18.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Lulju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

(2012/399/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar it-trasport.

(2)

Id-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Huwa xieraq li fil-Ftehim taż-ŻEE tiddaħħal dispożizzjoni li tippermetti adattament fir-rigward tal-arranġamenti għall-ħlas għall-użu tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew fin-Norveġja.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 18a (Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32006 L 0038: Id-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8).”

2.

It-test tal-adattament jiġi emendat kif ġej:

(i)

it-test tal-adattament (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Dan li ġej jiżdied fi tmiem l-Artikolu 7(4b):

‘(a)

Fir-rigward tal-arranġamenti eżistenti għall-ħlas għall-użu tat-toroq fin-netwerk trans-Ewropew fix-Xlokk tan-Norveġja li jkunu diġà fis-seħħ fid-data meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru xx/2012, l-applikazzjoni ta’ skontijiet jew ta’ rati mnaqqsin għal min juża spiss dawk it-toroq għandha tikkonforma mal-Artikolu 7(4b) ta’ din id-Direttiva sa mhux atar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

(b)

Fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq fi nħawi oħrajn tan-Norveġja, il-livell attwali ta’ skontijiet u rati mnaqqsin għall-użu tat-toroq minn min jużahom spiss jista’ jiġi applikat fir-rigward tal-arranġamenti eżistenti għall-ħlas għall-użu tat-toroq li jkunu diġà fis-seħħ fid-data meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru xx/2012, dment li l-proporzjon tat-traffiku ta’ vetturi kbar tal-merkanzija fin-netwerk infrastrutturali kkonċernat ikun taħt it-30 %.

Fir-rigward ta’ arranġamenti ġodda għall-ħlas għall-użu tat-toroq li jiddaħħlu wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru xx/2012, l-iskontijiet jew rati mnaqqsin għal min juża spiss dawk it-toroq jistgħu jaqbżu l-livell stabbilit fl-Artikolu 7(4b) ta’ din id-Direttiva dment li:

il-proporzjon tat-traffiku internazzjonali ta’ vetturi kbar tal-merkanzija fin-netwerk infrastrutturali kkonċernat ma jkunx jaqbeż il-5 %,

il-livell ta’ dawn l-iskontijiet jew rati mnaqqsin ikun iġġustifikat minn ċirkustanzi speċifiċi, partikolarment meta n-netwerk infrastrutturali kkonċernat ikun jikkonsisti minn pontijiet u/jew mini li jieħdu post it-trasport bil-vapuretti.”.’;

(ii)

it-test tal-adattament (e) huwa mħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/38/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ..., dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]