|
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU BAM RAFAH/2/2012
tal-24 ta’ Lulju 2012
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) ad interim
(2012/437/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EU BAM Rafah, inkluż b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-3 ta' Lulju 2012, permezz tad-Deċiżjoni 2012/382/PESK (2), il-KPS, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), ħatar lis-Sur Davide PALMIGIANI bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah, ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Lulju 2012. |
|
(3) |
Ir-RGħ pproponiet li l-mandat tas-Sur Davide PALMIGIANI bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah, ad interim, jiġi estiż għall-perijodu ieħor ta' xahrejn, mill-1 ta' Awwissu 2012 sat-30 ta' Settembru 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Davide PALMIGIANI bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), ad interim, huwa b'dan estiż sat-30 ta' Settembru 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2012.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG