|
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Lulju 2012
dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Ungerija
(2012/446/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal- kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,
Billi:
|
(1) |
Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(2) |
Għal dan il-għan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota. |
|
(4) |
Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data. |
|
(5) |
L-Ungerija lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika. |
|
(6) |
Saret b'suċċess prova pilota mill-Ungerija mal-Awstrija. |
|
(7) |
Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Ungerija u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka u ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
|
(8) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dattiloskopika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Ungerija implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS