14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2012

tat-3 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2012/383/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK tal-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap tal-missjoni EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kenneth DEANE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.