|
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Lulju 2012
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja
(2012/434/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 91 u 100(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/107/UE (1), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u Russja (il-“Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(2) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, biex jagħmlu n-notifika prevista fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 57, 29.2.2012, p. 43.
(2) Il-Ftehim ġie ippublikat fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 44, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.
(3) Id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.