27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima

(2012/435/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/108/UE (1), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (il-“Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, biex jagħmlu n-notifika prevista fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 57, 29.2.2012, p. 52.

(2)  Il-Ftehim ġie ippublikati fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 53, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.

(3)  Id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ser tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.