20.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Lulju 2012

li temenda l-lista ta’ “unitajiet bażiċi ta’ gvern lokali” fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f’elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini

(2012/412/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta’ Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f’elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/80/KE telenka fl-Anness tagħha l-“unitajiet bażiċi ta’ gvern lokali” li jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/80/KE, Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jekk xi unità ta’ gvern lokali msemmija fl-Anness ta’ dik id-Direttiva tkun, bis-saħħa ta’ xi bidla fil-liġi domestika tiegħu, mibdula minn unità oħra jew jekk, bis-saħħa ta’ tali bidla, tali unità tkun abolita jew unitajiet oħrajn ikunu maħluqa. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-Anness billi tagħmel tibdiliet, tneħħijiet jew żidiet u dak l-Anness hekk rivedut għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja u l-Litwanja għarrfu lill-Kummissjoni li, wara bidliet fil-leġiżlazzjoni domestika tagħhom, l-“unitajiet bażiċi ta’ gvern lokali” li jikkonċernawhom ġew mibdula. Dawn il-liġijiet ġew notifikati formalment lill-Kummissjoni.

(4)

L-Anness tad-Direttiva 94/80/KE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 94/80/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 368, 31.12.1994, p. 38.


ANNESS

Fl-Anness tad-Direttiva 94/80/KE, il-lista ta’ “unitajiet bażiċi ta’ gvern lokali” tinbidel b’dan li ġej:

“ ‘Unità bażika ta’ gvern lokali’ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-Direttiva tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

fl-Awstrija:

Gemeinden, Bezirke in der Stadt Wien,

fil-Belġju:

commune/gemeente/Gemeinde,

fil-Bulgarija:

община/кметство/Общината е основната административно-териториална единица, в която се осъществява местното самоуправление,

f’Ċipru:

δήμος, κοινότητα,

fir-Repubblika Ċeka:

obec, městský obvod nebo městská část územně členěného statutárního města, městská část hlavního města Prahy,

fid-Danimarka:

kommune, region,

fl-Estonja:

vald, linn,

fil-Finlandja:

kunta, kommun, kommun på Åland,

fi Franza:

commune, arrondissement dans les villes déterminées par la législation interne, section de commune,

fil-Ġermanja:

kreisfreie Stadt bzw. Stadtkreis; Kreis; Gemeinde, Bezirk in der Freien und Hansestadt Hamburg und im Land Berlin; Stadtgemeinde Bremen in der Freien Hansestadt Bremen, Stadt-, Gemeinde-, oder Ortsbezirke bzw. Ortschaften,

fil-Greċja:

δήμος,

fl-Ungerija:

települési önkormányzat; község, nagyközség, város, megyei jogú város, főváros, főváros kerületei; területi önkormányzat; megye,

fl-Irlanda:

City Council, County Council, Borough Council, Town Council,

fl-Italja:

comune, circoscrizione,

fil-Latvja:

novads, republikas pilsēta,

fil-Litwanja:

Savivaldybė,

fil-Lussemburgu:

commune,

f’Malta:

Kunsill Lokali,

fil-Pajjiżi l-Baxxi:

gemeente, deelgemeente,

fil-Polonja:

gmina,

fil-Portugall:

município, freguesia,

fir-Rumanija:

comuna, orașul, municipiul, sectorul (numai în municipiul București) și județul,

fis-Slovakkja:

samospráva obce: obec, mesto, hlavné mesto Slovenskej republiky Bratislava, mesto Košice, mestská časť hlavného mesta Slovenskej republiky Bratislavy, mestská časť mesta Košice; samospráva vyššieho územného celku: samosprávny kraj,

fis-Slovenja:

občina,

fi Spanja:

municipio, entidad de ámbito territorial inferior al municipal,

fl-Isvezja:

kommuner, landsting,

fir-Renju Unit:

counties in England; counties, county boroughs and communities in Wales; regions and Islands in Scotland; districts in England, Scotland and Northern Ireland; London boroughs; parishes in England; the City of London in relation to ward elections for common councilmen”.