|
17.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/391/PESK
tas-16 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1) li estendiet l-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Mejju 2013. |
|
(2) |
L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-31 ta' Lulju 2012. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 13
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000.
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012 għandu jkun ta’ EUR 60 500 000.
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sat-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun EUR 56 870 000.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha, dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.
4. Għandu jkun permess għaċ-ċittadini ta' Stati terzi li jressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi mal-pajjiżi mexxejja tal-Kmand Reġjonali/PRT u mal-atturi internazzjonali skjerati fl-Afganistan fir-rigward tal-forniment ta’ tagħmir, servizzi u postijiet lill-Missjoni, partikolarment fejn ikun meħtieġ minħabba kondizzjonijiet ta’ sigurtà.
5. L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL AFGANISTAN, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha, u għandhom jieħdu kont tal-iskjerament tal-persunal fil-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS