|
18.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Lulju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
(2012/400/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) ("il-Ftehim ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex attivitajiet barra l-erba' libertajiet, inkluża l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(4) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 11: “12. Mill-1 ta' Jannar 2012 ’il quddiem, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-intestaturi baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012:
|
|
2. |
Il-kliem“'u fil-programm imsemmi fit-tnax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2009” fil-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b’dan: “, fil-programm imsemmi fit-tnax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2009 u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012 msemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012”. |
|
3. |
Il-kliem “paragrafu 8” fil-paragrafi 6 u 7 jiġi sostitwit bil-kliem “il-paragrafi 8 u 12”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012 ’il quddiem.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(*1) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]