoni tad-diżil fil-Portugall fl-2009 rrappreżentat 27,2 % tat-total tal-konsum tad-diżil f’dik is-sena. Fis-snin preċedenti, l-importazzjonijiet tad-diżil bħala medja fir-rigward tal-konsum tad-diżil annwali fil-Portugall (madwar 5,4 Mtunnellata) kienu madwar 14 %.

(198)

Għalhekk, il-Portugall iqis is-suq tad-diżil Portugiż bħala suq miftuħ u kompetittiv fejn il-kummerċ jiġi ffaċilitat u fejn il-prezzijiet jiġu bbażati fuq il-prezz taż-żejt mhux maħdum, fuq il-kostijiet tar-raffinar u ddefiniti mill-alternattiva ta’ importazzjoni skont prezzijiet Platts.

(199)

Fir-rigward tan-nafta tqil, il-Portugall iqis li s-suq hu, mill-inqas, iż-ŻEE, peress li n-nafta hu prodott kummerċjali internazzjonali.

6.   IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(200)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ħlief fejn previst mod ieħor fit-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li toħloq distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(201)

L-għajnuna tal-Portugall għal Petrogal se tieħu l-forma ta’ kreditu ta’ taxxa. Għalhekk l-appoġġ jista’ ikun ikkunsidrat bħala mogħti mill-Istat Membru u permezz tar-riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(202)

L-għotja hi mogħtija lil kumpanija waħda, Petrogal, u għaldaqstant hi selettiva.

(203)

L-għajnuna hi mogħtija għal investiment li jirriżulta f’żieda fil-produzzjoni tad-diżil u n-nafta tqil. Peress li dawn il-prodotti huma kkumerċjalizzati bejn l-Istati Membri, il-miżura x’aktarx li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-għajnuna mogħtija għal Petrogal se teħles lill-kumpanija minn kostijiet li normalment ikollha tħallas hi stess. Konsegwentement, Petrogal se tibbenefika minn vantaġġ ekonomiku fuq il-kompetituri tagħha. Minħabba li tiffavorixxi lil Petrogal u l-produzzjoni tagħha b’dan il-mod, l-għajnuna għalhekk toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(204)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(205)

Ladarba ġie stabbilit li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-miżura hijiex kumpatibbli mas-suq intern.

6.2.   Il-legittimità tal-miżura tal-għajnuna

(206)

Billi nnotifika l-għajnuna qabel ma implimentaha, il-Portugall irrispetta l-obbligu tan-notifika li jirriżulta mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

6.3.   Il-bażi legali tal-valutazzjoni

(207)

Minħabba li l-objettiv tal-għajnuna hu l-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali, il-bażi għall-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern huma l-LGGħR u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4.3 tal-LGGħR dwar il-proġetti kbar ta’ investiment, u l-kriterji għall-valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta’ investiment stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar il-Valutazzjoni fil-Fond, sakemm l-investigazzjoni formali twassal għar-riżultat li l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 68(a) (“it-test dwar is-sehem tas-suq”) u l-paragrafu 68(b) (“it-testijiet taż-żieda fil-kapaċità u tal-prestazzjoni tas-suq”) tal-LGGħR ma ġewx maqbuża.

(208)

Il-Kummissjoni trid twettaq il-valutazzjoni tagħha fi tliet stadji:

l-ewwel, trid tevalwa l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-LGGħR;

it-tieni, trid tivverifika jekk it-test tas-sehem fis-suq u t-testijiet taż-żieda fil-kapaċità u l-prestazzjoni fis-suq skont il-paragrafu 68(a) u (b) (“it-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b)”) humiex mhux milħuqa definittivament;

it-tielet, skont ir-riżultat tal-valutazzjoni fit-tieni fażi, tkun tista’ tipproċedi għal valutazzjoni fil-fond.

6.4.   Il-kumpatibbiltà mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-LGGħR — il-verifika tad-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ

(209)

Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-għajnuna kinitx f’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-LGGħR. Din il-valutazzjoni wasslet għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

Proġett ta’ investiment inizjali

(210)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-proġett ta’ investiment kienx jikkostitwixxi investiment inizjali jew setax jitqies bħala investiment għat-tibdil.

(211)

Il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-Portugall ippreżentati fil-Premessi (130) u (131) dwar li l-investimenti jwasslu għal estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti u bidla fundamentali fil-proċess ġenerali tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti u li għalhekk, l-investiment seta’ jitqies bħala investiment inizjali kif definit fil-paragrafu 34 tal-LGGħR.

(212)

Tabilħaqq, l-unità tad-distillazzjoni fil-vaku ġdida u l-visbreaker f’Matosinhos, u l-unità tal-idrokrakkjatur ġdida f’Sines se tibda tiffunzjona simultanjament mal-unitajiet ta’ raffinar li kienu jeżistu diġà; għalhekk, il-proġett ta’ investiment ma jikkostitwixxix sostitut iżda estensjoni tas-sistema ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, il-proġett ta’ investiment se jittrasforma r-raffineriji billi jipprovdilhom infrastrutturi teknoloġiċi ġodda għall-konverżjoni tal-frazzjonijiet itqal taż-żejt mhux maħdum fil-petrol u d-diżil.

(213)

Il-Kompetitur Nru 1 ma joġġezzjonax għall-karattru ta’ investiment inizjali tal-investiment; iżda jikkunsidra li l-investiment jikkostitwixxi sempliċement estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti.

(214)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li, l-proġett ta’ investiment jikkonstitwixxi investiment inizjali skont it-tifsira tal-paragrafu 34 tal-LGGħR, u għalhekk, id-dubji rigward il-karattru ta’ investiment inizjali tal-proġett ta’ investiment huma mneħħija.

L-effett ta’ inċentiv formali

(215)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm ir-rekwiżiti formali dwar l-effett ta’ inċentiv applikabbli għall-għajnuna ad hoc, kif stabbiliti fil-paragrafu 38 tal-LGGħR ġew sodisfatti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni espremiet dubji dwar jekk il-konferma bil-miktub tal-Portugall dwar il-fatt li, soġġett għal verifika ddettaljata, il-proġett ta’ investiment issodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-iskema (43) setgħatx tissostitwixxi l-ittra ta’ intenzjoni meħtieġa.

(216)

Il-paragrafu 38 tal-LGGħR jgħid hekk: “Hu importanti li jiġi żgurat li l-għajuna reġjonali tipproduċi effett ta’ inċentiv reali biex isiru investimenti li altrimenti ma kinux isiru fiż-żoni megħjuna. L-għajnuna tista’ għalhekk tingħata fl-ambitu ta’ pjanijiet ta’ għajnuna, basta l-benefiċjarju jkun talabha u l-awtorità inkarigata bil-ġestjoni tal-pjan tkun ikkonfermat bil-miktub li l-proġett, wara li jkun ġie soġġett għal verifika dettaljata, jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà stabbiliti fil-pjan qabel ma jkunu nbdew ix-xogħlijiet tal-proġett. (…). F’każ ta’ għajnuna ad hoc, l-awtorità kompetenti trid tagħmel dikjarazzjoni ta’ intenzjoni dwar il-konċessjoni tal-għajnuna qabel jinbdew ix-xogħlijiet tal-proġett, dejjem wara li din il-miżura tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni. Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu, il-proġett kollu ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna.”

(217)

Il-“bidu tax-xogħlijiet” hi definita permezz ta’ nota 40 f’qiegħ il-paġna tal-LGGħR jew bħala l-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jew l-ewwel ordni vinkolanti ta’ tagħmir.

(218)

Il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni fattwali li ġejja sottomessa mill-Portugall:

Petrogal applikat għall-għajnuna fit-22 ta’ Jannar 2007;

Il-Portugall ikkonferma fil-prinċipju l-eliġibilità tal-proġett għall-għajnuna fit-23 ta’ Jannar 2007.

L-għajnuna kienet approvata mill-Kunsill tal-Ministri Portugiż fis-6 ta’ Marzu 2008 iżda l-għoti tal-għajnuna hi soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni u Petrogal mhux se tibbenefika mill-għajnuna qabel l-2011 (ladarba l-investiment ikun komplut).

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Petrogal awtorizza li jsiru l-ordnijiet tat-tagħmir fit-8 ta’ Marzu 2008.

L-ewwel ordni vinkolanti saret fl-14 ta’ Marzu 2008. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq l-investiment kienu bdew effettivament f’Novembru 2008 f’Sines u f’Jannar 2009 f’Matosinhos.

(219)

Il-Kummissjoni tqis li l-kuntratti tal-għajnuna ffirmati fl-10 ta’ Marzu 2008 bejn il-Portugall u Petrogal, u l-pubblikazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri, adottati fis-6 ta’ Marzu 2008, fil-Ġurnal Uffiċjali Portugiż (44) huma mill-inqas ekwivalenti għal ittra ta’ intenzjoni, u jridu jitqiesu bħala prova aktar stretta tal-effett ta’ inċentiv formali mill-ittra ta’ intenzjoni meħtieġa mill-paragrafu 38 tal-LGGħR. Dawn il-kuntratti ta’ għajnuna kienu ffirmati qabel il-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ investiment.

(220)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-dubji rigward l-effett ta’ inċentiv formali huma mneħħija.

Il-kontribut għall-iżvilupp reġjonali u l-ħtieġa tal-għajnuna

(221)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kontribut tal-investiment għall-iżvilupp reġjonali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qajmet dubji wkoll dwar in-neċessità tal-għajnuna u enfasizzat li “hu improbabbli li għajnuna żejda tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali u tista’ tirriżulta f’distorsjoni tal-kompetizzjoni inaċċettabbli” (45).

Il-ħtieġa tal-għajnuna

(222)

Il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2 indikaw li Petrogal kien iwettaq il-proġett ta’ investiment anke mingħajr l-għajnuna. Fil-fehma tagħhom, il-proġett ta’ investiment hu investiment produttiv immexxi ekonomikament mill-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda tad-diżil, u l-opportunità li jinkiseb aċċess għal żejt mhux maħdum itqal u irħas. L-operaturi kollha madwar l-Ewropa qed iwettqu investimenti simili fir-raffineriji tagħhom mingħajr għajnuna mill-Istat.

(223)

Għalhekk, għandu jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hix meħtieġa biex tipproduċi effett ta’ inċentiv reali biex isir investiment li altrimenti ma jseħħx f’dawn iż-żewġ reġjuni assistiti jew jekk il-proġett ta’ investiment kienx iseħħ fi kwalunkwe każ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni jeħtieġ li tistabbilixxi jekk l-għajnuna bidlitx l-imġiba ta’ petrogal, b’tali mod li din kien ikollha tinvesti aktar fir-reġjuni kkonċernati.

(224)

Jidher li d-deċiżjoni strateġika li tinvesti ttieħdet fl-2006. Dan hu rifless f’dokument ippubblikat minn Galp Energia f’Ottubru 2006 (46). Kif iddikjarat fir-rapport annwali tal-2006 ta’ Galp Energia, il-Bord tad-Diretturi ħa d-deċiżjoni eżekuttiva dwar il-proġett ta’ investiment fit-23 ta’ Jannar 2007 (47) u fil-5 ta’ Marzu 2008 (li hi wara li rċieva l-ittra ta’ eliġibbiltà mill-awtoritajiet nazzjonali ddatata t-23 ta’ Jannar 2007). Il-Bord tad-Diretturi ħa d-deċiżjoni operattiva biex jordna l-ewwel tagħmir relatat mal-proġett ta’ investiment fl-14 ta’ Marzu 2008.

(225)

Il-Portugall iddikjara li Petrogal ma kinitx bdiet l-investiment sal-2008 minħabba l-vijabbiltà finanzjarja insuffiċjenti tagħha u li l-Bord tad-Diretturi ta’ Galp finalment iddeċieda li jipproċedi bl-ordnijiet tat-tagħmir u l-kostruzzjonijiet biss wara li l-Gvern Portugiż adottat r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri rilevanti.

(226)

Il-Portugall isostni li d-disponibbiltà tal-għajnuna mill-Istat kienet deċiżiva għad-deċiżjoni ta’ Petrogal biex tinvesti. Mingħajr l-għajnuna, il-proġett ta’ investiment kien jiġi abbandunat. Kieku Petrogal kienet timplimenta pjan ta’ ristrutturar alternattiv biex taġġusta l-attivitajiet ta’ raffinar tagħha għall-bidliet fis-suq u l-kundizzjonijiet tal-provvista taż-żejt mhux maħdum. Barra minn hekk, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli kieku kienu jintużaw biex tinvesti fi proġetti alternattivi barra l-attività tar-raffinar.

(227)

Il-Portugall issottometta d-dokumenti li jappartjenu għal Petrogal li jinkludu analiżi tar-RIR mistennija mill-proġett tal-investiment, il-kost tal-kapital (WACC), kif ukoll lista ta’ investimenti alternattivi possibbli li Galp Energia setgħat għamlet bil-kapital disponibbli.

(228)

Il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti sottomessi lill-Bord tad-Diretturi ta’ Galp fit-23 ta’ Jannar 2007 u fil-5 ta’ Marzu 2008 kienu deċiżivi għall-valutazzjoni tal-ħtieġa tal-għajnuna, peress li d-deċiżjoni tal-Bord kienet ibbażata fuq dawk id-dokumenti.

(229)

Skont il-Portugall, il-kalkoli sottomessi lill-Bord tad-Diretturi ta’ Galp fl-2008 wrew RIR tal-proġett ta’ investiment, fin-nuqqas tal-għajnuna, ta’ [8-10] %. Din ir-RIR hi ferm ogħla mid-WACC ta’ Petrogal ta’ [7-9] %.

(230)

Il-Portugall madankollu spjega li d-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi ta’ Galp kienu bbażati fuq approċċ ta’ hurdle rate introdott diġà fl-2002. Il-hurdle rate, jew ir-rata minima ta’ redditu aċċettabbli (MARR), hi r-rata minima ta’ ritorn fuq proġett li min jieħu d-deċiżjonijet ikun lest li jaċċetta qabel ma jibda proġett, b’kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu u l-kost tal-għażla li ma jieħux proġetti oħra. Espressjonijiet oħra użati għal “hurdle rate” huma “cut-off rate” jew “benchmark rate”.

(231)

Mill-2006, għall-attivitajiet tar-raffineriji, ir-rata hurdle interna kienet stabbilita għal [110-150] % tad-WACC, jiġifieri għal [10-12] %. Normalment, ma ssir l-ebda deċiżjoni ta’ investiment jekk ir-RIR ikkalkolata ma taqbiżx dan il-limitu. F’dan il-każ, l-għajnuna iżżid ir-RIR b’[1-3] punti perċentwali, minn [8-10] % għal [9-11] %, kif ippreżentat fit-Tabella 3 fil-Premessa (171) għall-kalkoli sottomessi lill-Bord tad-Diretturi fl-2008. Għalkemm ir-RIR aġġustata bl-għajnuna tibqa’ ferm taħt ir-rata hurdle interna, il-marġni ta’ sigurta’ addizzjonali maħluqa permezz tal-għajnuna kien ikkunsidrat biżżejjed mill-Bord tad-Diretturi ta’ Galp biex finalment japprova l-proġett ta’ investiment.

(232)

Ir-rata hurdle hi strument użat mill-kumpaniji f’sitwazzjonijiet deċiżivi li jinvolvu livelli ta’ riskju kbar u għalhekk tista’ tvarja skont ir-riskju assoċjat mal-proġett. Ir-rata hurdle tista’ tkun influwenzata wkoll mill-valuta li tintuża biex tiġi kkalkolata: f’żoni tal-valuta b’livelli għolja ta’ inflazzjoni, ir-rata hurdle tkun ogħla milli f’żoni b’stabbiltà tal-prezzijiet.

(233)

Sa issa, id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-żoni tal-għajnuna reġjonali ma użawx il-kunċett ta’ “hurdle rate” biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kwistjonijiet ta’ ħtieġa u l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Il-kunċett ta’ “hurdle rate” ma jissemmiex fil-Komunikazzjoni dwar il-Valutazzjojni fil-Fond. Madankollu, il-kunċett ta’ “hurdle rate” kien diġà użat f’numru limitat ta’ deċiżjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat (bħal fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23.2.2011 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 204/2010 – l-Isvezja – Għajnuna tar-R&Ż lil Volvo Aero għal Trent XWB ICC, li għad trid tiġi ppubblikata fil-ĠU), prinċipalment adottati skont il-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (48), għal proġetti li jinvolvu livelli għolja ta’riskju.

(234)

Il-Portugall jenfasizza li l-proġett ta’ investiment hu kkaratterizzat minn riskji multipli li jiġġustifikaw l-użu tal-approċċ ta’ rata hurdle. Il-proġett ta’ investiment hu l-akbar investiment produttiv li qatt sar fil-Portugall. L-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment se tieħu diversi snin. Estimi tal-kost għall-proġett ta’ investiment huma ferm diffiċli: fil-fatt, il-Portugall issottometta ċifri li juru li l-estimi tal-kost inizjali kienu maqbuża b’mod serju ħafna fir-realtà. Peress li l-proġett ta’ investiment għandu orjentazzjoni fit-tul, il-previżjonijiet fit-tul tal-marġni tar-raffineriji huma diffiċli ħafna, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn, fit-tul, il-karozzi li jaħdmu tradizzjonalment biż-żejt jistgħu jiġu mibdula b’karozzi tal-elettriku u oħrajn.

(235)

Studju empiriku (49) tal-2006, li janalizza aktar minn 100 rati hurdle awtorappurtati (l-aktar għal kumpaniji Amerikani tat-Tramuntana), jirrapporta rata hurdle medja ta’ 14,1 %, u differenza assoluta bejn id-WACC u r-rata hurdle ta’ 5 punti perċentwali, jiġifieri madwar 155 % tad-WACC. Meta wieħed iqis din l-informazzjoni, ir-rata hurdle applikata minn Petrogal u Galp Energia għas-settur tar-raffinerija ma tidhirx eċċessiva prima facie.

(236)

Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, u b’mod partikulari filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur u tal-każ (jiġifieri l-importanza tar-riskji involuti minħabba d-daqs tal-proġett ta’ investiment u l-perjodu ta’ operazzjoni fit-tul tiegħu), il-Kummissjoni tqis li r-rata hurdle tista’ tiġi kkunsidrata sabiex tiddeċiedi jekk l-għajnuna kinitx meħtieġa bħala inċentiv biex jitwettaq il-proġett ta’ investiment jew le.

(237)

Il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2 ikkonfermaw li għall-attivitajiet tar-raffineriji, ma hemm l-ebda valur referenzjarju settorjali. Madankollu, il-kompetitur Nru 1 indika li hu jikkunsidra valur referenzjarju (jiġifieri rata ta’ ritorn) ta’ 10 % bħala biżżejjed sabiex iwettaq il-proġett ta’ investiment. Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rata referenzjarja ta’ 10 % hi simili ħafna għar-RIR ta’ wara l-għajnuna ppreżentata fl-2008 lill-Bord tad-Diretturi ta’ Galp ta’ [9-11] %. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna ma taqbiżx l-ammont li kieku kien jiġi meqjus bħala neċessarju minn kompetitur biex tintlaħaq RIR aċċettabbli.

(238)

Għalhekk, jidher li l-miżura tal-għajnuna ġġib ir-RIR ikkalkulata eqreb mar-rata hurdle ta’ Petrogal u mar-rata referenzjarja li indika l-Kompetitur Nru 1. Wara l-għajnuna, ir-RIR la taqbeż ir-rata hurdle ta’ Petrogal, u lanqas ir-rata referenzjarja tal-Kompetitur, li jissuġġerixxi li l-għajnuna ma kinitx eċċessiva. Il-fatt li d-deċiżjoni ta’ investiment ittieħdet fl-2008 f’sitwazzjoni fejn ir-RIR aġġustata bl-għajnuna kienet għadha ferm taħt ir-rata hurdle iddikjarata, waħidha mhix biżżejjed biex tqajjem dubju tal-importanza tar-rata hurdle. Hu ovvju minn dikjarazzjonijiet preċedenti tal-Bord tad-Diretturi ta’ Galp li din kienet konxja tal-importanza strateġika tal-proġett ta’ investiment biex twaqqaf in-nuqqas fil-marġni tar-raffinar. Għalkemm ir-rata hurdle ma kinitx kompletament milħuqa, dan l-element strateġiku jidher li kien biżżejjed biex jiġġustifika devjazzjoni limitata mir-rata hurdle.

(239)

B’riżultat, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kienet meħtieġa biex tkun ta’ inċentiv għall-investiment u ma qabżitx l-ammont meħtieġ għal dak l-iskop. F’dan ir-rigward, mhuwiex kompletament korrett li jkun affermat li l-operaturi kollha fl-Ewropa wettqu investimenti simili fir-raffineriji tagħhom mingħajr l-għajnuna mill-Istat. Pereżempju, il-Kummissjoni analizzat miżuri oħra ta’ għajnuna għal investimenti simili. Dan kien notevolment il-każ fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 283/2004 (50) dwar unità tad-distillazzjoni bl-idrokrakkjar.

Il-kontribut reġjonali

(240)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, b’referenza għall-paragrafu 10 tal-LGGħR, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-kontribut tal-għajnuna u l-proġett ta’ investiment għall-iżvilupp reġjonali, fejn enfasizzat in-numru limitat (150) ta’ impjiegi maħluqa meta mqabbel mal-ammont tal-għajnuna (EUR 160 miljun), u dwar kemm il-kontribut mistenni għall-iżvilupp reġjonali verament għeleb l-effetti settorjali li jirriżultaw mill-għajnuna.

(241)

Il-Kummissjoni tinnota li, bħalma kien ukoll enfasizzat mill-Kompetitur Nru 1, l-ammont ta’ għajnuna għal kull xogħol maħluq tabilħaqq teċċedi b’mod sinifikanti l-livell ta’ għajnuna għal kull xogħol li hu f’każijiet ta’ għajnuna ad hoc riċenti preċedenti (ara l-Premessa (89)). Diversi deċiżjonijiet negattivi (51) ġew konklużi fuq il-kontribut reġjonali insuffiċjenti bbażat fuq in-numru ta’ impjiegi li nħolqu.

(242)

Il-Portugall jaċċetta li l-ammont ta’ għajnuna għal kull xogħol maħluq dirett hu għoli ħafna; madankollu, dan hu spjegat permezz tal-karattru intensiv fuq il-kapital tal-proġett ta’ investiment li hu karatteristiku għall-investimenti fis-settur: applikazzjonijiet notifikabbli individwalment ta’ skemi ta’ għajnuna għal dan is-settur b’ammont ta’ għajnuna saħansitra ogħla għal kull xogħol maħluq ġew approvati mill-Kummissjoni fl-imgħoddi (52). Il-Portugall iqis li għandhom ikunu kkunsidrati fatturi oħra minbarra l-għajnuna għal kull impjieg dirett, bħall-importanza tal-ħolqien ta’ xogħol indirett, il-ħolqien tal-impjieġi temporanji, u aspetti oħra relatati.

(243)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni dejjem ħadet kont tal-ħolqien ta’ impjiegi diretti. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ impjiegi indiretti ttieħed f’kunsiderazzjoni f’għadd ta’ deċiżjonijiet (53).

(244)

Inizjalment il-Portugall sostna li kull impjieg dirett maħluq (jew mitluf) jirriżulta wkoll fi tliet impjiegi indiretti. Il-proporzjon ta’ 3:1 kien iġġustifikat billi saret referenza għal każijiet Portugiżi oħra fl-istess industrija (54) fejn il-Kummissjoni kienet aċċettat proporzjonijiet simili jew ogħla fil-passat. Il-potenzjal li jinħolqu aktar impjiegi indiretti jirriżulta mill-attività ta’ manutenzjoni, li probabbilment hi l-parti tas-suq li se tibbenefika l-aktar mill-proġett. Dan ikun l-effett taż-żieda fil-komplessità teknoloġika tar-raffineriji li jirriżulta f’sottokuntrattar tas-servizzi li jeħtieġu impjegati u t-tekniċi dejjem aktar speċjalizzati.

(245)

Il-Portugall kompla jsaħħaħ l-argument tiegħu billi rrefera għal dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni riċenti dwar is-settur petrokimiku (55) li jiddikjara li filwaqt li l-industrija timpjega direttament 100,000 ruħ biss fl-UE, jista’ jitqies li bejn 400,000 u 600,000 impjieg jiddependu direttament fuq l-industrija tar-raffinar tal-UE. L-istess dokument fin-nota 41 f’qiegħ il-paġna, issemmi 600,000 impjieg ieħor fil-loġistika u l-kummerċjalizzazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, proporzjon aktar għoli minn 3:1 jista’ jkun iġġustifikat, jiġifieri proporzjon ta’ bejn 4:1 u 6:1, u meta jitqies il-ħolqien tal-impjiegi fil-loġistika u l-kummerċjalizzazzjoni, anke ta’ 12:1.

(246)

Il-Portugall indika wkoll li, f’xenarju kontrofattwali “mingħajr għajnuna u mingħajr proġett”, Petrogal kienet tirristruttura r-raffineriji tagħha u tnaqqas il-ħaddiema tagħha, b’telf ta’ 160 impjieg dirett. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tqis, fil-valutazzjoni tagħha tal-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali, it-310 impjiegi diretti maħluqa jew miżmuma (56), u bejn madwar 930 (57) u 3,720 impjiegi indiretti li eventwalment jirriżultaw mill-proġett ta’ investiment, li jtaffu l-ammont eċċessiv ta’ għajnuna għal kull xogħol dirett.

(247)

Barra minn hekk, il-Portugall enfasizza li l-proġett ta’ investiment jikkostitwixxi l-akbar investiment uniku li qatt sar fil-Portugall u se joħloq 3,000 impjieg temporanju fir-reġjuni kkonċernati matul il-fażi tal-kostruzzjoni.

(248)

Barra minn hekk, f’deċiżjonijiet preċedenti (58) li approvaw għajnuna reġjonali ad hoc, il-Kummissjoni rreferiet għall-importanza ta’ dawn il-fatturi li ġejjin:

iż-żieda tad-dħul tal-impjegati (il-ħolqien ta’ impjiegi diretti u indiretti mħallsa aktar),

il-benessri soċjali fir-reġjun (permezz ta’ titjib fil-kundizzjonijiet ambjentali u tal-għajxien, sponsorizzazzjoni ta’ avvenimenti lokali),

it-titjib tal-potenzjal tal-kapital uman (permezz ta’ taħriġ, edukazzjoni, programmi ta’ PhD),

il-kontribut għar-R&Ż, it-teknoloġija u t-trasferiment tal-għarfien (bħala riżultat tal-investiment tal-aġġornar),

iż-żieda fl-attività għas-sottokuntratturi fl-oqsma kkonċernati,

l-użu aħjar tal-faċilitajiet tal-port eżistenti.

Dawn il-fatturi huma ċertament elementi pożittivi li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-kontribut tal-għajnuna u tal-proġett ta’ investiment għall-iżvilupp reġjonali fil-Portugall.

(249)

Għalhekk, il-kummenti mill-Portugall u diversi partijiet interessati jirreferu għal kontribuzzjonijiet importanti oħra għall-iżvilupp reġjonali f’termini ta’ impatt ambjentali u soċjali, aktar taħriġ, u protokolli ma’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla.

(250)

Il-Portugall irrefera wkoll għall-iżvilupp tal-katina tal-provvista u l-impatt tal-kostruzzjoni tal-unitajiet ġodda fuq l-istruttura industrijali nazzjonali, b’impatt fuq ix-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, ix-xogħolijiet tal-bini u l-assemblaġġ tal-inġinerija mekkanika. Dan hu ċertament impatt pożittiv, iżda hu biss temporanju jew ta’ natura ġenerali (ara l-Premessa (154)).

(251)

Il-Kummissjoni tqis l-effetti sekondarji pożittivi mhux temporanji tal-proġett ta’ investiment fir-reġjuni kkonċernati kif ippreżentati mill-Portugall. B’mod partikolari, il-perjodu twil mistenni tar-raffineriji (li huma mistennija li joperaw għal mill-anqas 30 sena), l-impatt pożittiv fuq l-industrija tas-sottokuntrattar, l-ammont sinifikanti ta’ taħriġ u l-għadd ta’ protokolli ma’ skejjel u universitajiet, juru l-importanza tar-raffineriji fir-reġjuni kkonċernati. Anke jekk parti kbira minn dawn l-effetti sekondarji pożittivi huma diġà preżenti b’konsegwenza taż-żmien twil ta’ eżistenza tar-raffineriji, jista’ jiġi maqbul li l-investimenti ċertament isaħħu l-irwol tal-preżenza ta’ Petrogal kemm f’Sines u f’Oporto.

(252)

Il-Portugall issottometta wkoll analiżi tal-kost-benefiċċju tal-proġett tal-għajnuna. Analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji timmira li tmur lil hinn minn analiżi tal-vijabbiltà tal-proġett mill-investitur, kif ukoll li tqis il-benefiċċji u l-kostijiet soċjali (skontati) kollha li jirriżultaw mill-proġett. F’dan il-kuntest, analiżi tal-kost-benefiċċju tikkwantifika l-benefiċċji mistennija, inkluż l-ammont tat-taxxi mill-impjiegi diretti u indiretti, il-kontribut għall-qgħad iffrankat (peress li jkunu salvagwardjati l-impjiegi), l-ammont tat-taxxi mill-konsum, id-dħul addizzjonali għall-port ta’ Leixões, l-appoġġ dirett għall-komunitajiet lokali, eċċ.

(253)

L-analiżi tal-kost-benefiċċju tikkonkludi li l-għajnuna hi ta’ benefiċċju kbir għall-Portugall. Ovvjament, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-analiżi tal-kost-benefiċċju jmur lil hinn mir-reġjuni tan-Norte u tal-Alentejo li huma direttament ikkonċernati mill-proġett ta’ investiment. Madankollu, jekk il-benefiċċju nazzjonali hu proporzjonalment trasferit lir-reġjuni kkonċernati skont il-piż ekonomiku rispettiv tagħhom, ir-raġjuni tan-Norte u tal-Alentejo jieħdu 34,8 % ta’ dan il-benefiċċju nazzjonali.

(254)

Il-Portugall enfasizza wkoll li l-għajnuna u l-investiment li jirriżulta kellhom effetti ta’ benefiċċju f’oqsma ta’ politika oħra differenti minn dik tal-iżvilupp reġjonali. Il-Portugall insista fuq l-importanza strateġika tal-proġett ta’ investiment fil-livell nazzjonali u f’termini ta’ importanza għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija Ewropea. Dawn l-effetti pożittivi jinkludu t-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni, ir-risposta għad-domanda dejjem ikbar ta’ diżil, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija fiż-żewġ raffineriji, u l-impatt ambjentali pożittiv. Dawn l-argumenti ma jistgħux jitqiesu fil-valutazzjoni tal-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali.

(255)

Minkejja li l-ammont ta’ għajnuna għal kull xogħol maħluq dirett prima facie jidher sproporzjonat, l-effetti pożittivi indiretti (l-impjiegi indiretti, l-effetti sekondarji, il-ħolqien ta’ impjiegi bi dħul għoli, it-titjib tal-kapital uman, it-titjib l-benessri soċjali) jindikaw kontribut reġjonali f’Alentejo u fin-Norte li ma jistax jitqies bħala negliġibbli. Għalhekk il-Kummissjoni qed telimina d-dubju inizjali tagħha dwar il-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali.

(256)

Barra minn hekk, sezzjonijiet sussegwenti dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 68(a) u (b) juru li l-effetti negattivi settorjali tal-għajnuna huma limitati peress li s-swieq ikkonċernati mill-proġett ta’ investiment mhumiex batuti, jiġifieri li mhumiex jesperjenzaw tnaqqis assolut jew relattiv. Barra minn hekk, Petrogal ma għandhiex sehem kbir fis-suq ta’ wara r-raffinar rilevanti li jista’ jirriżulta f’abbuż permezz ta’ imġieba antikompetittiva. Is-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet tan-nafta tqila mal-industrija tal-aromatiċi għandha effetti limitati fuq il-fornituri taż-ŻEE. Għalhekk il-Kummissjoni qed telimina d-dubju inizjali tagħha li l-effetti settorjali negattivi tal-għajnuna mhumiex ikkoreġuti mill-kontribut mistenni tagħha għall-iżvilupp reġjonali.

Dispożizzjonjiet ġenerali oħra

(257)

Skont il-paragrafu 9 tal-LGGħR, Petrogal mhijiex kumpanija f’diffikultà fl-ambitu tat-tifsira tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (59).

(258)

Skont il-paragrafu 39 tal-LGGħR, il-kontribuzzjoni tagħha stess għan-nefqa eliġibbli hi ogħla minn 25 % (ara l-Premessa 36 hawn fuq)

(259)

Skont il-paragrafu 50 tal-LGGħR, in-nefqa eliġibbli tal-proġett ta’ investiment hi kkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli (ara l-Premessa 35 hawn fuq).

(260)

Skont il-paragrafi 71-75 tal-LGGħR, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni tal-għajnuna huma rrispettati (ara l-Premessa 43 hawn fuq).

(261)

Skont il-paragrafu 40 tal-LGGħR, l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li Petrogal tkompli l-proġett ta’ investiment fir-reġjuni kkonċernati għal perjodu minimu ta’ ħames snin wara li jitlesta.

(262)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna hi konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-LGGħR.

6.5.   Il-kumpatibbiltà mal-kriterji għal proġetti kbar ta’ investiment – il-verifika tad-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ

Proġett ta’ investiment uniku

(263)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-proġett ta’ investiment jistax jitqies bħala PIU fit-tifsira tal-paragrafu 60 tal-LGGħR, minkejja l-fatt li r-raffineriji mhumiex f’prossimità ġeografika immedjata.

(264)

Għalkemm ma hemmx prossimità ġeografika bejn iż-żewġ raffineriji, il-Portugall iqis li hemm rabtiet ekonomiċi, funzjonali u strategiċi f’saħħithom bejniethom. Mingħajr l-investiment għall-unità tad-distillazzjoni fil-vakwu f’Matosinhos, l-investiment relatat għall-idrokrakkjatur f’Sines ma jkunx possibbli, minħabba r-riskju ta’ nuqqasijiet frekwenti fis-suq tal-gażolju fil-vakwu (materja ta’ bażi għall-idrokrakkjatur). Għalhekk il-Portugall iqis li r-rabtiet funzjonali f’saħħithom jagħmlu lir-raffineriji ekonomikament indiviżibbli.

(265)

Il-Kompetitur Nru 1 jikkontesta dan l-approċċ peress li hu jqis li l-assi fissi tal-proġett ta’ investiment huma ekonomikament diviżibbli.

(266)

Wieħed mill-kummenti tal-partijiet terzi rċevut bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ indika li ż-żieda fil-produzzjoni tan-nafta tqila hi kruċjali għat-twettiq tal-investiment mill-grupp La Seda f’Sines. Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-investiment ta’ La Seda setax jikkostitwixxi PIU flimkien mal-investiment f’Matosinhos. Il-Portugall ikkonferma li ż-żieda tal-produzzjoni tan-nafta tqila se tiġi użata esklużivament minn Petrogal internament u li n-nafta tqila mhix se tinbiegħ lil partijiet terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proġett ta’ investiment ma jikkostitwixxix PIU flimkien mal-proġett ta’ investiment ta’ La Seda.

(267)

Il-paragrafu 60 tal-LGGħR hu indirizzat għall-proġetti ta’ investiment li huma diviżi artifiċjalment f’sottoproġetti biex jiġi evitat il-mekkaniżmu ta’ tnaqqis fl-iskala li jnaqqas l-intensità massima tal-għajnuna li tista’ tiġi applikata għall-proġetti ta’ investiment ‘il fuq minn EUR 50 miljun. F’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni vverifikat li l-intensità tal-għajnuna applikata (12,43 % NPV) hi taħt l-intensità massima tal-għajnuna li kellha tiġi applikata fil-każ li l-proġett ta’ investiment ikun meqjus bħala PIU (14,28 % NPV) u għalhekk, hi taħt l-intensità massima tal-għajnuna li ż-żewġ proġetti, separatament, setgħu bbenefikaw. Għalhekk, l-intensità massima tal-għajnuna, anki fil-każ ta’ PIU, ġiet irrispettata, u l-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex neċessarju li tiddeċiedi jekk iż-żewġ proġetti f’Sines u Matosinhos jikkostitwixxux PIU jew le minkejja d-distanza ġeografika tagħhom, peress li l-kwistjoni ma tippreġudikax il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna skont il-LGGħR.

L-intensità tal-għajnuna

(268)

Il-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna skont il-paragrafu 67 tal-LGGħR jiddependi fuq jekk il-proġett ta’ investiment hux meqjus bħala PIU jew inkella bħala żewġ proġetti ta’ investiment separati. Fil-każ tal-aħħar, jekk l-investimenti fiż-żewġ postijiet jitqiesu separatament, allura l-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna tieħu inkonsiderazzjoni ż-żewġ limiti ta’ għajnuna reġjonali standard differenti applikabbli għal Sines (40 %) u għal Matosinhos (30 %).

(269)

Kif innotifikat mill-Portugal, il-kostijiet totali eliġibbli ppjanati tal-proġett ta’ investiment jammontaw għal EUR 1 058 934 146 (EUR [ ] għall-investiment f’Sines u EUR [ ] għal Matosinhos) f’valur nominali.

(270)

Il-valur preżenti nett tal-investiment f’Sines jammonta għal EUR [ ] għal ammont ta’ għajnuna ppjanat ta’ EUR [ ] fil-valur preżenti nett, li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna għal din ir-raffinerija ta’ 13,12 % bħala ekwivalenti gross tal-għotja (EGGħ), li hi taħt l-intensità ta’ għajnuna massima aġġustata ta’ 15,94 %.

(271)

Il-valur preżenti nett tal-investiment f’Matosinhos jammonta għal EUR [ ] għal ammont ta’ għajnuna ppjanat ta’ EUR [ ] f’valur preżenti nett, li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna għal dan ir-raffinerija ta’ 10,66 % bħala ekwivalenti gross tal-għotja (EGGħ), li hi taħt l-intensità ta’ għajnuna massima aġġustata ta’ 14,68 %.

(272)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ċċekkjat l-intensità tal-għajnuna fiż-żewġ reġjuni, li hi differenti, peress li hi 40 % f’Sines u 30 % f’Matosinhos, u kkalkulat mill-ġdid l-intensità massima tal-għajnuna bl-użin tal-intensitajiet tal-għajnuna filwaqt li ħadet kont b’mod proporzjonali tal-investiment (fil-valur preżenti nett) fir-reġjun korrispondenti fuq l-investiment totali. Ir-riżultat kien ikun intensità ta’ għajnuna ta’ 37,18 %, li tikkorrispondi għal intensità massima tal-għajnuna aġġustata ta’ 14,21 %.

(273)

Anke f’każ fejn il-proġett ta’ investiment kien ikun ikkunsidrat bħala PIU, il-valur preżenti nett tal-kostijiet totali tal-investiment kienu jkunu jammontaw għal EUR 974 064 894. L-aħajnuna totali ppjanat tammonta għal EUR 121 091 314 f’valur preżenti nett, li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ 12,43 % tal-EGGħ, li hu taħt l-intensità massima ta’ għajnuna kkalkulata qabel ta’ 14,21 %.

(274)

Għalhekk, peress li l-intensità tal-għajnuna f’EGGħ tkun tirriżulta taħt l-intensità ta’ għajnuna massima aġġustata filwaqt li tikkunsidra r-regoli dwar it-tnaqqis fl-iskala, il-Kummissjoni tqis li l-intensità ta’ għajnuna proposta għall-proġett ta’ investiment tikkonforma mal-paragrafu 67 tal-LGGħR.

(275)

Il-Portugall assikura li l-ammont massimu ta’ għajnuna u l-intensità massima ta’ għajnuna kif stabbiliti f’din id-Deċiżjoni mhux se jiġu maqbuża, anke f’każ li l-ispiża eliġibbli tkun aktar baxxa jew ogħla.

L-evalwazzjoni skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 68 (a) u (b) tal-LGGħR

(276)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar ċerti kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-għajnuna skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 68 (a) u (b) tal-LGGħR. Dawn il-kwistjonijiet kienu kif ġej:

jekk il-prodotti kkonċernati mill-proġett ta’ investiment kinux esklużivament diżil u nafta tqil, kif mistqarr mill-Portugall, jew jinkludux ukoll prodotti oħra relatati mar-raffinerija, minħabba l-potenzjal ta’ sostitwibbiltà ta’ prodotti tar-raffinerija min-naħa tal-provvista u l-fatt li n-nafta tqila tista’ titqies bħala prodott intermedju skont it-tifsira tal-paragrafu 69 tal-LGGħR;

jekk is-suq tal-prodott rilevanti hux fuq il-livell ta’ wara r-raffinerija kemm għad-diżil u kemm għan-nafta tqila, kif stqarr il-Portugall;

jekk is-suq ġeografiku rilevanti għall-prodotti kkonċernati għandhomx ikunu ddefiniti fil-livell nazzjonali, reġjonali (il-peniżola tal-Iberja) jew taż-ŻEE;

jekk il-benefiċjarju, Petrogal, u l-gruppi Galp Energia u ENI għal liema tappartjeni Petrogal, għandhomx sehem fis-suq ogħla minn 25 % ta’ kwalunkwe suq rilevanti (il-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR);

għall-prodotti kollha kkonċernati, jekk il-kapaċità ta’ produzzjoni maħluqa mill-proġett ta’ investiment hix ogħla minn 5 % ta’ kwalunkwe suq rilevanti mkejla bl-użu ta’ dejta tal-konsum apparenti u, jekk hu hekk, jekk ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat tul l-aħħar ħames snin hix iżgħar mir-rata medja tat-tkabbir annwali tal-PDG taż-ŻEE.

(277)

Fil-Premessi (278) sa (311), il-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid jekk il-limiti tat-testijiet fil-paragrafu 68(a) u (b) inqabżux sabiex tiddeċiedi jekk hix meħtieġa valutazzjoni fil-fond tal-proġett ta’ investiment. L-ewwel, ġew eżaminati l-prodotti kkonċernati u meqjusa bħala kkonċernati mill-proġett ta’ investiment. It-tieni, ġew identifikati s-swieq tal-prodotti rilevanti. It-tielet, ġie analizzat jekk il-valutazzjoni għandhiex isseħħ fil-livell tas-suq ta’ wara r-raffinerija, tal-bejgħ bl-imnut jew mhux. Fil-Premessi (312) sa (344), is-suq tal-prodott u s-suq ġeografiku rilevanti ġew stabbiliti u wara dan ġie assessjat is-suq tal-prodott ikkonċernat fir-rigward tas-sehem fis-suq rilevanti ta’ Petrogal. Finalment, l-analiżi tiffoka fuq jekk iż-żieda tal-kapaċità tal-prodott taqbiżx il-5 % tal-konsum apparenti taż-ŻEE rilevanti fuq suq fejn it-tkabbir tal-konsum apparenti taż-ŻEE għall-prodotti kkonċernati mhux sejjer tajjeb.

Il-prodotti kkonċernati/meqjusa kkonċernati mill-proġett ta’ investiment

(278)

Il-paragrafu 69 tal-LGGħR jgħid hekk: “Il-prodott ikkonċernat hu normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment. Meta l-proġett jikkonċerna prodott intermedju u parti sinifikanti mill-produzzjoni ma tkunx mibjugħa fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream....” In-nota 64 f’qiegħ il-paġna ta’ dak il-paragrafu tispeċifika li “Fejn proġett ta’ investiment jinvolvi l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull wieħed mill-prodotti jeħtieġ jiġi kkunsidrat.”

(279)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni identifikat id-diżil u n-nafta tqila bħala prodotti kkonċernati direttament mill-proġett ta’ investiment. Peress li apparentament il-produzzjoni kollha tan-nafta tqila kienet tintuża mill-produzzjoni tad-derivattivi tan-nafta ta’ Petrogal, id-derivattivi tan-nafta ġew meqjusa wkoll bħala prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni aċċettat ukoll l-affermazzjoni tal-Portugall li l-prodotti l-oħra relatati orizzontalment mir-raffineriji (il-petrol, l-LPG, iż-żejt li jintuża bħala fjuwil, il-fjuwil tal-ġettijiet, u l-bitum) ma kinux affettwati mill-proġett ta’ investiment.

(280)

Il-Kummissjoni tinnota l-ispjegazzjoni tal-Portugall li r-raffineriji joperaw fuq il-bażi ta’ funzjoni ta’ produzzjoni ta’ diversi prodotti fejn l-input, iż-żejt mhux maħdum, jiġi ttrasformat f’numru kbir ta’ prodotti intermedji (pereżempju, n-nafta tqila u l-gażolju fil-vakwu) u finali (pereżempju, il-petrol u d-diżil). Ħafna mill-prodotti intermedji huma użati mill-ġdid b’mod immedjat fi stadji differenti tal-proċess tar-raffinar bħala inputs (“materja bażi”), filwaqt li oħrajn huma mibjugħa fis-suq jew użati bħala input għall-industrija petrokimika tal-ewwel ġenerazzjoni, pereżempju, in-nafta tqila għall-produzzjoni tal-aromatiċi. Il-funzjoni teknika tal-produzzjoni tiddependi b’mod partikolari fuq it-tip ta’ żejt mhux maħdum użat (mhux it-tipi kollha ta’ żejt mhux maħdum jistgħu jiġu pproċessati f’ċerti istallazzjonijiet), u l-konfigurazzjoni teknika eżatta tar-raffinerija. Raffinerija li timmassimizza l-profit tipprova tottimizza l-profitti tagħha fuq il-firxa sħiħa ta’ prodotti, l-hekk imsejħa “marġni tar-raffinar”, billi taġġusta l-produzzjoni tal-prodotti differenti, filwaqt li tqis ir-restrizzjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-funzjoni tal-produzzjoni (u t-tip ta’ żejt mhux maħdum użat) u l-prezzijiet fuq id-dħul u l-ħruġ. Madankollu, il-possibbiltajiet għal aġġustament tal-konfigurazzjoni ta’ raffinerija eżistenti mingħajr investimenti addizzjonali huma estremament limitati.

(281)

Is-settur tar-raffinar iffaċċja bidliet strutturali tul l-aħħar deċennju. L-eħfef tipi ta’ żejt mhux maħdum saru aktar u aktar rari u huma dejjem iktar sostitwiti minn tipi itqal ta’ żejt mhux maħdum. Fl-istess ħin, id-domanda tas-suq għad-diżil (li hu sostitut dejjem iżjed komuni għall-petrol bħala fjuwil) kibret malajr. Għall-kuntrarju, id-domanda għaż-żejt li jintuża bħala fjuwil, użat fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u t-trasport marittimu, qed tonqos u mistenni li tonqos aktar (minħabba s-sostituzzjoni tagħha f’dawn l-użi permezz ta’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi). L-UE hi importatur nett tad-diżil u esportatur tal-petrol (prinċipalment għas-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika li hu mistenni li jonqos).

(282)

Kif spjegat mill-Portugall, u kkonfermat mill-Kompetituri Nru 1 u Nru 2, ir-raġuni ekonomika għall-proġett ta’ investiment hi, minn banda waħda, biex ir-raffineriji jkunu jistgħu jipproċessaw tipi itqal ta’ żejt mhux maħdum, u minn banda oħra, biex tinbidel il-konfigurazzjoni tagħha b’mod li tippermetti li r-raffineriji jipproduċu aktar diżil u inqas żejt li jintuża bħala fjuwil.

(283)

Kif deskritt fit-Taqsima 2.2, id-diżil u n-nafta tqila huma l-prodotti kkonċernati direttament mill-proġett ta’ investiment. Fil-fatt, il-proġett ta’ investiment se jżid il-produzzjoni tad-diżil (għad-detriment taż-żejt li jintuża bħala fjuwil) kif ukoll il-produzzjoni tan-nafta tqil, li skont il-Portugall hu effett sekondarju kkawżat b’mod tekniku u inevitabbli. Il-Kummissjoni tinnota li l-affermazzjoni tal-Portugall li l-prodotti l-oħra relatati b’mod orizzontali prodotti mir-raffineriji (il-petrol, l-LPG, iż-żejt li jintuża bħala fjuwil, il-fjuwil tal-ġettijiet, u l-bitum) mhumiex affettwati mill-proġett ta’ investiment.

(284)

Madankollu, il-Kummissjoni aċċertat fl-investigazzjoni formali li l-investiment f’Matosinhos f’unità tad-distillazzjoni fil-vakwu ġdida u visbreaker ġdid se jwassal ukoll għall-produzzjoni tal-gażolju fil-vakwu. Iż-żieda fil-produzzjoni tad-diżil se sseħħ f’Sines, fejn l-unità tal-idrokrakkjatur ġdida se tuża bħala materja ta’ bażi l-gażolju fil-vakwu prodott fir-raffineriji ta’ Matosinhos u Sines. B’konsegwenza, il-gażolju fil-vakwu wkoll irid jitqies bħala prodott ikkonċernat b’mod dirett mill-investiment, peress li l-proġett ta’ investiment se jwassal għal żieda sinifikanti fil-produzzjoni tiegħu fir-raffinerija ta’ Matosinhos.

(285)

Il-Portugall sostna li l-gażolju fil-vakwu se jintuża esklusżivament bħala materja bażi għall-idrokrakkjatur f’Sines. Għalhekk, dan għandu jiġi meqjus bħala prodott intermedju għaż-żieda fil-produzzjoni tad-diżil u mhux jiġi vvlutat separatament. Il-Portugall iddikjara wkoll li l-provvista neċessarja stabbli u sigura ta’ materja ta’ bażi għal idrokrakkjatur ta’ daqs bħal dak ta’ Sines ma setgħatx tiġi żgurata permezz tax-xiri tal-kwantitajiet neċessarji fis-suq. Dan hu minħabba d-daqs limitat ħafna u l-volatilità għolja fis-suq miftuħ tal-materja ta’ bażi għall-vakwu, li hu suq immedjat. B’konsegwenza, l-ebda parti terza potenzjali tal-provvista ma hi eskluża permezz tal-provvisti tal-gażolju fil-vakwu minn Matosinhos għal Sines.

(286)

Il-Kummissjoni taċċetta li l-gażolju fil-vakwu jiġi meqjus bħala prodott intermedju u li parti sinifikanti mill-produzzjoni tal-gażolju fil-vakwu ma tinbiegħx fis-suq (filwaqt li l-ebda parti terza potenzjali tal-provvista ma tkun eskluża). F’dan il-każ, kif stabbilit fil-paragrafu 69 tal-LGGħR, jista’ jiġi konkluż li fir-rigward tal-unità tad-distillazzjoni fil-vakwu ġdida u l-visbreaker ġdid f’Matosinhos, il-prodott ikkonċernat hu l-prodott downstream, jiġifieri d-diżil.

(287)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li r-residwi tal-idrokrakkjatur jistgħu jiġu meqjusa bħala prodott ikkonċernat mill-proġett ta’ investiment (ara l-Premessa (92)). Bħalma spjega l-Portugall, minħabba l-użu tat-teknoloġija tal-isokrakkjar, il-produzzjoni ta’ dawn ir-residwi hu kważi insinifikanti (ara l-Premessa (183)) u għalhekk il-Kummissjoni ma tqisx ir-residwi tal-idrokrakkjar bħala prodott ikkonċernat.

(288)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk id-diżil u n-nafta kinux l-uniċi prodotti kkonċernati, fejn indikat il-fatt li n-nafta jista’ jitqies prodott intermedju fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 69 tal-LGGħR, u li d-derivattivi tan-nafta jistgħu jkunu prodotti meqjusa kkonċernati u li jistgħu jkunu soġġett tat-testijiet skont il-paragrafi 68 (a) u (b).

(289)

Il-Portugall ressaq l-ispjegazzjonijiet li ġejjin:

It-terminu nafta jkopri kemm in-nafta tqila u kemm dik ħafifa; in-nafta tqila u dik ħafifa mhumiex sostitwibbli, la fil-produzzjoni tagħhom, u lanqas fl-użu tagħhom.

In-nafta tqila hi prodott li jintuża bħala materja ta’ bażi fil-proċessi tar-raffinar u fil-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi u mhux biss fil-produzzjoni tal-aromatiċi.

Il-proġett ta’ investiment iwassal għall-produzzjoni addizzjonali tan-nafta tqila f’Sines: il-produzzjoni tan-nafta tqila fir-raffinerija f’Sines hi miżjuda permezz ta’ [200-250] Ktunnellata fis-sena.

L-akbar parti tan-nafta tqila prodotta fir-raffinerija f’Sines hi ttrasportata lejn ir-raffinerija ta’ Petrogal f’Matosinhos fejn, flimkien man-nafta tqila importata minn pajjiżi oħra u n-nafta tqila prodotta f’Matosinhos stess (medja ta’ [650-700] Ktunnellata bejn l-2007 u l-2009), din tiġi pproċessata f’riformatur (60). Il-volum totali ta’ nafta tqila użata fir-raffinerija f’Matosinhos biex jiġi prodott ir-riformatur hu [1 000-1 050] tunnellata (bħala medja bejn l-2007 u l-2009).

Mit-total tal-produzzjoni addizzjonali ta’ [200-250] Ktunnellata ta’ nafta tqila f’Sines, [100-150] Ktunnellata jiġu ttrasportati lejn Matosinhos (il-bqija jiġi użat bħala materja ta’ bażi fil-proċess tal-idrokrakkjar f’Sines) biex jissostitwixxu [100-150] Ktunnellata ta’ nafta tqila importata; il-volum ta’ importazzjoni ta’ [250-300] Ktunnellata ta’ qabel l-investiment hu mnaqqas għal [100-150] Ktunnellata, jiġifieri b’[50-60] %.

92 % tal-importazzjonijiet tan-nafta tqila fl-2009 oriġinaw minn barra ż-ŻEE, 8 % miż-ŻEE (61).

Il-kapaċità ta’ produzzjoni propja tar-raffinerija f’Matosinhos ta’ nafta tqila (produzzjoni medja bejn l-2007 u l-2009: [650-700] Ktunnellata) ma nbidlitx permezz tal-proġett ta’ investiment.

Ir-riformatur hu prodott intermedjarju għall-produzzjoni tal-aromatiċi.

Il-kapaċità ta’ produzzjoni tar-riformatur ma nbidlitx bl-investiment.

Ir-riformatur prodott f’Matosinhos jintuża bħala materja ta’ bażi għall-impjant tal-aromatiċi ta’ Petrogal f’Matosinhos.

L-impjant tal-aromatiċi jipproduċi firxa kbira ta’ aromatiċi primarji jew derivattivi tan-nafta, b’mod partikolari l-benżen, it-toluwen, l-ortoksilen, il-paraksxilen u s-solventi.

Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-impjant tal-aromatiċi (bejgħ medju bejn l-2007 u l-2009: [400-450] Ktunnellata) ma nbidlitx permezz tal-proġett ta’ investiment u l-ebda estensjoni ma hi ppjanata.

L-impjant tal-aromatiċi hu unità ta’ negozju indipendenti; il-prezz intern għan-nafta tqila hu, u se jkun wara l-investiment, il-prezz tal-importazzjoni tan-nafta tqila. Il-prezz tal-bejgħ tar-riformatur għall-impjant tal-aromatiċi hu, u se jkun wara l-investiment, ikkalkulat bħala [10-20] % tal-parità tal-importazzjoni tan-nafta (CIF NEW) u [80-90] % tal-parità tal-esportazzjoni tal-petrol (RBOB USA), u l-kostijiet tat-trasport ta’ Sines għal Porto.

Il-kostijiet tal-materja prima (nafta tqila) irrappreżentaw madwar [90-100] % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-produzzjoni tal-aromatiċi. Il-produzzjoni addizzjonali tan-nafta tqila f’Sines tirrappreżenta madwar 14 % tat-total ta’ nafta tqila ipproċessata f’riformatur.

L-aromatiċi primarji huma mibjugħa fis-suq għall-industrija petrokimika, bil-prezzijiet tas-suq; Petrogal, b’sehem fis-suq taħt [0-5] %, triq toqgħod għall-prezzijiet tas-suq tal-aromatiċi fiż-ŻEE. Il-fatturat totali tal-impjant tal-aromatiċi ta’ Petrogal ammonta għal madwar EUR [ ] miljun fl-2009. Wara li jitlesta l-investiment, [ ] % tal-fatturat (madwar EUR [ ] miljun abbażi tal-bejgħ fl-2009) se jirriżulta min-nafta tqila prodotta addizzjonalment f’Sines.

(290)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Kompetitur Nru 1 jikkunsidra li n-nafta tqila hi prodott intermedju u li l-valutazzjoni għandha tinkludi d-derivattivi tan-nafta bħala prodotti kkonċernati.

(291)

Biex jiġi deċiż jekk it-test fil-paragrafu 68(a) u (b) jridx jitwettaq għad-derivattivi tan-nafta, hu meħtieġ li tingħata interpretazzjoni lill-kliem tal-paragrafu 69 tal-LGGħR. Il-paragrafu 69 jistipula li l-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream meta l-prodott tal-investiment jkun prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produżżjoni tiegħu ma tinbiegħx fis-suq. Dan il-kliem hu indirizzat għal sitwazzjonijiet fejn l-effett distortiv tal-għajnuna fuq il-kompetituri ma jinħassx, jew jinħass biss parzjalment, fuq is-suq tal-prodott intermedju, u jiġi trasferit għas-suq tal-prodott finali. Fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Portugall dwar id-definizzjoni tal-prodotti kkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna la taffettwa l-volumi tal-produzzjoni, la taffettwa l-kostijiet tal-produzzjoni, u lanqas l-imġiba tal-iffissar tal-prezzijiet tal-impjant tal-aromatiċi ta’ Petrogal. Barra minn hekk, il-kwantità ta’ nafta tqila addizzjonali prodotta f’Sines hi ta’ importanza minuri biss, meta mqabbla mal-kwantità globali ta’ nafta tqila użata għall-produzzjoni tar-riformatur. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li s-swieq tal-aromatiċi mhumiex affettwati mill-għajnuna għall-proġett ta’ investiment, jew huma affettwati biss b’mod indirett u b’mod insinifikanti ħafna (permezz ta’ tnaqqis indirett tal-press tal-importazzjoni tan-nafta, ara t-taqsima sussegwenti).

(292)

Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li mhuwiex xieraq li twettaq it-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b) għas-swieq tal-aromatiċi.

(293)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna tista’ taffettwa s-suq tan-nafta, jekk il-proġett ta’ investiment jippermetti s-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet u jġiegħel lill-fornituri jsibu outlets oħra fis-suq tan-nafta tqil. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet it-testijiet tal-paragrafu 68 (a) u (b) fir-rigward tan-nafta tqila bħala prodott ikkonċernat.

Is-swieq tal-prodotti rilevanti

(294)

Il-paragrafu 69 tal-LGGħR jindika li s-suq tal-prodott rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu meqjusa bħala tali jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, prezzijiet u l-użu ntenżjonat) jew mill-produttur (permezz tal-flessibbiltà tal-istallazzjonijiet tal-produzzjoni).

(295)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar is-suq rilevanti għall-prodott(i) kkonċernat(i), minħabba diffikultajiet biex tidentifika definittivament il-lista ta’ prodotti kkonċernati.

Id-diżil

(296)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm sostituti għad-diżil min-naħa tal-konsumatur. Madankollu, kien hemm dubji fuq in-naħa tal-provvista fir-rigward tas-sostitwibbiltà fil-produzzjoni tad-diżil, peress li l-flessibbiltà tal-istallazzjonijiet tal-produzzjoni jistgħu jwasslu għall-produzzjoni ta’ tipi oħra ta’ prodotti (prinċipalment il-petrol) billi jinbidlu l-konfigurazzjonijiet tar-raffineriji.

(297)

Sabiex jiġu indirizzati dawn id-dubji, il-Portugall argumenta li d-deċiżjoni dwar l-Amalgamazzjoni (62) tal-Kummissjoni kkwotata mill-Kummissjoni, irreferiet għal kuntest differenti fejn l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-swieq tal-petrol u d-diżil kien ħafna anqas importanti milli hu llum u li minħabba f’hekk il-livell ta’ flessibbiltà fuq il-livell ta’ bidla bejn il-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ prodotti kienet għadha disponibbli. Madankollu, skont il-Portugall mis-sena 2000, biż-żieda sostanzjali fid-domanda għad-diżil, dawk il-livelli ta’ għażla spiċċaw u llum ma hemmx kapaċità addizzjonali biex tintlaħaq id-domanda.

(298)

Filwaqt li din l-ispjegazzjoni ma teskludix kompletament il-possibbiltà li l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tad-diżil jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-petrol, ma jidhirx realistiku li wieħed jassumi li impriża tista’ tonfoq aktar minn EUR 1 biljun biex iżżid il-kapaċità tagħha biex tipproduċi l-petrol filwaqt li teżisti provvista żejda fl-Ewropa għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott. Diversi studji (63) juru għal tnaqqis fid-domanda għall-petrol u ż-żejt li jintuża bħala fjuwil residwu u żieda fid-domanda għad-diżil fis-suq Ewropew tal-fjuwils tal-magni. Din il-bidla fit-tendenzi għad-domanda ħalliet lir-raffineriji jipproduċu volumi eċċessivi ta’ prodotti li qed jonqsu fid-domanda u fil-valur, u volumi insuffiċjenti ta’ prodott bi tkabbir fid-domanda u l-valur (64). Il-konsum tal-petrol fl-Ewropa hu mbassar li jonqos b’mod sinifikanti matul il-perjodu 2010 sal-2030, bħala riżultat tal-bidla minn karozzi tal-petrol għal karozzi diżil u l-introduzzjoni ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija. Studji disponibbli jindikaw ukoll li d-domanda għall-petrol se tonqos minħabba l-użu ta’ karozzi ta’ użu aktar effiċjenti fl-enerġija fl-Istati Uniti tal-Amerika (is-suq ewlieni tal-esportazzjoni għas-surplus Ewropew) u r-rwol futur mistenni tal-karozzi tal-elettriku.

(299)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ speċifiku, għat-tip ta’ investiment u fid-dawl tat-tendenza għall-perjodu medju tas-suq tal-prodott, il-prodott ikkonċernat, ukoll min-naħa tal-provvista, għandu jitqies li hu d-diżil.

In-nafta u d-derivattivi tan-nafta

(300)

Skont id-diskussjoni tal-prodotti kkonċernati, it-tieni suq tal-prodott rilevanti biex jiġi diskuss hu s-suq għan-nafta tqil. Fir-raffineriji f’Sines, il-produzzjoni tan-nafta tqila hi prodott sekondarju tal-produzzjoni tad-diżil, il-mutur tal-investiment. In-nafta tqila hi użata fil-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, mhux biss fil-produzzjoni tal-aromatiċi. Fl-użu ġenerali tagħha, din ma tistax tinbidel minn xi sostituti. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra s-suq tan-nafta tqila bħala s-suq tal-prodott rilevanti fir-rigward tat-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b).

(301)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-swieq tal-prodott rilevanti fir-rigward tat-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b), huma s-swieq tal-prodotti għad-diżil u n-nafta tqila. Għal skopijiet ta’ informazzjoni, se tingħata wkoll id-dejta għad-derivattivi tan-nafta.

Il-livell li fih trid titwettaq il-valutazzjoni tas-suq

(302)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-kwistjoni jekk dawn is-swieq għandhomx jiġu vvlutati fil-livell ta’ wara r-raffinerija, tal-bejgħ bl-imnut jew mhux.

(303)

Il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2 jikkunsidraw li s-suq tal-prodott rilevanti għandu jkun estiż għall-bejgħ tad-diżil bl-imnut u mhux bl-imnut (ara l-Premessi (93) u (116). Il-Portugall jikkunsidra li, għall-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, il-livell korrett ta’ valutazzjoni hu l-livell ta’ wara r-raffinerija. Id-dispożizzjonijiet tal-LGGħR ma jispeċifikawx f’liema livell għandhom isiru t-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b), u b’mod partikolari t-test skont il-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR.

(304)

Jiddependi fuq il-kwistjoni li tkun trid tiġi analizzata, u t-teorija sottostanti tal-ħsara, il-politika tal-kompetizzjoni tivvaluta s-sitwazzjoni kompetittiva tas-swieq fuq livelli differenti, il-manifattura, id-distribuzzjoni (mhux bl-imnut) u bl-imnut. L-atturi tas-suq huma, pereżempju fis-settur tal-karozzi, il-konsumaturi u l-kummerċjanti individwali tal-karozzi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, il-kummerċjanti tal-karozzi u d-distributuri għall-livell mhux bl-imnut, u d-distributuri u l-produtturi għall-livell tal-manifattura. Għall-prodotti kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, l-atturi tas-suq huma, pereżempju, is-sidien tal-karozzi u l-istazzjonijiet tal-fjuwil għas-suq tal-bejgħ bl-imnut, l-istazzjonijiet tal-fjuwil u d-distributuri għas-suq tal-bejgħ mhux bl-imnut, u r-raffineriji u d-distributuri għas-suq ta’ wara r-raffinerija.

(305)

Il-livell tal-manifattura f’din id-Deċiżjoni jikkorrispondi għall-livell ta’ wara r-raffinerija. Il-Portugall ikkonferma li s-suq ta’ wara r-raffinerija hu ekwivalenti għat-total tas-suq tad-diżil. Skont il-Portugall, il-kunċett ta’ “bejgħ ta’ wara r-raffinerija” jinkludi l-bejgħ kollu li sar f’lottijiet kbar fuq bażi spot (direttament mal-ħruġ mir-raffinerija) lill-kumpaniji taż-żejt (inkluż il-kumpaniji ta’ Galp Energia stess), in-negozjanti, il-bejjiegħa jew il-konsumaturi industrijali kbar, inklużi l-importazzjonijiet tad-diżil (65). Il-bejgħ ta’ wara r-raffinerija fil-Portugall jikkorrispondi għall-bejgħ ta’ wara r-raffinerija kollu fil-Portugall, imnaqqsal-esportazzjonijiet u miżjuda l-importazzjonijiet lejn il-Portugall. In-naħa tal-provvista tas-suq ta’ wara r-raffinerija fil-Portugall għalhekk jinkludi r-raffineriji ta’ Petrogal u dawn mhux Portugiżi li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn il-Portugall u, pereżempju, għan-naħa tad-domanda tas-suq tad-diżil, il-katini differenti ta’ distributuri tal-petrol, bħal Petrogal, Repsol, CEPSA, u BP li jew jixtru jew huma fornuti minn Petrogal, jew jimpurtaw id-diżil minn barra l-Portugall.

(306)

L-għan ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna għall-investiment mhux li jipproteġi lill-konsumaturi (jew lin-negozjanti) kontra l-konsegwenzi mhux mixtieqa ta’ imġiba antikompetittiva, bħat-tnaqqis ta’ kirjiet tal-konsumatur permezz tal-ipprezzar monopolistiku mill-kartelli jew l-atturi fis-suq li jabbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom fis-suq. Fil-fatt, l-għajnuna għall-investiment tippermetti li jiżdied l-output fis-suq, u b’hekk twassal għal tnaqqis fil-prezz li hu prima facie, għall-inqas f’terminu qasir u medju, benefiċjali għall-konsumaturi.

(307)

L-objettiv tal-kontroll tal-għajnuna għall-investiment hu pjuttost li jipproteġi l-produtturi l-oħra u l-ekonomiji tal-Istati Membri l-oħra kontra l-effetti ta’ distorsjoni eċċessiva (jiġifieri li tmur lil hinn mil-livell ta’ distorsjoni li hu kkunsidrat kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat) tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Din il-kompetizzjoni bejn il-manifatturi sseħħ fuq il-livell tal-manifattura, u f’dan il-każ, il-kompetizzjoni bejn r-raffineriji sseħħ fil-livell tal-bejgħ ta’ wara r-raffinerija.

(308)

Filwaqt li l-limiti standard tal-għajnuna reġjonali stabbiliti fil-mapep għall-għajnuna reġjonali u t-tnaqqis tal-intensitajiet tal-għajnuna għall-proġetti kbar ta’ investiment skont il-paragrafu 60 tal-LGGħR huma maħsuba biex jimponu livell standard (u għal proġetti kbar) progressiv ta’ protezzjoni kontra tali distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ, it-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b) huma mfassla biex jiffiltraw, għall-valutazzjoni fil-fond sussegwenti, is-sitwazzjonijiet fejn il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tista’ tkun affettwata b’mod partikolari. It-test tal-paragrafu 68(b) jeżamina sa liema punt l-għajnuna għall-investiment tinvolvi żieda ewlenija fil-kapaċità li tippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna li jġib kwantitajiet fis-suq b’tnaqqis assolut jew relattiv skont kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk li kellhom kompetituri li ma jirċevux għajnuna. It-test tal-paragrafu 68(a) jeżamina sa liema punt l-għajnuna għall-investiment se żżomm, isaħħaħ, jew toħloq pożizzjoni qawwija fis-suq għall-benefiċjarju tal-għajnuna li tista’ tiġi abbużata minn parteċipant dominanti fis-suq, billi pereżempju jeskludi l-parteċipazzjoni fis-suq. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, il-kompetituri jistgħu jitilfu l-ishma tas-suq fis-suq fil-livell tal-manifattura, jaraw il-profittabbiltà tagħhom tonqos, jew jistgħu jiġu esklużi mis-suq, filwaqt li l-kompetituri potenzali jistgħu ma jitħallewx jidħlu fis-suq.

(309)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-testijiet iridu jitwettqu fuq livell tal-manifattura. Fil-fatt, is-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-manifattura hi deċiżiva peress li d-deċiżjonijiet tal-għajnuna mill-Istat dwar l-għajnuna għall-faċilitajiet tal-produzzjoni jivvalutaw l-effetti tal-għajnuna fuq id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-manifatturi u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, jista’ jkun preżunt li meta l-benefiċjarju jkollu sehem tas-suq upstream (wara r-raffinerija) għoli, dan joħloq fih innifsu probabbiltà għolja biżżejjed li tinstab distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni, irrispettivament mis-sehem fis-suq downstream. Għalhekk, il-bejgħ tad-diżil fil-livell bl-imnut u mhux, anki jekk dan kien inkluż fid-definizzjonijiet tas-swieq tal-prodott rilevanti f’każijiet tal-Kummissjoni preċedenti dwar l-amalgamazzjonijiet (66), dan ma għandux bżonn jiġi kkunsidrat għall-iskop tat-testijiet tal-paragrafu 68(a) u (b).

(310)

It-testijiet tal-paragrafu 68 (a) u (b) huma filtri sempliċi maħsuba biex jidentifikaw b’mod mekkaniku s-sitwazzjonijiet ta’ riskju għall-kompetizzjoni u l-kummerċ. Madankollu, il-valutazzjoni ddettaljata ta’ dawn ir-riskji hu l-iskop tal-valutazzjoni fil-fond sussegwenti. Filwaqt li din il-valutazzjoni fil-fond normalment tindirizza s-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-manifattura, jista’ jkun meħtieġ, pereżempju f’każ ta’ għeluq tas-suq, li jiġi analizzat l-impatt tal-għajnuna fis-swieq downstream.

(311)

Għalhekk, bil-kunsiderazzjoni tal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni dwar il-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat f’setturi ekonomiċi oħra, b’mod partikolari fis-settur tal-karozzi (67), u l-fatt li l-proġett ta’ investiment jikkonċerna esklużivament in-nefqa fl-attività ta’ raffinar ta’ Petrogal, għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-testijiet tal-paragrafu 68 (a) u (b), il-livell ta’ wara r-raffinerija biss hu l-livell rilevanti għal din id-Deċiżjoni.

Is-suq ġeografiku rilevanti

Is-suq ġeografiku rilevanti għad-diżil

(312)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-suq ġeografiku rilevanti għad-diżil għandux jiġi kkunsidrat li hu mifrux maż-ŻEE, reġjonali (il-peniżola tal-Iberja) jew nazzjonali.

(313)

Il-Portugall iqis li s-suq rilevanti għad-diżil għandu jkun usa’ mis-suq nazzjonali, preferibbilment is-suq tal-Ewropa tal-Punent jew is-suq taż-ŻEE. Il-Kompetituri Nru 1 u Nru 2 ma jiddifferenzjawx bejn il-livell tas-suq li għandu jkun evalwat. Huma jargumentaw li s-suq ġeografiku rilevanti għandu jkun is-suq Portugiż jew, l-aktar, is-suq tal-Iberja.

(314)

Fl-1997, il-Kummissjoni adottat l-Avviż tagħha dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (“l-avviż”) (68). L-Avviż jistipula li s-suq ġeografiku rilevanti jinkludi ż-żona fejn l-impriżi kkonċernati jkunu involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġirien peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni.

(315)

L-Avviż hu maħsub bħala strument ta’ valutazzjoni tal-politiki tal-antitrust u l-kontroll tal-amalgamazzjonijiet. Dan hu bbażat fuq is-setgħat ta’ investigazzjoni disponibbli skont tali politiki u mhuwiex applikabbli b’mod dirett għall-għajnuna mill-Istat. L-Avviż jirrikonoxxi b’mod espliċitu li “l-fokus tal-istima ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat hu dak li jirċievi l-għajnuna u l-industrija/settur konċernata aktar mill-identifikazzjoni ta’ xkiel kompettittiv iffaċċjat minn dak li jirċievi l-għajnuna”. Madankollu, l-Avviż jgħid li elementi ta’ approċċ żviluppati hemmhekk “jistgħu jservu ta’ bażi għall-assessjar tal-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat”.

(316)

Sa issa, il-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx avviż fuq il-prinċipji u l-approċċ għad-definizzjoni tas-suq tal-prodott u ġeografiku rilevanti għall-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat. Il-LGGħR infushom ma jipprovdux gwida dwar kif is-suq ġeografiku rilevanti għandu jkun definit. Madankollu, il-paragrafu 70 tal-LGGħR jinkludi kliem li jidher li jagħti xi preferenza għall-valutazzjoni fuq livell taż-ŻEE: “Għal finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (a) (…), il-bejgħ (…) jiġu definiti (…), normalment fiż-ŻEE, jew jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew rilevanti, fuq il-bażi ta’ kwalunkwe segmentazzjoni oħra tas-suq ġeneralment aċċettata li għaliha hemm disponibbli dejta tal-istatistika”.

(317)

Id-definizzjoni xierqa ta’ suq ġeografiku għandha titqies fid-dawl tat-teorija sottostanti ta’ ħsara. Madankollu, jidher kawtel li wieħed jassumi li t-test misjub fil-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR, rigward l-ishma tas-suq li jaqbżu l-25 %, hu maħsub biex jipproteġi l-kompetituri taż-ŻEE milli jiġu esklużi mis-suq li joperaw fih jew ikunu pprevenuti l-aċċess għal dak is-suq (eliminati) bl-imġiba antikompetittiva ta’ benefiċjarju ta’ għajnuna bis-saħħa fis-suq.

(318)

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, mhux rilevanti li ssir definizzjoni tad-delimitazzjoni ġeografika eżatta tas-suq fil-livell tal-manifattura; peress li s-sehem fis-suq ta’ Petrogal jaqbeż il-limitu ta’ 25 % fis-suq nazzjonali biss. Hu biżżejjed li jkun ivverifikat jekk is-suq nazzjonali jikkostitwixxix is-suq ġeografiku rilevanti. L-argumenti ppreżentati mill-Kompetituri, li dwarhom il-Portugall ikkumenta, b’mod partikolari rigward l-ostakli għall-importazzjoni u l-kapaċità limitata ta’ ħżin, kienu kkunsidrati. Ġie konkluż li d-definizzjoni ta’ suq ġeografiku li tiddevja mill-approċċ normali li jiddefinixxi s-swieq għall-fini tat-testijiet tal-paragrafu 68 (a) u (b) bħala s-suq taż-ŻEE, u li tistabbilixxi s-suq nazzjonali bħala suq ġeografiku rilevanti, tista’ tkun iġġustifikata biss jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li s-suq hu fil-biċċa l-kbira magħluq. Għalhekk hu neċessarju li jiġi vvalutat jekk hemmx ostakli għall-kummerċ li ma jħallux lill-impriżi li jikkompetu ma’ Petrogal fis-suq tal-bejgħ mhux bl-imnut jimpurtaw id-diżil minn raffineriji mhux Portugiżi jekk il-prezzijiet li huma applikati fis-suq Portugiż ta’ wara r-raffinerija jaqbżu dawk osservati fuq suq ikbar.

(319)

F’dan il-kuntest, ġie nnotat dan li ġej:

Id-diżil mibjugħ fis-suq Portugiż għandu l-istess karatteristiċi tekniċi tad-diżil mibjugħ fis-swieq ġirien.

Ma hemm l-ebda dazji ta’ importazzjoni għall-kummerċ bejn iż-ŻEE.

Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet regolatorji jew amministrattivi li jillimitaw l-importazzjonijiet lejn il-Portugall.

Id-dejta statistika pprovduta mill-Portugall (ara l-Premessa (195)) turi l-eżistenza ta’ flussi kummerċjali, kemm importazzjonijiet fil-Portugall, u esportazzjonijiet mill-Portugall għall-pajjiżi ġirien. L-esportazzjonijiet naqsu minħabba l-bżonn akbar għad-diżil fil-Portugall.

L-importazzjoni sseħħ kemm permezz tat-trasport marittimu kif ukoll fuq l-art; il-volumi tal-importazzjoni matul l-aħħar snin kienu ferm reattivi għal avvenimenti esterni, u żdiedet b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin. Iż-żieda fl-importazzjonijiet turi li l-operaturi l-oħra għandhom għażliet alternattivi tal-provvista, u għandhom kapaċità biex jissostitwixxu l-provvisti diretti mir-raffineriji ta’ Petrogal mal-importazzjonijiet. Mill-informazzjoni mressqa mill-Portugall (ara l-Premessa (195)), jidher li dan hu evidenti b’mod partikolari għas-sena 2009, meta l-produzzjoni kienet waqfet għal bosta ġimgħat wara inċident fir-raffinerija ta’Sines.

Il-Portugall jiċħad l-allegazzjonijiet li Petrogal tikkontrolla aktar minn 90 % tal-kapaċità ta’ ħżin eżistenti u jiċċara li l-kapaċità tal-ħżin tal-partijiet terzi tirrappreżenta kapaċità ta’ kunsinna ta’ 2,9 Mtunnellati fis-sena, li tirrappreżenta aktar minn 50 % tas-suq nazzjonali. L-ebda parti terza kompetitriċi ma kienet interessata li tixtri kapaċità ta’ ħżin addizzjonali meta kienet offruta għall-bejgħ.

Il-kompetituri kienu mistiedna mill-Kummissjoni biex jagħtu eżempji konkreti li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ dawn l-ostakli għall-kummerċ jew deskrizzjonijiet tas-sitwazzjonijiet fejn sofrew diffikultajiet fl-importazzjoni tad-diżil, iżda dawn ma ssottomettewx tali informazzjoni.

(320)

Fin-nuqqas ta’ eżempji konkreti u fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Portugall dwar il-kapaċitajiet tal-ħżin u l-importazzjonijiet, hu konkluż li ma hemm l-ebda evidenza li r-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta’ ħżin u l-ostakli oħra jeżistu de facto fl-importazzjoni tad-diżil.

(321)

Rigward il-prezzijiet tad-diżil akkwistat minn partijiet terzi minn Petrogal fil-livell ta’ wara r-raffinerija, dawn jidhru li huma simili għall-kost tal-importazzjoni tad-diżil fil-Portugall. Kif issuġġerit mill-Portugall matul in-notifika u ddikjarat fil-Parti 3.4.3 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-prezzijiet fuq il-livell ta’ wara r-raffinerija huma stabbiliti skont kwotazzjonijiet internazzjonali tal-prezz tal-prodott u, fil-każ tal-prodotti tar-raffineriji fil-Portugall, skont il-prezzijiet Platts (Rotterdam) għar-reġjun tal-Ewropa tal-Majjistral flimkien mal-ispreads (it-trasport, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, it-telf, u oħrajn). Dan jipponta lejn suq usa’ minn dan nazzjonali (Portugiż). Il-partijiet terzi kompetituri ma kinux ressqu argumenti rigward il-prezzijiet ta’ wara r-raffinerija applikati minn Petrogal, iżda llimitaw il-kummenti tagħhom għall-poter fis-suq u l-pożizzjoni ta’ Petrogal. Il-Kompetitur Nru 1 irrimarka li l-proporzjon tat-total tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tad-diżil kien baxx wisq biex jiġġustifika s-suq reġjonali, iżda ma indikax xi nuqqas tad-diżil, jew xi sitwazzjoni fejn il-kontroll tal-kapaċità tal-ħżin wassal lill-kompetituri f’diffikultajiet.

(322)

Il-Kompetitur Nru 2 minflok irrimarka (ara l-Premessa (109)) li l-proġett ta’ investiment kien jittrasforma lil Petrogal f’esportatur nett għal swieq oħrajn u jsaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tagħha fuq il-peniżola tal-Iberja.

(323)

Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li s-suq ġeografiku rilevanti għad-diżil hu wieħed nazzjonali, peress li jidher li mhemmx limitazzjonijiet għall-importazzjonijiet tad-diżil fil-Portugall u lanqas għall-esportazzjonijiet lill-pajjiżi ġirien. Għalhekk, is-suq ġeografiku rilevanti hu mill-inqas is-suq reġjonali, jiġifieri l-peniżola tal-Iberja.

Is-suq ġeografiku rilevanti għan-nafta u d-derivattivi tan-nafta

(324)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-suq ġeografiku rilevanti għan-nafta tqila għandux jiġi kkunsidrat li hu mifrux maż-ŻEE, reġjonali (il-peniżola tal-Iberja) jew nazzjonali.

(325)

Il-Portugall ikkunsidra li s-suq ġeografiku rilevanti għan-nafta tqila u d-derivattivi tan-nafta u kien mill-anqas iż-ŻEE, jekk mhux madwar id-dinja. Il-kompetituri ma oġġezzjonawx għal din id-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti.

(326)

Il-kummenti tal-Portugall ma kinux miċħuda mill-partijiet interessati u, peress li n-nafta tqila hi komodità li hi faċilment trasportabbli fuq distanzi twal b’kost tat-trasport baxx, is-suq ġeografiku rilevanti hu mill-inqas iż-ŻEE (69).

It-test tas-sehem tas-suq skont il-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR:

(327)

Il-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR jistipula li l-Kummissjoni tipproċedi għal valutazzjoni fil-fond jekk “il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu aktar minn 25 % tal-bejgħ tal-prodott(i) kkonċernat(i) fis-suq (swieq) ikkonċernat(i) qabel l-investiment jew se jkollu aktar minn 25 % wara l-investiment”.

(328)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma jekk il-limitu preskritt fil-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR ġiex maqbuż minħabba dubji dwar id-definizzjoni xierqa tas-suq tal-prodott u ġeografiku rilevanti u l-livell rilevanti ta’ valutazzjoni (wara r-raffinerija, bl-imnut, mhux). Barra minn hekk, ma kienet disponibbli l-ebda dejta f’livell ta’ grupp (inkluż l-ishma tas-suq ta’ ENI). Id-dejta għad-derivattivi tan-nafta ukoll ma kinitx disponibbli.

It-test dwar is-sehem tas-suq għad-diżil

(329)

Id-dejta pprovduta mill-Portugall turi li s-sehem tas-suq tad-diżil ta’ wara r-raffinerija ta’ Petrogal ikun taħt il-25 % tas-suq reġjonali (il-peniżola tal-Iberja), kif diġà ntqal fid-deċiżjoni tal-ftuħ u kkonfermat mill-Portugall matul il-fażi ta’ investigazzjoni formali. Din l-informazzjoni tirreferi biss għall-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ Petrogal, peress li l-Portugall iddikjara li l-ENI mhix preżenti fuq il-livell ta’ wara r-raffinerija tal-peniżola tal-Iberja. Fir-rigward tas-sehem fis-suq tad-diżil ta’ wara r-raffinerija ta’ Petrogal fil-livell tal-grupp (inkluż is-sehem tas-suq ta’ ENI), għall-Ewropa tal-Punent u ż-ŻEE, dan hu wkoll taħt il-25 % kif hu evidenti mid-dejta pprovduta mill-Portugall (ara t-Tabelli 6 u 7 hawn taħt).

Tabella 6

L-ishma tas-suq ikkombinati ta’ Petrogal u ENI fis-suq tal-Ewropa tal-Punent (f’Mtunnellata/sena)

Il-prodott ikkonċernat

2007

2012

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq tal-Ewropa tal-Punent

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq tal-Ewropa tal-Punent

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Diżil

[ ]

243,6

[5-10] %

[ ]

252

[5-10] %

Tabella 7

L-ishma tas-suq ikkombinati ta’ Petrogal u ENI fis-suq taż-ŻEE (f’Mtunnellata/sena)

Il-prodott ikkonċernat

2007

2012

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Diżil

[ ]

323,5

[5-10] %

[ ]

334,6

[5-10] %

(330)

Fuq il-bażi taċ-ċifri fit-Tabelli 6 u 7 hawn fuq, hu konkluż li Petrogal ma għandhiex aktar minn 25 % tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq rilevanti fil-livell reġjonali (il-peniżola tal-Iberja), kif ukoll fuq il-livell tal-Ewropa tal-Punent u taż-ŻEE, inkluż l-ishma tas-suq ta’ wara r-raffinerija fuq il-livell tal-grupp ta’ ENI. Għalhekk, għad-diżil, il-limitu preskritt fil-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR ma jinqabiżx.

(331)

Peress li s-sehem tas-suq ta’ ENI-Petrogal ikkombinat ma jaqbiżx il-25 %, mhuwiex neċessarju li jkun ikkunsidrat jekk is-sehem tas-suq ta’ Petrogal hux ikkontrollat minn ENI sal-punt li jkun jeħtieġ li jitqies is-sehem tas-suq tagħhom ikkombinat.

It-test tas-sehem tas-suq għan-nafta, l-informazzjoni dwar id-derivattivi tan-nafta

(332)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Portugall, ħafna mir-raffineriji jipproduċu nafta tqil, jipproċessawh internament fil-produzzjoni kaptiva. Id-dejta dwar l-ishma tas-suq pprovduta mill-Portugall għall-iskop tat-test tal-paragrafu 68 (a) tirreferi, kif meħtieġ permezz tat-test, għall-bejgħ fiż-ŻEE, jiġifieri għas-suq merkantili.

(333)

Sabiex ikun eżaminat jekk il-proġett ta’ investiment hux kompatibbli mal-paragrafu 68 (a) tal-LGGħR, is-sehem tas-suq ta’ Petrogal qabel u wara l-proġett ta’ investiment irid jiġi analizzat u vverifikat jekk dan jaqbiżx il-25 %.

Tabella 8

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal fis-suq taż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

2007

2012

Il-bejgħ ta’ Petrogal

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal

Il-bejgħ ta’ Petrogal

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal

Nafta tqil

[ ]

49 172

[0-5] %

[ ]

49 769

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

[ ]

16 045

[0-5] %

[ ]

15 640

[0-5] %

Benżen

[ ]

10 093

[0-5] %

[ ]

10 093

[0-5] %

Ortoksilen

[ ]

681

[5-10] %

[ ]

606

[5-10] %

Paraksilen

[ ]

2 169

[5-10] %

[ ]

2 169

[5-10] %

Toluwen

[ ]

2 503

[5-10] %

[ ]

2 173

[5-10] %

Solventi

[ ]

599

[5-10] %

[ ]

599

[5-10] %

Tabella 9

L-ishma tas-suq ta’ ENI fis-suq taż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

2007

2012

Il-bejgħ ta’ ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ ENI

Il-bejgħ ta’ ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ ENI

Nafta tqil

[ ]

49 172

[0-5] %

[ ]

49 769

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

mhux applikabbli

16 045

 

mhux applikabbli

15 640

 

Benżen

[ ]

10 093

[5-10] %

[ ]

10 093

[0-5] %

Ortoksilen

[ ]

681

[5-10] %

[ ]

606

[10-20] %

Paraksilen

[ ]

2 169

[0-5] %

[ ]

2 169

[0-5] %

Toluwen

[ ]

2 503

[5-10] %

[ ]

2 173

[5-10] %

Solventi

mhux applikabbli

599

 

mhux applikabbli

599

 

Tabella 10

L-ishma tas-suq ikkombinati ta’ Petrogal u ENI fis-suq taż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

2007

2012

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Il-bejgħ ta’ Petrogal u ENI

Is-suq taż-ŻEE

L-ishma tas-suq ta’ Petrogal u ENI

Nafta tqil

[ ]

49 172

[0-5] %

[ ]

49 769

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

mhux applikabbli

16 045

 

mhux applikabbli

15 640

 

Benżen

[ ]

10 093

[5-10] %

[ ]

10 093

[5-10] %

Ortoksilen

[ ]

681

[10-20] %

[ ]

606

[10-20] %

Paraksilen

[ ]

2 169

[5-10] %

[ ]

2 169

[5-10] %

Toluwen

[ ]

2 503

[10-20]%

[ ]

2 173

[10-20] %

Solventi

[ ]

599

[5-10] %

[ ]

599

[0-5] %

(334)

Fuq il-bażi taċ-ċifri f’Tabelli 8 sa 10, ġie konkluż li Petrogal, waħeda, u flimkien ma’ ENI, għandha ishma tas-suq taħt il-25 % għall-prodott ikkonċernat fis-suq tal-prodott rilevanti għan-nafta tqila fil-livell taż-ŻEE. Is-sehem tas-suq ta’ Petrogal fis-swieq tad-derivattivi ukoll ma jaqbiżx il-25 %.

(335)

Barra minn hekk, it-total tal-produzzjoni interna tan-nafta tqila użata minn Petrogal fil-produzzjoni kaptiva, li mhux rifless fid-dejta ta’ hawn fuq dwar is-sehem fis-suq fit-Tabella 8, jammonta għal inqas minn [< 5] % tad-daqs tas-suq bl-imnut taż-ŻEE. Il-produzzjoni addizzjonali fir-raffinerija f’Sines tammonta għal madwar [< 5] %.

(336)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, ġie konkluż li, għan-nafta tqila, il-limitu preskritt fit-test tal-paragrafu 68 (a) ma jinqabiżx.

Iż-żieda fil-kapaċità f’suq bi prestazzjoni dgħajfa (skont il-paragrafu 68 (b) tal-LGGħR)

(337)

Il-paragrafu 68 (b) tal-LGGħR jistipula li l-Kummissjoni tipproċedi għall-valutazzjoni fil-fond jekk “il-kapaċità maħluqa mill-proġett tkun inqas minn 5 % tad-daqs tas-suq imkejla bl-użu ta’ dejta tal-konsum apparenti għall-prodott ikkonċernat, sakemm ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-konsum apparenti tiegħu fuq l-aħħar ħames snin tkun ogħla mir-rata medja ta’ tkabbir tal-PDG taż-ŻEE.”

(338)

Il-paragrafu 70 tal-LGGħR jiċċara li “…Għal finijiet tal-applikazzjoni tal-punti 68 (a) u (b), il-bejgħ u l-konsum apparenti jiġu definiti fil-livell xieraq tal-klassifika Prodcom, normalment fiż-ŻEE, jew jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew rilevanti, fuq il-bażi ta’ kwalunkwe segmentazzjoni oħra tas-suq ġeneralment aċċettata li għaliha hemm disponibbli dejta tal-istatistika”.

(339)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji, dwar il-prodotti kollha kkonċernati, dwar jekk il-kapaċità ta’ produzzjoni maħluqa mill-proġett ta’ investiment kinitx ogħla minn 5 % ta’ kull suq imkejla bl-użu ta’ dejta tal-konsum apparenti u, jekk hu hekk, jekk ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat tul l-aħħar ħames snin (qabel il-bidu tax-xogħlijiet) kinitx iżgħar mir-rata medja tat-tkabbir annwali tal-PDG taż-ŻEE.

Iż-żieda fil-kapaċità f’suq bi prestazzjoni dgħajfa (skont il-paragrafu 68 (b) tal-LGGħR) għad-diżil

(340)

Ir-Rata ta’ Tkabbir Annwali Komposta (“RTAK”) tal-konsum apparenti tad-diżil fiż-ŻEE għas-snin 2001 sal-2006 hi madwar 2,12 % f’termini ta’ volum jew 15,38 % f’termini ta’ valur. Ir-RTAK korrispondenti tal-PDG taż-ŻEE għas-snin 2001 sal-2006 laħqet 2,06 % f’termini reali (li titqabbel ma’ termini ta’ volum) u 4,12 % f’termini nominali (li titqabbel ma’ termini ta’ valur).

(341)

Jirriżulta li s-suq għad-diżil ma jistax jitqies li għandu prestazzjoni dgħajfa jekk jieħu kont li r-RTAK, kemm f’termini ta’ volum u ta’ valur, hi mqabbla rispettivament għar-rata ta’ tkabbir tal-PDG f’termini nominali u reali. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk il-kapaċità maħluq mill-proġett ta’ investiment hix aktar minn 5 % tas-suq ikkonċernat.

Iż-żieda fil-kapaċità f’suq bi prestazzjoni dgħajfa (skont il-paragrafu 68 (b) tal-LGGħR) għan-nafta u l-informazzjoni dwar id-derivattivi tan-nafta

(342)

Sabiex jiġi eżaminat jekk il-proġett ta’ investiment hux konformi mal-paragrafu 68(b) tal-LGGħR, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk il-kapaċità maħluqa mill-proġett ta’ investiment tkunx anqas minn 5 % tad-daqs tas-suq imkejla bl-użu ta’ dejta tal-konsum apparenti għall-prodott ikkonċernat, sakemm ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tal-konsum apparenti tiegħu fuq l-aħħar ħames snin tkun ogħla mir-rata medja ta’ tkabbir tal-PDG taż-ŻEE.

(343)

Il-Portugall ipprovda din id-dejta ppreżentata fit-Tabelli 11 sa 13 hawn taħt. Iċ-ċifri fil-kolonna għas-suq taż-ŻEE huma identiċi għal dawk fit-tabelli tas-sehem fis-suq indikati bħala (bejgħ) fis-suq taż-ŻEE. Minħabba li d-daqs tas-suq bl-imnut (bejgħ) hu iżgħar mid-daqs tal-konsum apparenti inkluż il-produzzjoni kaptiva, id-dejta dwar iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni tagħti importanza ogħla mir-realtà liż-żieda. Għalhekk jista’ jingħad li tikkostitwixxi x-xenarju fl-agħar każ possibbli.

Tabella 11

Il-proporzjon taż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni fir-raffinerija f’Sines fuq is-swieq ikkonċernati mill-prodotti fiż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2007

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2012

Iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni

Is-suq taż-ŻEE fl-2007

Is-sehem taż-żieda fil-kapaċità għas-suq taż-ŻEE

Ir-RTAK tal-konsum apparenti

Nafta tqil

[ ]

[ ]

[ ]

49 172

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

[ ]

[ ]

[ ]

16 045

[0-5] %

Benżen

[ ]

[ ]

[ ]

10 093

[0-5] %

Ortoksilen

[ ]

[ ]

[ ]

681

[0-5] %

Paraksilen

[ ]

[ ]

[ ]

2 169

[0-5] %

Toluwen

[ ]

[ ]

[ ]

2 503

[0-5] %

Solventi

[ ]

[ ]

[ ]

599

[0-5] %

Tabella 12

Il-proporzjon taż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni f’Matosinhos fuq is-swieq ikkonċernati mill-prodotti fiż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2007

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2012

Iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni

Is-suq taż-ŻEE fl-2007

Is-sehem taż-żieda fil-kapaċità għas-suq taż-ŻEE

Ir-RTAK tal-konsum apparenti

Nafta tqil

[ ]

[ ]

[ ]

49 172

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

[ ]

[ ]

[ ]

16 045

[0-5] %

Benżen

[ ]

[ ]

[ ]

10 093

[0-5] %

Ortoksilen

[ ]

[ ]

[ ]

681

[0-5] %

Paraksilen

[ ]

[ ]

[ ]

2 169

[0-5] %

Toluwen

[ ]

[ ]

[ ]

2 503

[0-5] %

Solventi

[ ]

[ ]

[ ]

599

[0-5] %

Tabella 13

Il-proporzjon taż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni kkombinata (fir-raffineriji ta’ Sines u Matosinhos) fuq is-swieq ikkonċernati mill-prodotti fiż-ŻEE (f’Ktunnellati)

Il-prodotti kkonċernati

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2007

Il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2012

Iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni

Is-suq taż-ŻEE fl-2007

Is-sehem taż-żieda fil-kapaċità għas-suq taż-ŻEE

Ir-RTAK tal-konsum apparenti

Nafta tqil

[ ]

[ ]

[ ]

49 172

[0-5] %

Derivattivi tan-nafta:

[ ]

[ ]

[ ]

16 045

[0-5] %

Benżen

[ ]

[ ]

[ ]

10 093

[0-5] %

Ortoksilen

[ ]

[ ]

[ ]

681

[0-5] %

Paraksilen

[ ]

[ ]

[ ]

2 169

[0-5] %

Toluwen

[ ]

[ ]

[ ]

2 503

[0-5] %

Solventi

[ ]

[ ]

[ ]

599

[0-5] %

(344)

Fil-każijiet kollha, iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni għall-prodotti elenkati fit-Tabelli 11 sa 13 hi taħt il-5 % fis-swieq tal-prodotti rilevanti fil-livell taż-ŻEE. Għalhekk, ġie kkunsidrat li l-proġett ta’ investiment ma jaqbiżx il-limitu preskritt fl-ewwel parti tal-paragrafu 68 (b) tal-LGGħR.

7.   KONKLUŻJONI

(345)

Abbażi tad-dejta ppreżentata fil-Premessi (278) sa (344), il-proġett ta’ investiment ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 68 (a) u 68 (b) tal-LGGħR għall-prodotti kkonċernati. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li ssir valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna wara l-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat.

(346)

Biex nikkonkludu, l-għajnuna għall-investiment reġjonali proposta favur Petrogal tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-LGGħR biex titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Għalhekk mhuwiex neċessarju li ssir valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna setgħetx tiġi approvata fuq il-bażi ta’ derogi oħra tat-Trattat.

(347)

Il-Portugall qabel b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata fl-Ingliż bħala l-unika lingwa awtentika tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna mill-Istat li l-Portugall jippjana li jagħti lil Petrogal, li tammonta għal EUR 160 484 007 f’valur nominali (EUR 121 091 314 fi prezzijiet skontati) u li tirrappreżenta intensità massima ta’ għajnuna ta’ 12,43 % fi prezzijiet skontati, hi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat.

2.   L-implimentazzjoni tal-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(1) hi għaldaqstant awtorizzata. Fil-każ ta’ devjazzjonijiet min-nefqa eliġibbli ppjanata u mill-iskeda tal-għoti nnotifikata tal-għajnuna mill-Istat, il-Portugall ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ għajnuna fi prezzijiet skontati ta’ EUR 121 091 314 u lanqas l-intensità massima tal-għajnuna fi prezzijiet skontati ta’ 12,43 %.

Artikolu 2

1.   Il-Portugall għandu jissottometti rapporti interim lill-Kummissjoni kull ħames snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. Ir-rapporti interim iridu jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-ammont ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat, dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-għajnuna u dwar il-bidu ta’ xi proġetti ta’ investiment oħra fir-raffineriji f’Sines jew f’Matosinhos.

2.   Barra minn hekk, il-Portugall irid jippreżenta, fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-aħħar porzjon tal-għajnuna mill-Istat, abbażi tal-iskeda tal-għoti nnotifikata, rapport finali ddettaljat li jinkludi informazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna mħallsa, dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-għajnuna u dwar il-bidu ta’ xi proġetti ta’ investiment oħra fir-raffineriji f’Sines jew f’Matosinhos.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 23, 30.1.2010, p. 34.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  L-ittra ddatata s-26 ta’ Settembru 2010.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.

(6)  F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, din il-parti interessata talbet li l-identità tagħha ma tiġix żvelata lill-Istat Membru kkonċernat għal raġunijiet ta’ dannu potenzjali.

(7)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.

(9)  L-ittra ddatata l-1 ta’ Marzu 2010.

(10)  L-ittra ddatata t-2 ta’ Marzu 2010.

(11)  L-ittra ddatata l-10 ta’ Marzu 2010.

(12)  L-ittra ddatata l-11 ta’ Marzu 2010.

(13)  L-ittra ddatata t-18 ta’ Marzu 2010.

(14)  Fil-verżjoni Portugiża tal-ittra (il-verżjoni Ingliża kienet mibgħuta fit-22 ta' Lulju 2010).

(15)  ENI S.p.A. (“ENI”) hi l-akbar kumpanija tal-enerġija bbażata fl-Italja, elenkata fuq il-boroż ta’ Milan u ta’ New York (NYSE). L-operazzjonijiet tagħha fis-servizzi tat-Tiftix u l-Produzzjoni, il-Gass u l-Elettriku, ir-Raffinar u l-Kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti taż-żejt, il-Petrokimiċi u l-Inġinerija, il-Kostruzzjoni u t-Tħaffir, huma mifruxa madwar 70 pajjiż. Il-kapaċità ta’ raffinar ta’ ENI testendi għall-Italja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka. Fl-Italja, din hi magħmula minn ħames raffineriji b’pussess ta’ 100 % u interess ta’ 50 % fir-raffinerija ta’ Milazzo fi Sqallija. Fir-rigward tar-raffineriji barra l-Italja, l-ENI għandha parteċipazzjonijiet limitati f’raffineriji fil-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka. Fil-Ġermanja, l-ENI għandha 8,3 % tal-interessi fir-raffinerija Ġermaniża SCHWEDT u 20 % tal-interessi f’BAYERNOIL, żona integrata li tinkludi r-raffineriji Ingolstadt, Vohburg u Neustadt. Il-kapaċità ta’ raffinar tal-ENI fil-Ġermanja tammonta għal madwar 70 kbbl/d li tintuża prinċipalment bħala forniment għan-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-ENI fil-Bavarja u l-Ġermanja tal-Lvant. Fir-rigward tal-attività fir-Repubblika Ċeka, l-ENI għandha sehem globali ta’ 32,4 % f’Česka Rafinerska, li tinkludi żewġ raffineriji, Kralupy u Litvinov. Is-sehem ta’ kapaċità ta’ raffinar tal-ENI jammonta għal 53 kbbl/d. Fl-2007, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-ENI biss fl-Italja u barra l-Italja kienet ta’ 37,15 mmtunnellata.

(16)  Amorim Energia hi bbażata fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-azzjonisti ewlenin tagħha huma Esperanza Holding B.V. (45 %), Power, Oil & Gas Investments B.V. (30 %), Amorim Investimentos Energéticos, SGPS, S.A. (20 %) u Oil Investments B.V. (5 %). L-investitur Portugiż Américo Amorim jikkontrolla, direttament jew indirettament, 55 % f’Amorim Energia, filwaqt li l-45 % l-oħra huma fil-pussess ta’ Sonangol, permezz tal-kontroll tagħha ta’ Esperanza Holding B.V. Sonangol hi l-kumpanija taż-żejt tal-istat tal-Angola.

(17)  Parpública hi l-kumpanija possedenti għall-ishma ta’ ekwità tal-istat Portugiż f’diversi kumpaniji.

(18)  CGD hi istituzzjoni finanzjarja fil-pussess sħiħ tal-istat Portugiż.

(19)  

Sors: il-websajt ta’ Galp Energia: http://www.galpenergia.com

(20)  Skont il-websajt ta’ Petrogal, fl-2005, permezz tan-netwerk tagħha ta’ stazzjonijiet tas-servizz (837 fil-Portugall u 223 fi Spanja), Petrogal kellha 37 % tas-sehem tas-suq bl-imnut, ibbażat fuq il-volumi tal-bejgħ, fil-Portugall u 9 % tas-sehem tas-suq bl-imnut fil-peniżola tal-Iberja. Fis-suq bl-ingrossa, hi forniet aktar minn 4,300 utent industrijali u kummerċjali b’total ta’ 5,5 miljun tunnellata ta’ prodotti taż-żejt irraffinat, li jirrappreżentaw sehem ta’ 51 % fis-suq fil-Portugall u 11 % fil-peniżola tal-Iberja.

(21)  Dejta inkluża fir-Rapport mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Portugiża dwar is-Suq tal-Fjuwil fil-Portugall, it-2 ta’ Ġunju 2008, p. 9 — kif ippubblikata fuq il-websajt: http://www.concorrencia.pt/Publicacoes/Autoridade.asp

(22)  In-nafta hu frazzjoni ħafifa ta’ żejt mhux maħdum irraffinat bejn il-gassijiet u ż-żjut. Dan jintuża bħala materja prima mill-industrija petrokimika peress li l-ikkrekkjar tiegħu jipprovdi diversi prodotti u jista’ jintuża wkoll bħala komponent għall-petrol (nafta ħafif) jew għall-produzzjoni tar-riformat (nafta tqila).

(23)  Il-parti li jifdal hi użata mill-ġdid b’mod immedjat fir-raffinerija f’Sines fil-proċess intern tagħha.

(24)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13 [Mhux disponibbli bil-Malti].

(*)  L-ispejjeż għal studji ta’ inġinerija preparatorji.

(25)  Il-mappa tal-għajnuna reġjonali Portugiża kienet approvata mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2007, il-każ Nru 727/2006 (ĠU C 68, 24.3.2007 p. 26)

(**)  L-introjtu ġġenerat f’sena partikolari se jkun intaxxat fis-sena ta’ wara, u b’dan il-mod l-utilizzazzjoni tal-kreditu tat-taxxa tapplika biss fis-sena sussegwenti.

(26)  Fis-sens tal-punt 11 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2009 rigward “il-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment”, (ĠU C 223, 16.9.2009, p. 3).

(27)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2009 rigward “il-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment”, (ĠU C 223, 16.9.2009, p. 3).

(28)  PCF Energy: Is-Servizz ta’ Monitoraġġ Downstream – L-Ewropa, il-PORTUGALL: Galp Energia tikkontrolla madwar 90 % tal-kapaċità totali tal-Portugall għall-ħżin taż-żejt mhux maħdum u l-prodotti taż-żejt.

(29)  Data tal-pubblikazzjoni: il-31 ta’ Marzu 2009.

(30)  Il-kriterji msemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 55 tal-paragrafu 60 tar-RAG.

(31)  Din iż-żieda fil-kapaċità iseħħ kompletament fir-raffinerija ta’ Sines. Il-volum ta’ nafta li se jiġi ttrasferit minn Sines għal Matosinhos se tkun 143 Ktunnellata/sena, bħala sostituzzjoni tal-importazzjoni, biex tforni d-domanda tar-raffinerija f’Matosinhos. Il-bilanċ ta’ 69 Ktunnellata/sena se jintuża ġewwa r-raffinerija ta’ Sines fil-proċess intern tagħha, jiġifieri bħala materja ta’ bażi għall-unitajiet ta’ platforming biex tiżdied il-produzzjoni tal-idroġenu għat-tħaddim tal-idrokrakkjatur.

(32)  COM(2008) 781 finali.

(33)  Skont il-qafas tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi.

(34)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat fil-każ Nru 898/06 — Repsol Polimeros (ĠU C 220, 20.9.2007, p. 3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat fil-każ Nru 899/06 — Artensa — (Artenius) — Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, SA. (ĠU C 227, 27.9.2007, p. 2).

(35)  It-Taqsima 3.2.7 L-impatti tar-ristrutturar tas-settur, fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Ir-Raffinar u l-Provvista ta’ Prodotti taż-Żejt fl-UE”, iddatat is-17 ta' Novembru 2010, anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn, SEC(2010)1398 finali, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni.

(36)  Il-port ta’ Leixões hu l-port marittimu ta’ Matosinhos.

(37)  Escola Tecnológica do Litoral Alentejano.

(38)  Zona Industrial e Logística de Sines.

(39)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 34.

(40)  L-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ investiment taħt il-Fondi Strutturali, ara punt E tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1) emendat bir-Regolament (UE) Nru 832/2010 (ĠU L 248, 22.9.2010, p. 1).

(41)  Aktar spjegazzjoni fil-Premessa (232).

(42)  Il-kapaċità ta’ ħżin tal-partijiet terzi hi 428 000 m3 li tirrappreżenta kapaċità ta’ konsenja ta’ 2,9Mtunnellata e/sena (fuq il-bażi ta’ 8 rotazzjonijiet fis-sena); li hi aktar min-nofs tas-suq nazzjonali. Barra minn hekk, id-diżil hu impurtat ukoll bit-trasport fuq l-art permezz tan-netwerk kapillari Spanjol.

(43)  F’dan il-każ, il-benefiċjarju ssottometta applikazzjoni għall-għajnuna skont skema li skadiet, fit-22 ta’ Jannar 2007 (ara l-Premessa (46) hawn fuq). L-għajnuna kienet innotifikata inizjalment bħala każ ta’ applikazzjoni notifikabbli individwalment ta’ din l-iskema skaduta; in-notifika ġiet emendata aktar tard, u l-għajnuna ġiet innotifikata bħala għajnuna ad hoc barra l-iskema skaduta.

(44)  Resolução do Conselho de Ministros n. 55/2008, ippubblikat fid-Diario da Repùblica 1. serie n.- 60, 26.3.2008, p. 1734.

(45)  Ara t-Taqsima 3.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2009 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 34/2009 (ex N 588/08) — PT- LIP — PETROGAL, S.A.

(46)  GALP ENERGIA SGPS S.A., Prospecto de ofertaà pública de venda e de admissão à negociação Ottubru 2006, kif inhu disponibbli fuq l-Internet: http://web3.cmvm.pt/sdi2004/emitentes/docs/fsd11332.pdf. Dan id-dokument jaqra: “Optimizar as Capacidades de Refinação. A Galp Energia pretende adaptar os activos de refinação às exigências do mercado, expandindo e modernizando a refinaria de Sines, onde planeia investir num novo projecto de conversão que deverá estar concluído no final de 2010. A Galp Energia tem como objectivo não só aumentar a rentabilidade dos investimentos através da optimização das matérias-primas e da gama de produtos refinados, mas também melhorar a integração das duas refinarias existentes, de modo a retirar vantagens das suas diferentes características de refinação e alcançar um processo integrado e complementar de refinação. Está em curso a avaliação de duas alternativas para a configuração do novo projecto de conversão na refinaria de Sines, o montante de investimento está estimado em aproximadamente 1.000 milhões de Euros e o aumento esperado na margem de refinação é de cerca de US$3,0 por barril após a conclusão do projecto”

(47)  GALP ENERGIA, Ir-rapport annwali tal-2006, disponibbli fuq il-websajt www.galpenergia.com,. Fil-paġna 19, id-dokument jaqra kif ġej: “proġett ta’ konverżjoni u ottimizzazzjoni TAr-raffineriji Fit-23 ta’ Jannar 2007, il-Bord tad-Diretturi approva l-proġett ta’ konverżjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi tar-raffineriji ta’ Sines u Oporto għall-finijiet li tiżdied il-produzzjoni tad-diżil bi 2,5 miljun tunnellata u tonqos il-produzzjoni taż-żejt tal-fjuwil. Iż-żieda fil-produzzjoni tad-diżil hi maħsuba biex twieġeb għal żieda fid-domanda tas-suq tal-Iberja u biex tieħu vantaġġ tal-firxa bejn il-prezzijiet tad-diżil u taż-żejt tal-fjuwil fis-swieq internazzjonali. Dawn l-investimenti se jippermettu wkoll l-ipproċessar taż-żejt mhux maħdum itqal.”

(48)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(49)  Meier I. u Tarhan V., Corporate investment decision practices and the hurdle rate premium puzzle, Frar 2006, Southern Finance Association Meetings, Destin, Franza.

(50)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar għajnuna mill-Istat każ Nru 283/2004 — Franza — Għajnuna għal Total (Gonfreville) (ĠU C 136, 3.6.2005, p. 44).

(51)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2010 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) Friel Acerra, (ĠU L 46, 19.2.2011, p. 28), tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 12/07 (ex N 799/06) Glunz & Jensen, (ĠU L 178, 5.7.2008, p. 38), u tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat C 57/2007 (ex N 843/2006) Alas Slovakia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 19).

(52)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 898/06 - Repsol Polimeros u tal-10 ta' Lulju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 899/06 - Artensa (Artenius) - Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, SA, fejn il-proporzjon tal-“għajnuna/impjiegi maħluqa” tkun f’firxa komparabbli ma’ dik tal-proġett ta’ Petrogal.

(53)  Bħal fil-każ tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni: tas-17 ta' Novembru 2009 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 447/09 TietoEnator Sp. z o.o., (ĠU C 25, 2.2.2010, p. 8); tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 828/06 Bridgestone Stargard, (ĠU C 278, 21.11.2007, p. 2); tat-13 ta' Frar 2006 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 630/2005 MAN Trucks, (ĠU C 126, 30.5.2006, p. 5); tas-6 ta' Awwissu 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 251/2006 LG Innotek Poland, (ĠU C 270, 13.11.2007, p. 7).

(54)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 898/06 - Repsol Polimeros u tal-10 ta' Lulju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 899/06 - Artensa (Artenius) - Produção e Comercialização de Ácido Tereftálico Purificado e Produtos Conexos, SA.

(55)  It-Taqsima 3.2.7 L-impatti tar-ristrutturar tas-settur, fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Ir-Raffinar u l-Provvista ta’ Prodotti taż-Żejt fl-UE”, iddatat is-17 ta' Novembru 2010, anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn, SEC(2010)1398 finali, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni.

(56)  L-impjiegi miżmuma reċentament ġew ikkunsidrati wkoll fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2009 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 381/2008 Pirelli Industrie Pneumatici S.r.l, (ĠU C 284, 25.11.2009, p. 11).

(57)  Bl-użu tal-proporzjon aktar konservattiv ta’ 3:1.

(58)  Bħal fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2008 dwar il-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 730/2007 SIA Ekobriketes, (ĠU C 210, 19.8.2008, p. 1); tal-15 ta' Jannar 2009 dwar il-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 729/2007 SIA Eko Osta, (ĠU C 80, 3.4.2009, p. 2); u tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 500/08 Baňa Čáry a.s., (ĠU C 147, 27.6.2009, p. 6).

(59)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2 [Mhux disponibbli bil-Malti].

(60)  Ara l-Premessa (135) għal tagħrif dwar ir-riformatur bħala prodott intermedju.

(61)  92 % tal-importazzjonijiet tan-nafta ta’ Petrogal huma minn pajjiżi mhux fiż-ŻEE (l-Angola, l-Eġittu, l-Ukraina, il-Libja u r-Russja), 8 % joriġinaw minn Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(62)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 1996 dwar il-Każ ta’ Amalgamazzjoni COMP/M.727, BP/Mobil (ĠU C 381, 17.12.1996, p. 8).

(63)  Il-Portugall jirreferi prinċipalment għal diversi rapporti minn Purvin and Gertz, bħall-Global Petroleum Market Outlook ta’ Marzu 2011.

(64)  Kif indikat f’paġni 46-47 tar-rapport imħejji minn Pöyry għall-Kummissjoni Ewropea, Survey of the competitive aspects of oil and oil product markets in the EU, Diċembru 2009. Dan l-istudju hu disponibbli għall-pubbliku mill-websjat tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/energy/oil/studies/oil_en.htm

(65)  Eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ ta’ Amalgamazzjoni COMP/M.4348, PKN/MAZEIKU, tiddefinixxi s-suq ta’ wara r-raffinerija kif ġej: “il-bejgħ ta’ wara r-raffinerija/merkanzija jikkostitwixxi livell primarju ta’ distribuzzjoni u … għandu jkun distint minn bejgħ iżgħar mhux bl-imnut ta’ fjuwils (il-livell sekondarju ta’ distribuzzjoni). Il-bejgħ ta’ wara r-raffineriji/merkanzija jikkonsisti f’bejgħ ta’ volumi kbar mir-raffinaturi direttament mal-ħruġ mir-raffinerija, jew ittrasportat permezz ta’ trasport primarju (jiġifieri ġeneralment bil-ferrovija, permezz tal-linji ta’ pajpijiet, bil-vapur jew bil-barkun) lill-klijenti fit-terminals tagħhom (faċilitajiet ta’ ħżin) internament jew barra mill-pajjiż. Il-klijenti huma bejjiegħa bl-ingrossa, negozjanti jew il-fergħa tal-bejgħ bl-ingrossa interna tar-raffinaturi li normalment jipposjedu jew jikru faċilitajiet kbar ta’ ħżin.

(66)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Ottubru 2008 dwar il-Każ ta’ Amalgamazzjoni COMP/M.5005 – Galp Energia/ExxonMobil Iberia (ĠU C 307, 2.12.2008, p. 4).

(67)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2009 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 635/08 – l-Italja – LIP – Fiat Sicily, u tad-29 ta' Ġunju 2011 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 671/08 – l-Ungerija – LIP – Għajnuna għal Merzedes-Benz Manufacturing Hungary Korlátolt Felelősségű Társaság.

(68)  ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.

(69)  Konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 dwar il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat N 898/06 - Repsol Polimeros