21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali marbuta mal-vajrus tas-Simbu u tal-bluetongue

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4882)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/415/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini u garanziji addizzjonali fir-rigward ta' mard speċifiku tal-annimali li għandhom jiġu pprovduti minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tagħha. Din tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta' dan is-semen ġol-Unjoni.

(2)

Iċ-ċertifikat mudell għas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE jinkludi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ġol-Unjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (3).

(3)

Ir-rekwiżiti attwali tas-saħħa tal-annimali għall-bluetongue fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE jipprevedu li l-annimali donaturi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għas-semen tal-bovini stabbiliti fil-Kapitolu dwar il-Bluetongue tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Dak il-Kapitolu jirrakkomanda firxa sħiħa ta' miżuri li jnaqqsu r-riskji bil-għan li jew jipproteġu lill-mammiferu ospitanti mill-espożizzjoni għall-organiżmi trasportaturi infettivi jew permezz tal-inattivazzjoni tal-vajrus permezz tal-antikorpi. Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li ċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali jistabbilixxi b'mod ċar ir-rekwiżiti u l-garanziji rilevanti li għandu jipprovdi l-pajjiż terz esportatur, skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

(4)

Barra minn hekk, l-OIE stabbilixxiet Kapitolu dwar is-Sorveljanza ta' artropodi trasportaturi ta' mard tal-annimali fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jinkludux il-monitoraġġ ta' ruminanti għall-antikorpi għal-vajrusis tas-Simbu, bħall-vajrusis Akabane u Aino tal-familja Bunyaviridae, li fil-passat kien ikkunsidrat metodu ekonomiku għad-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tal-organiżmi trasportaturi kompetenti tal-bluetongue sakemm kien disponibbli aktar tagħrif dwar il-firxa ta' dawk il-mardiet.

(5)

Apparti dan, l-OIE ma telenkax il-mard Akabane u Aino fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Konsegwentement, ir-rekwiżit ta' test annwali għal dawk il-mardiet sabiex tingħata prova dwar l-assenza tal-organiżmu trasportatur għandu jitħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE u miċ-ċertifikat mudell tas-saħħa fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tagħha.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex ma jittellifx il-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b'din id-Deċiżjoni, għandha tiġi awtorizzata matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjon 2011/630/UE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2013, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2013, skont il-mudell stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE qabel l-emendi introdotti b'din id-Deċiżjoni

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(2)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32.

(3)  ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.


ANNESS

(1)

L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

Kodiċi ISO

Isem tal-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

l-Awstralja

 

Il-garanzija addizzjonali rigward it-testijiet stabbiliti fil-punt II.5.4.1 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II hija obbligatorja.

CA

il-Kanada (*)

 

 

CH

l-Isvizzera (**)

 

 

CL

iċ-Ċilì

 

 

GL

il-Groenlandja

 

 

HR

il-Kroazja

 

 

IS

l-Islanda

 

 

NZ

New Zealand

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanzija addizzjonali stabbilita fil-punt II.5.4.1 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II hija obbligatorja.

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness II, it-Taqsima A hija sostitwita b'dan li ġej:

“TAQSIMA A

Il-mudell 1 — Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar is-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta' April 2005 dwar ċertfikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.

(**)  Iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ma' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.”