|
20.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2012/409/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 2011/344/UE (2), il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għamlet ir-raba’ analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt il-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju (il-Programm) kif ukoll tal-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. |
|
(2) |
Fl-analiżi nstab li l-konformità tal-Portugall mal-kundizzjonalità għall-ewwel tliet xhur tal-2012 kienet sodisfaċenti. Fl-2011, id-defiċit tal-gvern ġenerali kien 4,2 % tal-PDG. Il-mira fiskali ta’ 4,5 % tal-PDG għall-2012 baqgħet vijabbli. L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomija kompla b’pass mgħaġġel u l-esportazzjonijiet qabżu l-aspettattivi u kkumpensaw għad-domanda domestika aktar dgħajfa u iżjed. Madankollu, ir-riskji għall-miri fiskali relatati mar-ribilanċjar tal-perspettiva makroekonomika bdew jimmaterjalizzaw, bil-kompożizzjoni tat-tkabbir ixxeqleb bil-qawwi lejn l-esportazzjonijiet netti u lil hinn mid-domanda domestika u minħabba d-deterjorazzjoni sostanzjali fis-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol. Sar progress bir-riformi sabiex jiżdied il-potenzjal għat-tkabbir tal-ekonomija fuq perijodu twil ta’ żmien. Diġà saret leġislazzjoni għal riforma tas-suq tax-xogħol li timmira lejn it-tneħħija ta’ riġiditajiet u t-titjib tal-produttività, u din ir-riforma teħtieġ li tkun sostnuta. Il-pagamenti tat-terminazzjoni tal-impjieg għandhom jiġu allinjati mal-medja tal-Unjoni u għandu jinħoloq fond biex jiffinanzja parti mill-pagamenti tat-terminazzjoni tal-impjieg. Qed titħejja proposta biex jiġi rivedut il-mekkaniżmu għall-estensjoni tal-ftehimiet kollettivi. Qegħdin jitkomplu l-isforzi tal-politika sabiex tkun appoġġata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-bejgħ tal-Banco Português de Negócios (BPN) ġie konkluż u l-immaniġġar tal-vetturi bi skop speċjali għandu jiġi ottimizzat biex jiġi mmassimizzat l-irkupru tal-assi ttrasferiti mill-BPN. Id-deleveraging tas-settur finanzjarju qiegħed jevolvi b’mod dixxiplinat. Ir-rikapitalizzazzjoni tas-sistema bankarja ser jirnexxila tiżgura sa Ġunju 2012 proporzjon kapitali Core Tier 1 minimu ta’ 9 %, filwaqt li tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-ħtiġijiet kapitali relatati mat-trasferiment parzjali ta’ fondi pensjonistiċi u ispezzjonijiet speċjali fuq il-post. Il-qafas ta’ intervent bikri, riżoluzzjoni u assigurazzjoni tad-depożiti ġie msaħħaħ u l-awtoritajiet Portugiżi huma mitluba jippreparaw l-miżuri implimentattivi. Ir-riformi fis-suq tal-prodotti, partikolarment fis-servizzi protetti, huma essenzjali biex tiġi rrestawrata l-kompetittività u jkunu promossi t-tkabbir u l-impjiegi. Il-gvern Portugiż qed jimplimenta strateġija biex jirristruttura l-intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat (SOEs) sabiex inaqqas id-dejn tagħhom u jiżgura kundizzjonijiet aħjar għal finanzjament mis-suq. Qed jitħejja, minn kumpanija internazzjonali tal-awditjar, studju biex jiġu vvalutati l-kosti u l-benefiċċji tar-rinegozjar ta’ kwalunkwe sħubija pubblika privata (PPP) jew ta’ kuntratti ta’ konċessjoni biex jitnaqqsu l-obbligi finanzjarji tal-gvern. Il-gvern Portugiż huwa impenjat li jiżgura reġim effettiv ta’ infurzar ta’ kompetizzjoni. Ir-regolamenti tas-suq tad-djar qed jiġu modernizzati bil-ħsieb li tiġi promossal-mobbiltà ġeografika u r-riforma tas-sistema ġudizzjarja qed tagħmel progress tajjeb. Il-programm ta’ privatizzazzjoni qed jiġi implimentat skont il-liġi qafas il-ġdida. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, jeħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Bil-għan li tiġi restawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju, il-Portugall għandu jirrikapitalizza b’mod adegwat is-settur bankarju tiegħu u jiżgura proċess ta’ deleveraging b’mod ordinat. F’dak ir-rigward, il-Portugall għandu jimplimenta l-istrateġija għas-settur bankarju Portugiż kif miftiehem mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-IMF biex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja. B’mod partikolari, il-Portugall għandu:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY